+▼M2 DIRETTIVA 2005/35/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar l-infurzar ta’ standards internazzjonali dwar it-tniġġis mill-vapuri u dwar l-introduzzjoni ta’ penali amministrattivi għal reati ta’ tniġġis ▼C2 (Test b' relevanza għaż-ŻEE)
---+Artikolu 1 Skop
------+Artikolu 1 1.
------+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+L-Artikolu 3 Kamp ta' applikazzjoni
------+L-Artikolu 3 1.
------+L-Artikolu 3 2.
---+Artikolu 4 Ksur u eċċezzjonijiet
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 6 Miżuri ta’ infurzar fir-rigward ta’ vapuri f’port ta’ Stat Membru
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
------+Artikolu 6 3.
---+L-Artikolu 7 Miżuri ta' infurzar minn Stati mal-kosta fir-rigward ta' vapuri fi transitu
------+L-Artikolu 7 1.
------+L-Artikolu 7 2.
------+L-Artikolu 7 3.
---+Artikolu 8 Penali amministrattivi
------+Artikolu 8 1.
------+Artikolu 8 2.
------+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8d Applikazzjoni effettiva tal-penali
------+Artikolu 8d 1.
------+Artikolu 8d 2.
---+L-Artikolu 9 L-osservanza tal-liġi internazzjonali
---+Artikolu 10 Skambju ta’ informazzjoni u esperjenza
------+Artikolu 10 1.
------+Artikolu 10 2.
------+Artikolu 10 3.
------+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10a Rapportar
------+Artikolu 10a 1.
------+Artikolu 10a 2.
------+Artikolu 10a 3.
------+Artikolu 10a 4.
---+Artikolu 10b Taħriġ
---+Artikolu 10c Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni
------+Artikolu 10c 1.
------+Artikolu 10c 2.
---+Artikolu 10d Protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw skariki illegali potenzjali u protezzjoni tad-data personali tagħhom
------+Artikolu 10d 1.
------+Artikolu 10d 2.
------+Artikolu 10d 3.
---+Artikolu 12a Evalwazzjoni u rieżami
------+Artikolu 12a 1.
------+Artikolu 12a 2.
---+Artikolu 13 Proċedura ta’ kumitat
------+Artikolu 13 1.
------+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 16 Traspożizzjoni
------+Artikolu 16 1.
------+Artikolu 16 2.
---+L-Artikolu 17 Dħul fis-seħħ
---+L-Artikolu 18 Destinatarji
---+ANNESS I Lista mhux eżawrjenti ta’ irregolaritajiet jew informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6
---+ANNESS II Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-ħarsa ġenerali lejn l-Unjoni kollha ppubblikata mill-Kummissjoni, imsemmija fl-Artikolu 10c
English - European Union - Environment -

▼M2 DIRETTIVA 2005/35/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar l-infurzar ta’ standards internazzjonali dwar it-tniġġis mill-vapuri u dwar l-introduzzjoni ta’ penali amministrattivi għal reati ta’ tniġġis ▼C2 (Test b' relevanza għaż-ŻEE)

▼M2

DIRETTIVA 2005/35/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Settembru 2005

dwar l-infurzar ta’ standards internazzjonali dwar it-tniġġis mill-vapuri u dwar l-introduzzjoni ta’ penali amministrattivi għal reati ta’ tniġġis

▼C2

(Test b' relevanza għaż-ŻEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Skop
Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“Marpol 73/78” tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali tal-1973 għall-prevenzjoni tat-tniġġis mill-Vapuri, inklużi l-Protokolli tagħha tal-1978 u l-1997, fil-verżjoni aġġornata tagħha;

(2) 

“sustanzi niġġiesa” tfisser sustanzi soġġetti għar-regolamentazzjoni mill-Anness I (żejt), l-Anness II (sustanzi likwidi noċivi bl-ingrossa), l-Anness III (sustanzi ta’ ħsara li jinġarru bil-baħar f’forma imballata), l-Anness IV (drenaġġ mill-vapuri) u l-Anness V (żibel mill-vapuri) mill-Marpol 73/78 u residwu tas-Sistema ta’ Tindif tal-Gass tal-Egżost;

(3) 

