|
+ANNESS I Lista mhux eżawrjenti ta’ irregolaritajiet jew informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6 |
ANNESS I Lista mhux eżawrjenti ta’ irregolaritajiet jew informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6
ANNESS I Lista mhux eżawrjenti ta’ irregolaritajiet jew informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6 1. Kwalunkwe irregolarità fir-rigward ta’ reġistri taż-żejt u reġistri rilevanti oħra jew fir-rigward ta’ nuqqasijiet oħra relatati ma’ skariki potenzjali, skoperti waqt l-ispezzjonijiet imwettqa skont id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *2 ) mill-Istat Membru kkonċernat, minn Stat Membru ieħor jew minn Stat firmatarju għall-Memorandum ta’ Qbil ta’ Pariġi dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port fil-portijiet preċedenti tal-waqfa tal-vapur; 2. Kwalunkwe irregolarità fir-rigward tal-konsenja ta’ skart iġġenerat mill-vapuri, jew in-notifika tagħha, kif meħtieġ skont id-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *3 ) li tkun saret fl-Istat Membru kkonċernat jew fl-Istat Membru tal-portijiet preċedenti tal-waqfa tal-vapur; 3. Kwalunkwe irregolarità fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità mal-kriterji għall-użu tal-EGCS imħaddma bħala metodi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II għad-Direttiva (UE) 2016/802 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *4 ), li tirreferi għal-Linji Gwida tal-2009 għal EGCS stabbiliti fir-Riżoluzzjoni MEPC.184(59) kif sostitwiti mil-Linji Gwida tal-2021 għal EGCS stabbiliti fir-riżoluzzjoni MEPC.340(77). 4. Kwalunkwe informazzjoni miksuba minn Stat Membru ieħor relatata ma’ skariku illegali potenzjali tal-vapur miksuba permezz tal-proċeduri previsti fid-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *5 ), inkluż kwalunkwe prova jew evidenza preżuntiva dwar skariki intenzjonati ta’ żejt jew ksur ieħor ta’ Marpol 73/78 ikkomunikati minn stazzjonijiet kostali ta’ Stat Membru lill-istazzjonijiet kostali fl-Istat Membru kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 16 ta’ dik id-Direttiva jew inċidenti jew aċċidenti rrappurtati mill-kaptan tal-vapur lill-istazzjon kostali tal-Istat Membru kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 17 ta’ dik id-Direttiva. 5. Kwalunkwe informazzjoni oħra minn persuni involuti fit-tħaddim tal-vapur, inkluż piloti, li tissuġġerixxi irregolaritajiet relatati ma’ ksur potenzjali tal-obbligi skont din id-Direttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|