Jekk, minħabba ċirkustanzi imprevedibbli, l-istess rotta ma tkunx tista' tiġi segwita, in-notifikatur għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti konċernati malajr kemm jista jkun, u jekk prattikament possibbli, qabel ma jibda l-vjeġġ jekk tkun diġà magħrufa l-ħtieġa għal modifika.
Meta l-modifika tar-rotta tkun magħrufa qabel il-bidu tal-vjeġġ u tinvolvi awtoritajiet kompetenti differenti minn dawk konċernati bin-notifika ġenerali, in-notifika ġenerali ma tistax tintuża u għandha tiġi preżentata notifika ġdida.