+Artikolu 25 L-ispejjeż tat-teħid lura meta vjeġġ ikun illegali
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.
---+Artikolu 25 5.
|
Artikolu 25 L-ispejjeż tat-teħid lura meta vjeġġ ikun illegali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25 1.
|
L-ispejjeż li jsiru għat-teħid lura ta' skart ta' vjeġġ illegali inklużi spejjeż tat-trasport, ta' l-irkupru jew tar-rimi tiegħu skond l-Artikolu 24(2) u, mid-data li fiha l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ issir taf li vjeġġ huwa illegali, l-ispejjeż tad-depożitu skond l-Artikolu 24(7) għandhom jiġu addebitati:
(a)
lin-notifikatar de facto, kif identifikat skond il-gradazzjoni stabbilita fil-punt 15 ta' l-Artikolu 2; jew, jekk ma tkun ġiet preżentata ebda notifika,
(b)
lin-notifikatur de iure jew lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn skond il-każ; jew, jekk mhux prattikament possibbli,
(ċ)
lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ.
|
|
Artikolu 25 2.
|
L-ispejjeż li jsiru għall-irkupru jew għar-rimi skond l-Artikolu 24(3), inklużi l-ispejjeż eventwali tat-trasport u tad-depożitu skond l-Artikolu 24(7) għandhom jiġu addebitati:
(a)
lid-destinatarju; jew, jekk mhux prattikament possibbli,
(b)
lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni.
|
|
Artikolu 25 3.
|
L-ispejjeż li jsiru għall-irkupru jew għar-rimi skond l-Artikolu 24(5), inklużi l-ispejjeż eventwali tat-trasport u tad-depożitu skond Artikolu 24(7) għandhom jiġu addebitati:
(a)
lin-notifikatur, kif identifikat skond il-gradazzjoni stabbilita fil-punt 15 ta' l-Artikolu 2 u/jew lid-destinatur skond id-deċiżjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti involuti; jew, jekk mhux prattikament possibili,
(b)
lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn skond il-każ; jew, jekk mhux prattikament possibbli,
(ċ)
lill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ u tad-destinazzjoni.
|
|
Artikolu 25 4.
|
Fil-każ ta' vjeġġ illegali kif definit fil-punt 35(g) ta' l-Artikolu 2, il-persuna li torganizza l-vjeġġ għandha tkun suġġetta għall-istess obbligi stabbiliti f'dan l-Artikolu bħan-notifikatur.
|
|
Artikolu 25 5.
|
Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet Komunitarji u nazzjonali dwar ir-responsabbiltà.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1013
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|