“residwu tas-Sistema ta’ Tindif tal-Gass tal-Egżost” tfisser kwalunkwe materjal li jitneħħa mill-ilma tal-ħasil jew mill-ilma tal-iskariki permezz ta’ sistema ta’ trattament jew ilma skarikat li ma jissodisfax il-kriterju tal-iskariku, jew materjal ieħor ta’ residwu li jitneħħa mis-sistemi tat-tindif tal-gass tal-egżost (EGCS) b’riżultat tat-tħaddim ta’ metodu ta’ konformità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, definit fir-Regolament 4 tal-Anness VI tal-Marpol 73/78, użat bħala alternattiva, f’termini ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet, għall-istandards stabbiliti fir-Regolament 14 tal-Anness VI tal-Marpol 73/78, filwaqt li jitqiesu l-linji gwida żviluppati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO);

(4) 

“skariku” tfisser kwalunkwe skariku kkawżat bi kwalunkwe mod minn vapur, kif imsemmi fl-Artikolu 2 tal-Marpol 73/78;

(5) 

“vapur” tfisser bastiment marittimu, irrispettivament mill-bandiera tiegħu, ta’ kwalunkwe xorta, li jopera fl-ambjent tal-baħar u għandu jinkludi aliskafi, vetturi bl-imħadda tal-arja, sommerġibbli u opri tal-baħar li jżommu fil-wiċċ;

(6) 

“persuna ġuridika” tfisser kwalunkwe entità legali li għandha tali status skont il-liġi nazzjonali applikabbli, barra minn Stati nnifishom, korpi pubbliċi fl-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat jew organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi;

(7) 

“kumpanija” tfisser is-sid ta’ vapur jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra, bħall-maniġer jew il-bareboat charterer, li jkunu assumu r-responsabbiltà għall-operat tal-vapur minn sid il-vapur.

L-Artikolu 3 Kamp ta' applikazzjoni
Artikolu 4 Ksur u eċċezzjonijiet
Artikolu 6 Miżuri ta’ infurzar fir-rigward ta’ vapuri f’port ta’ Stat Membru
L-Artikolu 7 Miżuri ta' infurzar minn Stati mal-kosta fir-rigward ta' vapuri fi transitu
Artikolu 8 Penali amministrattivi
Artikolu 8d Applikazzjoni effettiva tal-penali
L-Artikolu 9 L-osservanza tal-liġi internazzjonali

L-Artikolu 9

L-osservanza tal-liġi internazzjonali

L-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva mingħajr l-ebda diskriminazzjoni fil-forma jew fil-fatt kontra vapuri barranin u bi qbil mal-liġi internazzjonali applikabbli, inkluż is-Sezzjoni 7 tal-Parti XII tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar, u għandhom jgħarrfu fil-pront l-Istat tal-bandiera tal-vapur u kwalunkwe Stat ieħor ikkonċernat bil-miżuri meħuda skond din id-Direttiva.

Artikolu 10 Skambju ta’ informazzjoni u esperjenza
Artikolu 10a Rapportar
Artikolu 10b Taħriġ

Artikolu 10b

Taħriġ

Il-Kummissjoni għandha, bl-għajnuna tal-EMSA u f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tiffaċilita l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri billi tipprovdi, kif xieraq, taħriġ lill-awtoritajiet responsabbli għall-identifikazzjoni u l-verifika ta’ ksur skont il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u l-infurzar ta’ pieni jew kwalunkwe miżura oħra li tirriżulta minn tali ksur.

Artikolu 10c Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni
Artikolu 10d Protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw skariki illegali potenzjali u protezzjoni tad-data personali tagħhom
Artikolu 12a Evalwazzjoni u rieżami
Artikolu 13 Proċedura ta’ kumitat
Artikolu 16 Traspożizzjoni
L-Artikolu 17 Dħul fis-seħħ

L-Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak li fih tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 18 Destinatarji

L-Artikolu 18

Destinatarji

Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.

ANNESS I Lista mhux eżawrjenti ta’ irregolaritajiet jew informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6




ANNESS I

Lista mhux eżawrjenti ta’ irregolaritajiet jew informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6

1. Kwalunkwe irregolarità fir-rigward ta’ reġistri taż-żejt u reġistri rilevanti oħra jew fir-rigward ta’ nuqqasijiet oħra relatati ma’ skariki potenzjali, skoperti waqt l-ispezzjonijiet imwettqa skont id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *2 ) mill-Istat Membru kkonċernat, minn Stat Membru ieħor jew minn Stat firmatarju għall-Memorandum ta’ Qbil ta’ Pariġi dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port fil-portijiet preċedenti tal-waqfa tal-vapur;

