+ID-DIRETTIVA 2005/44/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar is-Servizzi Armonizzati ta' Informazzjoni tax-Xmajjar ( RIS ) f'passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità
---+Artikolu 1 Suġġett
------+Artikolu 1 1.
------+Artikolu 1 2.
---+L-Artikolu 2 Kamp ta'Applikazzjoni
------+L-Artikolu 2 1.
------+L-Artikolu 2 2.
---+L-Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 4 Il-ħolqien tal-RIS
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
------+Artikolu 4 3.
------+Artikolu 4 4.
------+Artikolu 4 5.
------+Artikolu 4 6.
------+Artikolu 4 7.
------+Artikolu 4 8.
------+Artikolu 4 9.
---+Artikolu 5 Speċifikazzjonijiet tekniċi
---+Artikolu 6 Pożizzjonament bis-Satellita
---+L-Artikolu 7 Approvazzjoni tat-tip tat-tagħmir ta'RIS
------+L-Artikolu 7 1.
------+L-Artikolu 7 2.
------+L-Artikolu 7 3.
---+Artikolu 8 Awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 8a Mekkaniżmu ta’ reazzjoni
------+Artikolu 8a 1.
------+Artikolu 8a 2.
------+Artikolu 8a 3.
------+Artikolu 8a 4.
------+Artikolu 8a 5.
---+Artikolu 9 Regoli dwar il-privatezza, is-sigurtà tal-informazzjoni u l-ipproċessar tad-data personali
------+Artikolu 9 1.
------+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 10 Setgħat delegati
------+Artikolu 10 1.
------+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10a Eżerċizzju tad-delega
------+Artikolu 10a 1.
------+Artikolu 10a 2.
------+Artikolu 10a 3.
------+Artikolu 10a 4.
------+Artikolu 10a 5.
------+Artikolu 10a 6.
---+Artikolu 11 Proċedura ta’ kumitat
------+Artikolu 11 1.
------+Artikolu 11 2.
---+L-Artikolu 12 Traspożizzjoni
------+L-Artikolu 12 1.
------+L-Artikolu 12 4.
------+L-Artikolu 12 5.
------+L-Artikolu 12 6.
---+Artikolu 12a Monitoraġġ
---+L-Artikolu 13 Dħul fis-seħħ
---+L-Artikolu 14 Indirizzati
---+ANNESS I REKWIŻITI MINIMI TA’ DATA
---+ANNESS II PRINĊIPJI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TAL-RIS
---+ANNESS III SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TAL-RIS
|
English -
European Union -
ICT -
ID-DIRETTIVA 2005/44/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar is-Servizzi Armonizzati ta' Informazzjoni tax-Xmajjar ( RIS ) f'passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità
ID-DIRETTIVA 2005/44/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-7 ta’ Settembru 2005
dwar is-Servizzi Armonizzati ta' Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f'passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 Suġġett
|
|
|
L-Artikolu 2 Kamp ta'Applikazzjoni
|
|
|
L-Artikolu 3 Definizzjonijiet
|
L-Artikolu 3
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“Servizzi ta' Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS)” tfisser servizzi armonizzati t' informazzjoni sabiex jappoġġaw l-amministrazzjoni tat-traffiku u tat-trasport fin-navigazzjoni interna, inkluż fejn huwa teknikament possibbli, il-kollegamenti ma' modi oħra ta' trasport. L-RIS ma jirrigwardawx l-attivitajiet kummerċjali interni bejn il-kumpanniji involuti, iżda huma miftuħa għall-kollegament ma' attivitajiet kummerċjali. L-RIS jinkludu servizzi bħal informazzjoni dwar kanali navigabbli, informazzjoni dwar it-traffiku, amministrazzjoni tat-traffiku, għajnuna għat-trattament ta' diżastri, informazzjoni għall-amministrazzjoni tat-trasport, servizzi statistiċi u doganali u ħlasijiet għall-użu tal-passaġġi fuq l-ilma u tal-portijiet;
