+KAPITOLU II IL-KWALITÀ U L-IMMANIĠĠJAR TA’ L-ILMA GĦALL-GĦAWM
---+Artikolu 3 Monitoraġġ
------+Article 3 1.
------+Article 3 2.
------+Article 3 3.
------+Article 3 4.
------+Article 3 5.
------+Article 3 6.
------+Article 3 7.
------+Article 3 8.
------+Article 3 9.
---+Artikolu 4 L-istima tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm
------+Article 4 1.
------+Article 4 2.
------+Article 4 3.
------+Article 4 4.
------+Article 4 5.
---+Artikolu 5 Klassifikazzjoni u status ta’ kwalità ta’ l-ilmijiet għall-għawm
------+Article 5 1.
------+Article 5 2.
------+Article 5 3.
------+Article 5 4.
---+Artikolu 6 Il-profili ta’ l-ilma għall-għawm
------+Article 6 1.
------+Article 6 2.
------+Article 6 3.
---+Artikolu 7 Miżuri ta’ immaniġġjar f’ċirkustanzi eċċezzjonali
---+Artikolu 8 Riskji ċjanobatteriċi
------+Article 8 1.
------+Article 8 2.
---+Artikolu 9 Parametri oħra
------+Article 9 1.
------+Article 9 2.
---+Artikolu 10 Koperazzjoni dwar ilmijiet transkonfinali
|
KAPITOLU II IL-KWALITÀ U L-IMMANIĠĠJAR TA’ L-ILMA GĦALL-GĦAWM
KAPITOLU II IL-KWALITÀ U L-IMMANIĠĠJAR TA’ L-ILMA GĦALL-GĦAWM
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 Monitoraġġ
|
Artikolu 3 Monitoraġġ 1. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw kull sena l-ilmijiet għall-għawm kollha u jiddefenixxu t-tul ta’ l-istaġun ta’ l-għawm. Għandhom jagħmlu dan għall-ewwel darba qabel il-bidu ta’ l-ewwel staġun ta’ l-għawm wara 24 Marzu 2008. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-monitoraġġ tal-parametri stabbiliti fl-Anness I, Kolonna A, isir skond l-Anness IV. 3. Il-punt ta’ monitoraġġ għandu jkun il-post ġo l-ilma għall-għawm fejn:
(a) hu mistenni l-akbar numru ta’ għawwiema; jew
(b) hu mistenni l-akbar riskju ta’ tniġġis, skond il-profil ta’ l-ilma għall-għawm.
4. Għandu jiġi stabbilit kalendarju ta’ monitoraġġ għal kull ilma għall-għawm qabel il-bidu ta’ kull staġun ta’ l-għawm u għall-ewwel darba qabel il-bidu tat-tielet staġun sħiħ ta’ l-għawm wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Il-monitoraġġ għandu jsir mhux aktar tard minn erbat’ijiem wara d-data speċifikata fil-kalendarju ta’ monitoraġġ. 5. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu l-monitoraġġ tal-parametri stabbiliti fl-Anness I, Kolonna A, matul l-ewwel staġun sħiħ ta’ l-għawm wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. F’dak il-każ, il-monitoraġġ għandu jsir bil-frekwenza speċifikata fl-Anness IV. Ir-riżultati ta’ tali monitoraġġ jistgħu jintużaw sabiex jinbnew is-settijiet ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm imsemmija fl-Artikolu 4. Hekk kif l-Istati Membri jintroduċu l-monitoraġġ skond din id-Direttiva, il-monitoraġġ tal-parametri stabbiliti fl-Anness tad-Direttiva 76/160/KEE jista’ jieqaf. 6. Kampjuni li jkunu ttieħdu matul tniġġis għal żmien qasir jistgħu ma jitqisux. Huma għandhom jiġu sostitwiti b’kampjuni meħuda skond l-Anness IV. 7. Matul sitwazzjonijiet anormali, il-kalendarju ta’ monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 4 jista’ jiġi sospiż. Hu għandu jerġa jibda mill-aktar fis possibbli wara t-tmiem tas-sitwazzjoni anormali. Għandhom jittieħdu kampjuni ġodda mill-aktar fis possibbli wara t-tmiem tas-sitwazzjoni anormali sabiex jieħdu post kampjuni li huma neqsin minħabba s-sitwazzjoni anormali. 8. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw kwalunkwe sospensjoni tal-kalendarju ta’ monitoraġġ lill-Kummissjoni, u jagħtu r-raġunijiet għas-sospensjoni. Huma għandhom jipprovdu rapporti bħal dawn mhux aktar tard mill-okkażjoni tar-rapport annwali li jmiss kif stabbilit fl-Artikolu 13. 9. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-analiżi tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm issir skond il-metodi ta’ referenza speċifikati fl-Anness I u r-regoli stabbiliti fl-Anness V. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu ta’ metodi jew regoli oħra jekk ikunu jistgħu juru li r-riżultati miksuba huma ekwivalenti għal dawk miksuba bl-użu tal-metodi speċifikati fl-Anness I u tar-regoli stabbiliti fl-Anness V. L-Istati Membri li jippermettu l-użu ta’ tali metodi jew regoli ekwivalenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni relevanti kollha dwar il-metodi jew ir-regoli użati u l-ekwivalenza tagħhom.