2. Kwalunkwe irregolarità fir-rigward tal-konsenja ta’ skart iġġenerat mill-vapuri, jew in-notifika tagħha, kif meħtieġ skont id-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *3 ) li tkun saret fl-Istat Membru kkonċernat jew fl-Istat Membru tal-portijiet preċedenti tal-waqfa tal-vapur;

3. Kwalunkwe irregolarità fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità mal-kriterji għall-użu tal-EGCS imħaddma bħala metodi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II għad-Direttiva (UE) 2016/802 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *4 ), li tirreferi għal-Linji Gwida tal-2009 għal EGCS stabbiliti fir-Riżoluzzjoni MEPC.184(59) kif sostitwiti mil-Linji Gwida tal-2021 għal EGCS stabbiliti fir-riżoluzzjoni MEPC.340(77).

4. Kwalunkwe informazzjoni miksuba minn Stat Membru ieħor relatata ma’ skariku illegali potenzjali tal-vapur miksuba permezz tal-proċeduri previsti fid-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *5 ), inkluż kwalunkwe prova jew evidenza preżuntiva dwar skariki intenzjonati ta’ żejt jew ksur ieħor ta’ Marpol 73/78 ikkomunikati minn stazzjonijiet kostali ta’ Stat Membru lill-istazzjonijiet kostali fl-Istat Membru kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 16 ta’ dik id-Direttiva jew inċidenti jew aċċidenti rrappurtati mill-kaptan tal-vapur lill-istazzjon kostali tal-Istat Membru kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 17 ta’ dik id-Direttiva.

5. Kwalunkwe informazzjoni oħra minn persuni involuti fit-tħaddim tal-vapur, inkluż piloti, li tissuġġerixxi irregolaritajiet relatati ma’ ksur potenzjali tal-obbligi skont din id-Direttiva.

ANNESS II Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-ħarsa ġenerali lejn l-Unjoni kollha ppubblikata mill-Kummissjoni, imsemmija fl-Artikolu 10c




ANNESS II

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-ħarsa ġenerali lejn l-Unjoni kollha ppubblikata mill-Kummissjoni, imsemmija fl-Artikolu 10c

1. Għal kull inċident ta’ tniġġis ivverifikat u kkonfermat minn Stat Membru, l-informazzjoni fil-ħarsa ġenerali lejn l-Unjoni kollha ppubblikata mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10c għandha tinkludi:

(a) 

id-data tal-inċident;

(b) 

l-identifikazzjoni tal-vapur involut fl-inċident;

(c) 

il-pożizzjoni (latitudni u lonġitudni) tal-inċident ta’ tniġġis;

(d) 

il-firxa tal-inċident ta’ tniġġis (żona u tul), jekk applikabbli;

(e) 

it-tip ta’ sustanza niġġiesa;

(f) 

l-Istat(i) Membru/i involut(i);

(g) 

deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ verifika tal-inċident ta’ tniġġis;

(h) 

id-data u l-ħin tal-attivitajiet ta’ verifika u l-assi li ntużaw għall-attivitajiet ta’ verifika;

(i) 

dettalji tal-penali amministrattiva imposta.

2. Għal kull Stat Membru, l-informazzjoni aggregata li tinsab fil-ħarsa ġenerali lejn l-Unjoni kollha ppubblikata mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10c għandha tinkludi:

(a) 

l-għadd ta’ inċidenti possibbli ta’ tniġġis tal-CleanSeaNet identifikati;

(b) 

l-għadd ta’ inċidenti possibbli ta’ tniġġis tal-CleanSeaNet ivverifikati fuq il-post mill-Istat Membru;

(c) 

l-għadd ta’ inċidenti possibbli ta’ tniġġis tal-CleanSeaNet ivverifikati b’mezzi oħra mill-Istat Membru;

(d) 

l-għadd ta’ inċidenti kkonfermati ta’ tniġġis wara verifika (iddettaljat għal kull żona: ibħra territorjali, ŻEE, ibħra internazzjonali);

(e) 

l-għadd ta’ trasgressuri identifikati;

(f) 

l-għadd ta’ każijiet meta ġiet imposta penali.

3. Sommarju, għall-finijiet ta’ referenza biss, tal-partijiet rilevanti tal-Marpol 73/78, li għandu jiġi aġġornat kull meta jkun hemm bidliet fil-Marpol 73/78 rilevanti għal din id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32005L0035
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.