(b)
“Informazzjoni dwar Kanali Navigabbli” tfisser informazzjoni ġeografika, idroloġika u amministrattiva fir-rigward tal-passaġġi interni (kanali navigabbli). L-informazzjoni dwar Kanali Navigabbli hija informazzjoni mogħtija f'direzzjoni waħda: mill-art għall-vapur jew mill-art għall-uffiċċju;
(ċ)
“Informazzjoni Tattika tat-Traffiku” tfisser l-informazzjoni li taffettwa d-deċiżjonijiet immedjati navigazzjonali fis-sitwazzjoni attwali tat-traffiku u fiż-żoni ġeografiċi viċini;
(d)
“Informazzjoni Strateġika tat-Traffiku” tfisser informazzjoni li taffettwa d-deċiżjonijiet fuq perjodu twil jew medju ta' l-utenti ta' l-RIS;
(e)
“applikazzjoni ta' l-RIS” tfisser il-fornitura ta' servizzi ta' informazzjoni tax-xmajjar permezz ta' sistemi mfassla għal dan l-għan speċifiku;
(f)
“Ċentru ta' l-RIS” tfisser il-post fejn is-servizzi jkunu amministrati mill-operaturi;
(g)
“Utenti ta' l-RIS” tfisser il-gruppi kollha differenti ta' utenti inklużi l-kaptani tal-bastimenti, l-operaturi ta' l-RIS, l-operaturi tal-bibien ta' l-ilmijiet magħluqa u/jew ta' pontijiet, l-awtoritajiet tal-kanali, l-operaturi tal-portijiet u tat-terminal, l-operaturi f'ċentri ta' reazzjoni kontra d-diżastri stabbiliti fi ħdan servizzi ta' emerġenza, l-amministraturi tal-flotot, it-trasportaturi ta' merkanzija u s-sensara fin-negozju tas-servizzi tat-trasport;
(h)
“Interoperabbiltà” tfisser l-armonizzazzjoni tas-servizzi, tal-kontenuti tad-data, tal-forom u l-frekwenzi ta' skambju ta' data b'tali mod li l-utenti ta' l-RIS ikollhom aċċess għall-istess servizzi u informazzjoni fuq livell Ewropew;
▼M3
(i)
“network trans-Ewropew tat-trasport” jew “TEN-T” tfisser passaġġi fuq l-ilma interni kif speċifikat fil-mapep stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/1679;
(j)
“Sistema Ewropea għall-Ġestjoni tad-Data ta’ Referenza” jew “ERDMS” tfisser repożitorju (librerija) b’punt tal-aċċess uniku ta’ data ta’ referenza u listi tal-kodiċijiet li jintużaw mill-applikazzjonijiet tal-IT fit-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni taħt l-awtorità tal-Kummissjoni; ma tinkludix id-data tan-network ipprovduta mill-Istat Membru f’konformità mal-Annessi I u III;
(k)
“sistema komunitarja tal-port” tfisser pjattaforma elettronika għall-iskambju tal-informazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati biex tiżgura proċessi portwarji u loġistiċi bla skossi;
(l)
“sistema intelliġenti tal-infrastruttura fil-passaġġi fuq l-ilma interni” tfisser pjattaforma elettronika li tappoġġa l-ġestjoni parzjalment u kompletament awtomatizzata tal-infrastruttura tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni fl-imgħalaq u l-pontijiet mobbli tat-TEN-T u hi mħaddma mill-awtoritajiet pubbliċi tal-ġestjoni tal-passaġġi fuq l-ilma interni;
(m)
“Ambjent Ewropew tal-RIS” tfisser pjattaforma elettronika b’punt ta’ aċċess uniku bbażata fuq informazzjoni nazzjonali tal-RIS li tipprovdi servizzi tekniċi u operazzjonali għall-utenti tal-RIS u fiha links għar-rappurtar elettroniku skont il-prinċipju ta’ “darba biss”;
(n)
“port intern” tfisser port tal-passaġġi fuq l-ilma interni tan-network ewlieni TEN-T jew tan-network komprensiv TEN-T, kif elenkat u kkategorizzat fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2024/1679.
|
|
Artikolu 4 Il-ħolqien tal-RIS
|
|
|
Artikolu 5 Speċifikazzjonijiet tekniċi
|
Artikolu 5
Speċifikazzjonijiet tekniċi
1.