|
|
Artikolu 4 L-istima tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm
|
Artikolu 4 L-istima tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm 1. L-Istati Membri għandhom jiżuraw li s-settijiet ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm jiġu kompilati permezz tal-monitoraġġ tal-parametri stabbiliti fl-Anness I, Kolonna A. 2. L-istima tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm għandha ssir:
(a) fir-rigward ta’ kull ilma għall-għawm;
(b) wara t-tmiem ta’ kull staġun ta’ l-għawm;
(c) abbażi tas-sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm fir-rigward ta’ dak l-istaġun ta’ l-għawm u t-tliet staġuni ta’ l-għawm preċedenti; u
(d) skond il-proċedura stabbilita fl-Anness II.
Madankollu, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jwettaq stimi tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm abbażi tas-sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm ikkompilati fir-rigward biss tat-tliet staġuni ta’ l-għawm preċedenti. Jekk dan jiddeċiedi hekk, għandu jgħarraf lill-Kummissjoni minn qabel. Għandu wkoll jgħarraf lill-Kummissjoni jekk sussegwentement jiddeċiedi li jerġa’ lura għal stimi li jagħmel abbażi ta’ erba’ staġuni ta’ l-għawm. L-Istati Membri ma jistgħux ibiddlu il-perjodu ta’ stima applikabbli aktar minn darba kull ħames snin. 3. Is-settijiet ta’ data dwar l-ilma għall-għawm użati sabiex jitwettqu stimi dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm għandhom dejjem jinkludu mill-inqas 16-il kampjun jew, fiċ-ċirkustanzi speċjali msemmija fl-Anness IV, paragrafu 2, 12-il kampjun. 4. Madankollu, bil-kondizzjoni li jew:
— ikun sodisfatt ir-rekwiżit tal-paragrafu 3; jew
— is-sett ta’ data dwar l-ilma għall-għawm użat sabiex issir l-istima jikkomprendi mill-inqas 8 kampjuni, fil-każ ta’ ilmijiet għall-għawm bi staġun ta’ l-għawm li ma jaqbiżx it-8 ġimgħat,
tista’ titwettaq stima tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm abbażi ta’ sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm assoċjata ma’ inqas minn erba’ staġuni ta’ l-għawm jekk:
(a) l-ilma għall-għawm ikun għadu kif ġie identifikat;
(b) seħħew kwalunkwe tibdiliet li għandhom il-probabbiltà li jolqtu l-klassifikazzjoni ta’ l-ilma għall-għawm skond l-Artikolu 5, u f’dan il-każ l-istima għandha titwettaq abbażi ta’ sett ta’ data dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm li tikkonsisti biss fir-riżultati tal-kampjuni miġbura mindu seħħew it-tibdiliet; jew
(c) l-ilma għall-għawm ikun diġà ġie stmat skond id-Direttiva 76/160/KEE, u f’dak il-każ għandha tintuża data ekwivalenti miġbura skond dik id-Direttiva u, għal dan il-għan, il-parametri 2 u 3 ta’ l-Anness mad-Direttiva 76/160/KEE għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għall-parametri 2 u 1 tal-Kolonna A ta’ l-Anness I ma’ din id-Direttiva.
