1. Mhux aktar tard minn xahrejn mid-data tal-konferma tar-riċevuta l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kollha kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' oriġini bil-kunsens tagħhom jew bil-kondizzjonijiet li huma jikkunsidraw meħtieġa sabiex jagħtu l-kunsens tagħhom, jew bir-rifjut tagħhom li jagħtu l-kunsens.
Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni jew ta' kwalunkwe Stat Membru ta' transitu jistgħu jitolbu perjodu ulterjuri ta' mhux aktar minn xahar addizzjonalment għall-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu sabiex jgħarrfu bil-pożizzjoni tagħhom.