Biex jiġu appoġġati l-RIS u tkun żgurata l-interoperabbiltà tas-servizzi f’konformità mal-Artikolu 4(2), għandhom japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Anness III f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness II u dawn għandhom ikopru b’mod partikolari l-oqsma li ġejjin:
(a)
is-sistema elettronika ta’ viżwalizzazzjoni ta’ mapep u ta’ informazzjoni għan-navigazzjoni interna (l-ECDIS interna);
(b)
ir-rapportar elettroniku tal-bastimenti;
(d)
is-sistemi tat-trekkjar u tat-traċċar tal-bastimenti;
(e)
il-kompatibbiltà tat-tagħmir meħtieġ għall-użu tal-RIS;
(f)
tħaddim tal-Ambjent Ewropew tal-RIS;
(g)
l-interkonnessjoni u l-iskambju tal-informazzjoni mal-bażijiet tad-data tal-Unjoni (ERDMS);
(h)
interfaċċa standardizzata għall-pjattaformi tal-IT ta’ mezzi oħra ta’ trasport;
(i)
interfaċċa standardizzata bejn l-Ambjent Ewropew tal-RIS u sistemi komunitarji tal-port ta’ portijiet interni u bejn l-Ambjent Ewropew tal-RIS u sistemi intelliġenti tal-infrastruttura tal-passaġġi fuq l-ilma interni;
(j)
data għan-navigazzjoni u l-ippjanar tal-vjaġġi f’passaġġi fuq l-ilma interni.
|
|
Artikolu 6 Pożizzjonament bis-Satellita
|
Artikolu 6
Pożizzjonament bis-Satellita
Għall-finijiet tal-RIS, li għalihom huwa meħtieġ pożizzjonament eżatt, huwa rrakkomandat li jintużaw sistemi ta’ pożizzjonament u ta’ navigazzjoni bis-satellita, bħas-servizzi tan-navigazzjoni pprovduti minn Galileo, inkluż is-servizz b’akkuratezza għolja u l-Awtentikazzjoni tal-Messaġġi ta’ Navigazzjoni b’Servizz Miftuħ u s-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS) imsemmija fir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
3
). Għall-finijiet ta’ applikazzjonijiet u servizzi li jiddependu fuq data ta’ osservazzjoni tad-Dinja, huwa rrakkomandat l-użu ta’ data, informazzjoni u servizzi ta’ Copernicus.
|
|
L-Artikolu 7 Approvazzjoni tat-tip tat-tagħmir ta'RIS
|
|
|
Artikolu 8 Awtoritajiet kompetenti
|
Artikolu 8
L-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-applikazzjoni tal-RIS, għall-iskambju internazzjonali tad-data, għat-tħaddim tal-Ambjent Ewropew tal-RIS, u għat-trattament tar-reazzjoni mill-utenti tal-RIS. Għandhom jinnotifikaw lil dawk l-awtoritajiet maħtura għall-Kummissjoni sas-17 ta’ Jannar 2029.