5. L-Istati Membri jistgħu jissuddividu jew jaggruppaw flimkien ilmijiet għall-għawm eżistenti fid-dawl ta’ l-istimi tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm. Huma jistgħu jaggruppaw flimkien ilmijiet għall-għawm eżistenti biss jekk dawn l-ilmijiet:
(b) ingħataw stimi simili għall-erba’ snin preċedenti skond il-paragrafi 2, 3 u 4(ċ); u
(c) għandhom profili ta’ l-ilma għall-għawm li kollha jidentifikaw fatturi ta’ riskju komuni jew in-nuqqas tagħhom.
|
|
Artikolu 5 Klassifikazzjoni u status ta’ kwalità ta’ l-ilmijiet għall-għawm
|
Artikolu 5 Klassifikazzjoni u status ta’ kwalità ta’ l-ilmijiet għall-għawm 1. Bħala riżultat ta’ l-istima tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm li titwettaq skond l-Artikolu 4, l-Istati Membri għandhom, skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness II, jikklassifikaw l-ilma għall-għawm bħala: 2. L-ewwel klassifikazzjoni skond ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva għandha titlesta sat-tmiem ta’ l-istaġun ta’ l-għawm ta’ l-2015.
▼M2
Fir-rigward tal-Majott bħala reġjun ultraperiferiku fit-tifsira tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “il-Majott”), il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun il-31 ta’ Diċembru 2019.
▼B
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa l-aħħar ta’ l-istaġun ta’ l-għawm ta’ l-2015, l-ilmijiet għall-għawm kollha jkunu, għall-inqas, “suffiċjenti”. Għandhom jieħdu dawk il-miżuri realistiċi u proporzjonati li jidhrulhom xierqa bil-ħsieb li jżidu n-numru ta’ ilmijiet għall-għawm klassifikati bħala “eċċellenti” jew “tajba”.
▼M2
Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun il-31 ta’ Diċembru 2031.
▼B
4. Madankollu, minkejja r-rekwiżit ġenerali tal-paragrafu 3, l-ilmijiet għall-għawm jistgħu jiġu klassifikati temporanjament bħala “fqar” u xorta jibqgħu konformi ma’ din id-Direttiva. F’ dawk il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:
(a) Fir-rigward ta’ kull ilma għall-għawm klassifikat bħala “fqir”, għandhom jittieħdu l-miżuri li ġejjin b’effett mill-istaġun ta’ l-għawm li jiġi wara l-klassifikazzjoni tiegħu:
(i) miżuri amministrattivi adegwati, li jinkludu l-projbizzjoni ta’ għawm jew avviż kontra l-għawm, bil-għan li tiġi evitata l-esposizzjoni ta’ l-għawwiema għat-tniġġis;
(ii) identifikazzjoni tal-kawżi u r-raġunijiet għan-nuqqas tal-kisba ta’ l-istatus “suffiċjenti”;
(iii) miżuri adegwati sabiex jiġu evitati, imnaqqsa jew eliminati l-kawżi ta’ tniġġis; u
(iv) skond l-Artikolu 12, jiġi avżat il-pubbliku b’tabella ta’ twiddib ċara u sempliċi u jiġu informati bil-kawżi tat-tniġġis u l-miżuri li qed jittieħdu, abbażi tal-profil ta’ l-ilma għall-għawm.
