|
+Artikolu 22 ---+Article 22 1. ---+Article 22 2. ---+Article 22 3. |
Artikolu 22Artikolu 22 1. Il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 23(2), tadotta dan li ġej: (a) id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-armonizzazzjoni u t-trażmissjoni regolari tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(5) u fl-Artikolu 12(6); (b) linji gwida tekniċi għall-istabbiliment tal-garanzija finanzjarja skont ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 14(2); (ċ) linji gwida tekniċi għall-ispezzjonijiet skont l-Artikolu 17. 2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għal dan li ġej, waqt li l-punti (b), (c) u (d) jieħdu prijorità: (a) l-implimentazzjoni tal-Artikolu 13(6), inklużi r-rekwiżiti tekniċi fir-rigward tad-definizzjoni taċ-ċjanur dissoċjabbli b’aċtu dgħajjef u l-metodu ta’ kejl tiegħu; (b) l-ikkompletar tar-rekwiżiti tekniċi għall-karatterizzazzjoni tal-iskart li jinsabu fl-Anness II; (ċ) l-interpretazzjoni tad-definizzjoni li tinsab f’punt 3 tal-Artikolu 3; (d) id-definizzjoni tal-kriterji għall-klassifikazzjoni tal-faċilitajiet tal-iskart skont l-Anness III; (e) id-determinazzjoni ta’ kwalunkwe standards armonizzati għall-metodi ta’ ġbir ta’ kampjuni u analiżi meħtieġa għall-implimentazzjoni teknika ta’ din id-Direttiva. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3). 3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-emendi meħtieġa għall-Annessi għall-fini li tadattahom għall-progress xjentifiku u tekniku. Dawk l-emendi għandhom isiru bil-għan li jinkiseb livell għoli ta’ ħarsien ambjentali. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|