|
|
Artikolu 8a Mekkaniżmu ta’ reazzjoni
|
|
|
Artikolu 9 Regoli dwar il-privatezza, is-sigurtà tal-informazzjoni u l-ipproċessar tad-data personali
|
|
|
Artikolu 10 Setgħat delegati
|
|
|
Artikolu 10a Eżerċizzju tad-delega
|
|
|
Artikolu 11 Proċedura ta’ kumitat
|
|
|
L-Artikolu 12 Traspożizzjoni
|
|
|
Artikolu 12a Monitoraġġ
|
Artikolu 12a
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja t-twaqqif tal-RIS fl-Unjoni u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-3 ta’ Jannar 2034. Ir-rapport għandu jinkludi analiżi tal-impatt ta’ din id-Direttiva fuq il-livell ta’ integrazzjoni tat-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni fil-katina loġistika ġenerali u għandu jeżamina l-potenzjal għal għodod diġitali ġodda biex tiżdied l-effiċjenza fin-network kollu tal-passaġġi fuq l-ilma interni tat-TEN-T.
|
|
L-Artikolu 13 Dħul fis-seħħ
|
L-Artikolu 13
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
|
|
L-Artikolu 14 Indirizzati
|
L-Artikolu 14
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri li għandhom passaġġi fuq l-ilma interni li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 2.
|
|
ANNESS I REKWIŻITI MINIMI TA’ DATA
|
ANNESS I
REKWIŻITI MINIMI TA’ DATA
Kif imsemmi fl-Artikolu 4(3), il-punt (a), b’mod partikolari, id-data li ġejja għandha tiġi fornuta:
(a)
il-linja tal-passaġġ fuq l-ilma b’indikazzjoni kilometrika;
(b)
ir-restrizzjonijiet għal bastimenti jew konvoj f’termini ta’ tul, wisa’, fundar jew kurrenti tal-arja;
(c)
il-ħinijiet ta’ operazzjoni ta’ strutturi restrittivi, b’mod partikolari tal-imgħalaq u ta’ pontijiet;
(d)
il-ħinijiet ta’ stennija previsti fil-pontijiet, fl-imgħalaq u fil-portijiet interni, f’ħin reali fejn disponibbli;
(e)
il-post tal-portijiet u tas-siti ta’ trażbord;
(f)
id-data ta’ referenza għal kejl standard tal-livell tal-ilma rilevanti għan-navigazzjoni;
(g)
il-post u, meta disponibbli, id-disponibbiltà attwali tal-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi, inkluż il-provvista tal-elettriku mix-xatt.
L-informazzjoni mogħtija għandha tinżamm aġġornata u, fejn disponibbli, tirrifletti s-sitwazzjoni fil-ħin reali.
|
|
ANNESS II PRINĊIPJI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TAL-RIS
|
ANNESS II
PRINĊIPJI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TAL-RIS
1.
Prinċipji ġenerali
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-RIS għandhom jirrispettaw il-prinċipji ġenerali li ġejjin:
(a)
l-indikazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi għall-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-użu operattiv tas-servizzi u s-sistemi relatati;
(b)
l-arkitettura u l-organizzazzjoni tal-RIS;
(c)
ir-rakkomandazzjonijiet għall-bastimenti biex jipparteċipaw fir-RIS, għal servizzi individwali u għall-iżvilupp gradwali tal-RIS.
2.