(b) Jekk xi ilma għall-għawm jiġi klassifikat bħala “fqir” għal ħames snin konsekuttivi, għandha tiġi introdotta projbizzjoni permanenti ta’ l-għawm jew għandu jiġi introdott avviż permanenti kontra l-għawm. Madankollu, Stat Membru jista’ jintroduċi projbizzjoni permanenti ta’ l-għawm jew avviż permanenti kontra l-għawm qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin jekk jikkonsidra li l-kisba tal-kwalità “suffiċjenti” ma tkunx possibbli jew tkun tinvolvi spiża sproporzjonata.
|
|
Artikolu 6 Il-profili ta’ l-ilma għall-għawm
|
Artikolu 6 Il-profili ta’ l-ilma għall-għawm 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-profili ta’ l-ilma għall-għawm jiġu stabbiliti skond l-Anness III. Kull profil ta’ l-ilma għall-għawm jista’ jkopri ilma għall-għawm wieħed jew iktar minn ilma għall-għawm wieħed kontigwu. Il-profili ta’ l-ilma għall-għawm għandhom jiġu stabbiliti għall-ewwel darba sa 24 Marzu 2011.
▼M2
Fir-rigward tal-Majott, il-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun it-30 ta' Ġunju 2015.
▼B
2. Il-profili ta’ l-ilma għall-għawm għandhom jiġu riveduti u aġġornati kif previst fl-Anness III. 3. Meta jiġu stabbiliti, riveduti u aġġornati l-profili ta’ l-ilma għall-għawm, għandu jsir użu adegwat mid-data miksuba mill-monitoraġġ u l-istimi mwettqa skond id-Direttiva 2000/60/KE li huma relevanti għal din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 7 Miżuri ta’ immaniġġjar f’ċirkustanzi eċċezzjonali
|
Artikolu 7 Miżuri ta’ immaniġġjar f’ċirkustanzi eċċezzjonali L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri f’waqthom u adegwati ta’ immaniġġjar meta jkunu konxji ta’ sitwazzjonijiet mhux mistennija li jkollhom, jew li jistgħu raġonevolment ikunu mistennija li jkollhom, impatt ħażin fuq il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm u fuq is-saħħa ta’ l-għawwiema. Tali miżuri għandhom jinkludu l-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku u, jekk ikun neċessarju, il-projbizzjoni temporanja ta’ l-għawm.
|
|
Artikolu 8 Riskji ċjanobatteriċi
|
Artikolu 8 Riskji ċjanobatteriċi 1. Meta l-profil ta’ l-ilma għall-għawm jindika potenzjal ta’ proliferazzjoni ċjanobatterika, għandu jitwettaq monitoraġġ xieraq sabiex jippermetti l-identifikazzjoni f’waqtha tar-riskji għas-saħħa. 2. Meta sseħħ proliferazzjoni ċjanobatterika u jkun ġie identifikat jew preżunt riskju għas-saħħa, għandhom immedjatament jittieħdu miżuri adegwati ta’ immaniġġjar sabiex tiġi evitata l-esposizzjoni, inkluż l-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku.
|
|
Artikolu 9 Parametri oħra
|
Artikolu 9 Parametri oħra 1. Meta l-profil ta’ l-ilma għall-għawm jindika tendenza għall-proliferazzjoni ta’ makro-alka u/jew fitoplankton tal-baħar, għandhom jitwettqu investigazzjonijiet sabiex tiġi stabbilita l-aċċettabbiltà tagħhom u r-riskji għas-saħħa u għandhom jittieħdu miżuri adegwati ta’ immaniġġjar, inkluż l-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku. 2. L-ilmijiet għall-għawm għandhom jiġu spezzjonati viżwalment għal tniġġis bħal residwi tal-qatran, ħġieġ, plastik, lasktu jew kawlunkwe skart ieħor. Meta jinstab tniġġis bħal dan, għandhom jittieħdu miżuri adegwati ta’ immaniġġjar, inkluż, jekk ikun neċessarju, l-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku.
|
|
Artikolu 10 Koperazzjoni dwar ilmijiet transkonfinali
|
Artikolu 10 Koperazzjoni dwar ilmijiet transkonfinali Kull fejn xi baċir ta’ xmara jkun il-kawża ta’ impatti transkonfinali fuq il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm, l-Istati Membri involuti għandhom jikkoperaw b’mod xieraq fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, inkluż bl-iskambju xieraq ta’ informazzjoni u b’azzjoni konġunta biex jiġu kkontrollati dawk l-impatti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0007
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|