+Artikolu 4 L-istima tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm
---+Article 4 1.
---+Article 4 2.
---+Article 4 3.
---+Article 4 4.
---+Article 4 5.

Artikolu 4 L-istima tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm

Artikolu 4

L-istima tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm

1.  L-Istati Membri għandhom jiżuraw li s-settijiet ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm jiġu kompilati permezz tal-monitoraġġ tal-parametri stabbiliti fl-Anness I, Kolonna A.

2.  L-istima tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm għandha ssir:

(a) fir-rigward ta’ kull ilma għall-għawm;

(b) wara t-tmiem ta’ kull staġun ta’ l-għawm;

(c) abbażi tas-sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm fir-rigward ta’ dak l-istaġun ta’ l-għawm u t-tliet staġuni ta’ l-għawm preċedenti; u

(d) skond il-proċedura stabbilita fl-Anness II.

Madankollu, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jwettaq stimi tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm abbażi tas-sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm ikkompilati fir-rigward biss tat-tliet staġuni ta’ l-għawm preċedenti. Jekk dan jiddeċiedi hekk, għandu jgħarraf lill-Kummissjoni minn qabel. Għandu wkoll jgħarraf lill-Kummissjoni jekk sussegwentement jiddeċiedi li jerġa’ lura għal stimi li jagħmel abbażi ta’ erba’ staġuni ta’ l-għawm. L-Istati Membri ma jistgħux ibiddlu il-perjodu ta’ stima applikabbli aktar minn darba kull ħames snin.

3.  Is-settijiet ta’ data dwar l-ilma għall-għawm użati sabiex jitwettqu stimi dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm għandhom dejjem jinkludu mill-inqas 16-il kampjun jew, fiċ-ċirkustanzi speċjali msemmija fl-Anness IV, paragrafu 2, 12-il kampjun.

4.  Madankollu, bil-kondizzjoni li jew:

— ikun sodisfatt ir-rekwiżit tal-paragrafu 3; jew

— is-sett ta’ data dwar l-ilma għall-għawm użat sabiex issir l-istima jikkomprendi mill-inqas 8 kampjuni, fil-każ ta’ ilmijiet għall-għawm bi staġun ta’ l-għawm li ma jaqbiżx it-8 ġimgħat,

tista’ titwettaq stima tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm abbażi ta’ sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm assoċjata ma’ inqas minn erba’ staġuni ta’ l-għawm jekk:

(a) l-ilma għall-għawm ikun għadu kif ġie identifikat;

(b) seħħew kwalunkwe tibdiliet li għandhom il-probabbiltà li jolqtu l-klassifikazzjoni ta’ l-ilma għall-għawm skond l-Artikolu 5, u f’dan il-każ l-istima għandha titwettaq abbażi ta’ sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm li tikkonsisti biss fir-riżultati tal-kampjuni miġbura mindu seħħew it-tibdiliet; jew

(c) l-ilma għall-għawm ikun diġà ġie stmat skond id-Direttiva 76/160/KEE, u f’dak il-każ għandha tintuża data ekwivalenti miġbura skond dik id-Direttiva u, għal dan il-għan, il-parametri 2 u 3 ta’ l-Anness mad-Direttiva 76/160/KEE għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għall-parametri 2 u 1 tal-Kolonna A ta’ l-Anness I ma’ din id-Direttiva.

5.  L-Istati Membri jistgħu jissuddividu jew jaggruppaw flimkien ilmijiet għall-għawm eżistenti fid-dawl ta’ l-istimi tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm. Huma jistgħu jaggruppaw flimkien ilmijiet għall-għawm eżistenti biss jekk dawn l-ilmijiet:

(a) huma kontigwi;

(b) ingħataw stimi simili għall-erba’ snin preċedenti skond il-paragrafi 2, 3 u 4(ċ); u

(c) għandhom profili ta’ l-ilma għall-għawm li kollha jidentifikaw fatturi ta’ riskju komuni jew in-nuqqas tagħhom.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 4 1.
Member States shall ensure that sets of bathing water quality data are compiled through the monitoring of the parameters set out in Annex I, column A.
Article 4 2.

Bathing water quality assessments shall be carried out:

(a) 

in relation to each bathing water;

(b) 

after the end of each bathing season;

(c) 

on the basis of the set of bathing water quality data compiled in relation to that bathing season and the three preceding bathing seasons; and

(d) 

in accordance with the procedure set out in Annex II.

However, a Member State may decide to carry out bathing water quality assessments on the basis of the set of bathing water quality data compiled in relation to the preceding three bathing seasons only. If it so decides, it shall notify the Commission beforehand. It shall also notify the Commission if it subsequently decides to revert to carrying out assessments on the basis of four bathing seasons. Member States may not change the applicable assessment period more than once every five years.

Article 4 3.
Sets of bathing water data used to carry out bathing water quality assessments shall always comprise at least 16 samples or, in the special circumstances referred to in Annex IV, paragraph 2, 12 samples.
Article 4 4.

However, provided that either:

— 
the requirement of paragraph 3 is satisfied, or
— 
the set of bathing water data used to carry out the assessment comprises at least eight samples, in the case of bathing waters with a bathing season not exceeding eight weeks,

a bathing water quality assessment may be carried out on the basis of a set of bathing water quality data relating to fewer than four bathing seasons if:

(a) 

the bathing water is newly identified;

(b) 

any changes have occurred that are likely to affect the classification of the bathing water in accordance with Article 5, in which case the assessment shall be carried out on the basis of a set of bathing water quality data consisting solely of the results for samples collected since the changes occurred; or

(c) 

the bathing water had already been assessed in accordance with Directive 76/160/EEC, in which case equivalent data gathered under that Directive shall be used and, for this purpose, parameters 2 and 3 of the Annex to Directive 76/160/EEC shall be deemed to be equivalent to parameters 2 and 1 of column A of Annex I to this Directive.

Article 4 5.

Member States may subdivide or group together existing bathing waters in the light of bathing water quality assessments. They may group existing bathing waters together only if these waters:

(a) 

are contiguous;

(b) 

received similar assessments for the preceding four years in accordance with paragraphs 2, 3 and 4(c); and

(c) 

have bathing water profiles all of which identify common risk factors or the absence thereof.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0007
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.