Sistema Elettronika ta’ viżwalizzazzjoni ta’ mapep u ta’ informazzjoni għan-navigazzjoni interna (ECDIS interna)
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jridu jiġu stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 5 għal sistema elettronika ta’ viżwalizzazzjoni ta’ mapep u ta’ informazzjoni għan-navigazzjoni interna (ECDIS interna) għandhom jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:
(a)
il-kompatibbiltà mas-sistema elettronika marittima ta’ viżwalizzazzjoni ta’ mapep u ta’ informazzjoni (ECDIS marittima) biex ikun iffaċilitat it-traffiku tal-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni f’żoni tat-traffiku mħallat bi traffiku estwarju u traffiku bejn il-baħar u x-xmajjar;
(b)
l-ispeċifikazzjoni ta’ rekwiżiti minimi għat-tagħmir tal-ECDIS interna, u l-kontenut minimu tal-mapep elettroniċi tan-navigazzjoni, bil-għan tas-sikurezza fin-navigazzjoni, b’mod partikolari:
(i)
livell għoli ta’ affidabbiltà u aċċessibbiltà tat-tagħmir tal-ECDIS interna użat;
(ii)
ir-robustezza tat-tagħmir tal-ECDIS interna biex ikun jiflaħ għall-kundizzjonijiet ambjentali tipiċi abbord il-bastimenti, bla ma jitnaqqru l-kwalità jew l-affidabbiltà;
(iii)
il-mappa elettronika tan-navigazzjoni tkun tinkludi kull tip ta’ oġġetti ġeografiċi, pereżempju l-konfini tal-kanali navigabbli, il-binjiet mal-linji tal-kosta, u s-sinjali markaturi tant meħtieġa għal navigazzjoni sikura;
(iv)
il-monitoraġġ tal-mappa elettronika b’immaġni sovrapposta tar-radar meta tintuża għat-treġija tal-bastiment;
(c)
il-mappa elettronika tan-navigazzjoni tkun tinkludi informazzjoni aġġornata dwar il-fond tal-kanali navigabbli u tintwera tali informazzjoni b’rabta mal-livell tal-ilma predefinit jew attwali;
(d)
il-mappa elettronika tan-navigazzjoni tkun tinkludi ċertu informazzjoni addizzjonali, pereżempju dwar partijiet oħrajn li mhumiex l-awtoritajiet kompetenti u tintwera tali informazzjoni fl-ECDIS interna mingħajr ma tiġi affettwata l-informazzjoni meħtieġa għal navigazzjoni sikura;
(e)
il-mapep elettroniċi tan-navigazzjoni jkunu disponibbli għall-utenti tal-RIS;
(f)
id-data tal-mapep elettroniċi tan-navigazzjoni tkun disponibbli għall-manifatturi kollha tal-applikazzjonijiet, meta xieraq bi ħlas raġonevoli skont il-kost;
(g)
l-integrazzjoni ta’ informazzjoni aġġornata dwar il-ħinijiet tal-istennija fl-imgħalaq, fil-pontijiet u fil-portijiet interni u li tali informazzjoni tintwera fl-ECDIS interna mingħajr ma tiġi affettwata l-informazzjoni meħtieġa għal navigazzjoni sikura.
3.
Ir-rapportar elettroniku tal-bastimenti
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tar-rapportar elettroniku tal-bastimenti involuti fin-navigazzjoni interna f’konformità mal-Artikolu 5 għandhom jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:
(a)
il-faċilitazzjoni tal-iskambju tad-data elettronika bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, bejn il-parteċipanti fin-navigazzjoni interna u marittima u fit-trasport multimodali li jinvolvi n-navigazzjoni interna;
(b)
l-użu ta’ sistema standardizzata tal-messaġġ ta’ notifika tat-trasport għall-messaġġi bejn il-bastimenti u l-awtoritajiet, bejn l-awtoritajiet u l-bastimenti, u bejn l-awtoritajiet biex tinkiseb il-kompatibbiltà man-navigazzjoni marittima;
(c)
l-użu ta’ listi ta’ kodiċijiet u klassifikazzjonijiet aċċettati internazzjonalment, possibbilment miżjuda biex ikunu jgħoddu għal ħtiġijiet addizzjonali tan-navigazzjoni interna;
(d)
l-użu ta’ numru tal-identifikazzjoni uniku għall-bastimenti Ewropej.
4.
