Din id-Direttiva tapplika għall-implimentazzjoni u l-operazzjoni tal-RIS fil-passaġġi fuq l-ilma interni u l-portijiet interni kollha tal-Istati Membri li jagħmlu parti min-network trans-Ewropew tat-trasport, kif speċifikat u elenkat fl-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 2024/1679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
), u li huma konnessi direttament mal-passaġġi fuq l-ilma interni u l-portijiet interni ta’ Stat Membru ieħor li jagħmel parti min-network trans-Ewropew tat-trasport, kif speċifikat u elenkat f’dawk l-Annessi.