+Artikolu 7
---+Article 7 1.
---+Article 7 2.
---+Article 7 3.
---+Article 7 4.
---+Article 7 5.

Artikolu 7

Artikolu 7

Applikazzjoni u permess

1.  L-ebda faċilità ta’ l-iskart m'għandha titħalla topera mingħajr permess mogħti mill-awtorità kompetenti. Il-permess għandu jkun fih l-elementi speċifikati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u għandu jindika b’mod ċar il-kategorija tal-faċilità ta' l-iskart skond il-kriterji msemmija fl-Artikolu 9.

Bla ħsara għal konformità mar-rekwiżiti kollha skond dan l-Artikolu, kwalunkwe permess prodott skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew Komunitarja jista’ jiġi mgħaqqad sabiex jifforma permess wieħed, fejn tali format jevita d-duplikazzjoni mhux meħtieġa ta’ informazzjoni u r-ripetizzjoni ta' xogħol mill-operatur jew l-awtorità kompetenti. Id-dettalji speċifikati fil-paragrafu 2 jistgħu jiġu koperti minn permess uniku jew bosta permessi, sakemm ikun hemm konformità mar-rekwiżiti kollha taħt dan l-Artikolu.

2.  L-applikazzjoni għal permess għandu jkun fiha mill-inqas id-dettalji li ġejjin:

a) l-identità ta’ l-operatur;

b) il-lok propost tal-faċilità ta’ l-iskart, inkluż kwalunkwe sit alternattiv possibbli;

ċ) il-pjan ta’ mmaniġġar ta’ skart skond l-Artikolu 5;

d) arranġamenti xierqa għal garanzija finanzjarja jew l-ekwivalenti, kif meħtieġ mill-Artikolu 14;

e) l-informazzjoni provduta mill-operatur skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 85/337/KEE ( 19 ) jekk hi meħtieġa valutazzjoni ta’ l-impatt ambjentali skond dik id-Direttiva.

3.  L-awtorità kompetenti għandha tagħti permess biss jekk hi sodisfatta li:

a) l-operatur jikkonforma mal-ħtiġiet rilevanti skond din id-Direttiva;

b) l-immaniġġar ta’ l-iskart ma jkunx f’kunflitt dirett jew b'xi mod ieħor ifixkel l-implimentazzjoni tal-pjan jew pjanijiet ta’ mmaniġġar ta’ l-iskart rilevanti msemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 75/442/KEE.

4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti perjodikament jikkunsidraw mill-ġdid u, fejn meħtieġ, jaġġornaw il-kondizzjonijiet tal-permess:

— fejn ikun hemm tibdiliet sostanzjali fl-operazzjoni tal-faċilità ta' l-iskart jew fl-iskart depożitat;

— abbażi tar-riżultati tal-monitoraġġ irrapurtat mill-operatur skond l-Artikolu 11(3) jew spezzjonijiet imwettqa skond l-Artikolu 17;

— fid-dawl ta’ l-iskambju ta’ informazzjoni dwar tibdiliet sostanzjali fl-aqwa tekniki disponibbli skond l-Artikolu 21(3).

5.  L-informazzjoni f’permess mogħti skond dan l-Artikolu għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet ta’ l-istatistika kompetenti kemm nazzjonali kif ukoll Komunitarji fejn mitluba għal finijiet ta’ statistika. Informazzjoni sensittiva ta’ natura purament kummerċjali, bħal informazzjoni dwar relazzjonijiet kummerċjali u komponenti ta' spiża u l-volum ta’ riżervi minerali ekonomiċi, ma għandhiex issir pubblika.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 7 1.

No waste facility shall be allowed to operate without a permit granted by the competent authority. The permit shall contain the elements specified in paragraph 2 of this Article and shall clearly indicate the category of the waste facility in accordance with the criteria referred to in Article 9.

Subject to compliance with all requirements under this Article, any permit produced pursuant to other national or Community legislation may be combined to form a single permit, where such a format obviates the unnecessary duplication of information and the repetition of work by the operator or competent authority. The details specified in paragraph 2 can be covered by one single permit or several permits, provided that all requirements under this Article are complied with.

Article 7 2.

The application for a permit shall contain at least the following details:

(a) 

the identity of the operator;

(b) 

the proposed location of the waste facility, including any possible alternative locations;

(c) 

the waste management plan pursuant to Article 5;

(d) 

adequate arrangements by way of a financial guarantee or equivalent, as required under Article 14;

(e) 

the information provided by the operator in accordance with Article 5 of Directive 85/337/EEC ( 19 ) if an environmental impact assessment is required under that Directive.

Article 7 3.

The competent authority shall only grant a permit if it is satisfied that:

(a) 

the operator complies with the relevant requirements under this Directive;

(b) 

the management of waste does not conflict directly or otherwise interfere with the implementation of the relevant waste management plan or plans referred to in Article 7 of Directive 75/442/EEC.

Article 7 4.

Member States shall take the necessary measures to ensure that competent authorities periodically reconsider and, where necessary, update permit conditions:

— 
where there are substantial changes in the operation of the waste facility or the waste deposited;
— 
on the basis of monitoring results reported by the operator pursuant to Article 11(3) or inspections carried out pursuant to Article 17;
— 
in the light of information exchange on substantial changes in best available techniques under Article 21(3).
Article 7 5.
The information contained in a permit granted under this Article shall be made available to the competent national and Community statistical authorities where requested for statistical purposes. Sensitive information of a purely commercial nature, such as information concerning business relations and cost components and the volume of economic mineral reserves, shall not be made public.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 07.08.2009 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0021
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.