Avviżi lill-kaptani
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-avviżi lill-kaptani f’konformità mal-Artikolu 5, b’mod partikolari b’rabta mal-informazzjoni tal-kanali navigabbli, l-informazzjoni tat-traffiku u l-ġestjoni tat-traffiku, u l-ippjanar ta’ vjaġġi fil-passaġġi fuq l-ilma interni għandhom jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:
(a)
struttura standardizzata tad-data li tuża moduli predefiniti tat-test u kodifikati f’livell għoli biex tkun tista’ ssir it-traduzzjoni awtomatika tal-aktar kontenut importanti għal lingwi oħra u biex teħfief l-integrazzjoni tal-avviżi lill-kaptani fis-sistemi tal-ippjanar tal-vjaġġi;
(b)
kompatibbiltà tal-istruttura standardizzata tad-data mal-istruttura tad-data tal-ECDIS interna biex teħfief l-integrazzjoni tal-avviżi lill-kaptani fl-ECDIS interna;
(c)
allinjament mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għan-navigazzjoni u l-ippjanar ta’ vjaġġi fil-passaġġi fuq l-ilma interni biex tkun żgurata l-koerenza tal-informazzjoni mogħtija.
5.
Sistemi tat-trekkjar u tat-traċċar tal-bastimenti
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sistemi tat-traċċar u r-rintraċċar tal-bastimenti f’konformità mal-Artikolu 5 għandhom jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:
(a)
l-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti dwar is-sistemi u tal-messaġġi standard, u tal-proċeduri biex ikunu jistgħu jingħataw b’mod awtomatiku;
(b)
id-divrenzjar bejn is-sistemi adegwati għar-rekwiżiti tal-informazzjoni tattika tat-traffiku u s-sistemi adegwati għar-rekwiżiti tal-informazzjoni strateġika tat-traffiku, fir-rigward tal-akkuratezza fil-pożizzjonament u fir-rigward tar-rata tal-aġġornament meħtieġa;
(c)
id-deskrizzjoni tas-sistemi tekniċi rilevanti għat-traċċar u r-rintraċċar tal-bastimenti, bħall-AIS interna (sistema interna tal-identifikazzjoni awtomatika);
(d)
il-kompatibbiltà tal-formati tad-data mas-sistema marittima tal-AIS.
6.
Prinċipji operazzjonali tal-Ambjent Ewropew tal-RIS
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-Ambjent Ewropew tal-RIS f’konformità mal-Artikolu 5 għandhom jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:
(a)
ikunu tieqa diġitali unika għan-navigazzjoni interna;
(b)
punt uniku u armonizzat tal-aċċess għal informazzjoni aġġornata u, jekk possibbli fil-ħin reali, dwar il-kundizzjonijiet fil-kanali navigabbli għal navigazzjoni, ippjanar tal-vjaġġi u operazzjonijiet portwarji sikuri u sostenibbli tul it-TEN-T;
(c)
jippermettu li jitħaddmu ktajjen tat-trasport multimodali, filwaqt li tilħaq livell xieraq tal-protezzjoni tad-data;
(d)
livell għoli ta’ akkuratezza tad-data għal skambju bla xkiel tad-data fost l-utenti rilevanti tal-RIS tul it-TEN-T (fl-Unjoni u barra minnha);
(e)
interfaċċa faċli għall-utenti b’funzjonalitajiet utli u prattiċi li jistgħu jittejbu bħall-possibbiltà li tissejvja u taħżen il-profili;
(f)
punt uniku u armonizzat tar-rapportar f’konformità mal-prinċipju ta’ “darba biss”, anki għal vjaġġi internazzjonali;
(g)
rabta ma’ sistemi oħra li jużaw teknoloġiji tal-informazzjoni, tal-komunikazzjoni, tan-navigazzjoni u tal-pożizzjonament/lokalizzazzjoni biex jimmaniġġjaw l-infrastruttura, il-mobbiltà u t-traffiku fuq it-TEN-T b’mod effettiv u biex jingħataw servizzi tal-valur miżjud liċ-ċittadini u lill-operaturi, inkluż sistemi biex it-TEN-T jintuża b’mod sigur, mingħajr perikli, favur l-ambjent u b’effiċjenza tal-kapaċitajiet;
(h)
ikunu jiġbru u jirrapportaw data anonimizzata u aggregata dwar l-użu li tista’ tintuża għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-RIS, inkluż imqar l-għadd ta’ utenti tal-RIS, id-disponibbiltà tad-data fl-Ambjent Ewropew tal-RIS, il-konnessjoni u l-għadd ta’ skambji ma’ sistemi jew pjattaformi diġitali oħra;
(i)
jiżguraw iċ-ċibersigurtà.
7.
Disponibbiltà tad-data għal sistemi jew pjattaformi diġitali oħra
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-iskambju tad-data ma’ sistemi jew pjattaformi diġitali oħra, f’konformità mal-Artikolu 5 għandhom jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:
(a)
jibnu fuq il-funzjonalitajiet mogħtija mill-Ambjent Ewropew tal-RIS;
(b)
jiffaċilitaw l-iskambju elettroniku tad-data bejn it-teknoloġiji tal-RIS u l-bażijiet tad-data u s-sistemi li jintużaw minn modi oħra tat-trasport, b’konnessjonijiet u interfaċċi xierqa tad-data;
(c)
l-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti fir-rigward ta’ sistemi jew pjattaformi diġitali oħra fir-rigward tal-proċeduri għall-iskambju awtomatizzat tad-data;
(d)
l-iskambju tal-informazzjoni fil-ħin reali b’mod partikolari għad-data kritika fil-ħin;
(e)
jiġi żgurat l-iskambju sigur tal-informazzjoni f’konformità ma’ sistema komprensiva b’kontroll tal-aċċess ibbażat fuq id-drittijiet;
(f)
jantiċipaw sistema qafas ta’ skambju li jkunu jistgħu jsirulha żviluppi futuri u li tintrabat ma’ sistemi addizzjonali kif meħtieġ, inkluż skambji mal-Ispazju Ewropew futur tad-Data dwar il-Mobbiltà u ma’ kwalunkwe sistema oħra maħsuba biex tippromwovi l-innovazzjonijiet fit-trasport multimodali.
8.
Data għan-navigazzjoni, u l-ippjanar ta’ vjaġġi fil-passaġġi fuq l-ilma interni
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-data għan-navigazzjoni u l-ippjanar ta’ vjaġġi fil-passaġġi tal-ilma interni f’konformità mal-Artikolu 5 għandhom jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:
(a)
jagħtu informazzjoni aġġornata f’intervalli regolari u mill-inqas meta jsiru bidliet sinifikanti fis-sitwazzjoni fil-kanali navigabbli li jistgħu jimpattaw in-navigazzjoni;
(b)
ikopru mqar l-informazzjoni li ġejja:
(i)
il-ħinijiet tal-istennija previsti fl-imgħalaq, fil-pontijiet (mobbli) u fil-portijiet interni;
(ii)
data dwar in-network Ewropew tal-passaġġi fuq l-ilma meħtieġa għan-navigazzjoni u għall-ippjanar tal-vjaġġi f’passaġġi tal-ilma interni u li tkopri tal-inqas ir-rekwiżiti tad-data minimi stabbiliti fl-Anness I;
(iii)
il-livell tal-ilma, l-inqas fond imkejjel, il-fond ħieles, l-istat tal-milqgħa jekk tkun qed timblokka n-navigazzjoni, ir-reġim, il-livell previst tal-ilma, l-inqas fond imkejjel imbassar;
(iv)
is-sitwazzjoni tas-silġ u n-navigabbiltà relatata jew twissijiet estremi oħra tat-temp;
(v)
il-ħinijiet operatorji tal-imgħalaq, tal-pontijiet (mobbli) u tal-portijiet interni.
(c)
il-forniment ta’ informazzjoni permezz tal-ECDIS interna, avviżi lill-kaptani u l-Ambjent Ewropew tal-RIS kif xieraq.
|
|
ANNESS III SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TAL-RIS
|
ANNESS III
SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TAL-RIS
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi applikabbli għall-RIS għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-aħħar edizzjoni tal-Istandard Ewropew għas-Servizzi tal-Informazzjoni tax-Xmajjar (ES-RIS) adottata mis-CESNI.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32005L0044
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|