|
+ANNESS II INFORMAZZJONI U DOKUMENTAZZJONI DWAR IN-NOTIFIKA |
ANNESS II INFORMAZZJONI U DOKUMENTAZZJONI DWAR IN-NOTIFIKA
ANNESS II INFORMAZZJONI U DOKUMENTAZZJONI DWAR IN-NOTIFIKA Parti 1 INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA FID-DOKUMENT TAN-NOTIFIKA JEW LI GĦANDHA TIĠI MEHMUŻA MIEGĦU: 1. In-numru tas-serje jew mezz ta' identifikazzjoni ieħor aċċettat tad-dokument tan-notifika u n-numru totali previst ta' vjeġġi. 2. L-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz ta' l-email, in-numru tar-reġistrazzjoni tan-notifikatur u l-persuna li tista' tiġi kuntattjata f'ismu. 3. Jekk in-notifikatur mhuwiex il-produttur: l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz ta' l-email, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-produttur u l-persuna li tista' tiġi kuntattjata f'ismu. 4. L-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz ta' l-email, in-numru tar-reġistrazzjoni tan-negozjant jew is-sensar(a) u l-persuna li tista' tiġi kuntattjata f'ismu/f'isimhom, fejn in-notifikatur ta l-awtorizzazzjoni tiegħu skond il-punt 15 ta' l-Artikolu 2. 5. L-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz ta' l-email, in-numru tar-reġistrazzjoni ta' l-impjant tar-rimi jew ta' l-irkupru, u l-persuna li tista' tiġi kuntattjata f'ismu, it-teknoloġiji wżati u l-istatus eventwali skond il-pre-kunsens mogħti skond l-Artikolu 14. Jekk l-iskart ikun ddestinat għal operazzjoni ta' rkupru jew ta' rimi temporanju, għandha tiġi indikata informazzjoni simili dwar l-impjanti kollha fejn ikunu previsti operazzjonijiet susseguenti, ta' rimi jew ta' rkupru temporanji jew mhux temporanji. Jekk l-impjant tar-rimi jew irkupru jkun elenkat fl-Anness I, Kategorija 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE għandha tingħata prova (e.ż. dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza) ta' permess validu maħruġ skond l-Artikolu 4 u 5 ta' dik id-Direttiva. 6. L-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz ta' l-email, in-numru ta' reġistrazzjoni tad-destinatarju u l-persuna li tista' tiġi kuntattjata f'ismu. 7. L-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz ta' l-email, u n-numru tar-reġistrazzjoni tat-trasportatur(i) previst(i) u/jew ta' l-aġenti tagħhom, u l-persuna li tista' tiġi kuntattjata f'ismu/f'isimhom. 8. Pajjiż tad-dispaċċ u l-awtorità kompetenti relevanti. 9. Pajjiżi tat-transitu u l-awtoritajiet kompetenti relevanti. 10. Il-Pajjiż ta' destinazzjoni u l-awtorità kompetenti relevanti. 11. Notifika waħda jew notifika ġenerali. Jekk notifika ġenerali, il-perjodu ta' validità mitlub. 12. Data(i) prevista(i) għall-bidu tal-vjeġġ(i). 13. Mezzi tat-trasport previsti. 14. Rotot previsti (il-punt tal-ħruġ minn kull pajjiż konċernat u l-punt tad-dħul f'kull pajjiż konċernat, inklużi l-uffiċċji doganali tad-dħul u/jew ħruġ u/jew esportazzjoni mill-Komunità) u rotta prevista (ir-rotta bejn il-punti ta' ħruġ u ta' dħul), inklużi alternattivi possibli, ukoll f'każ ta' ċirkustanzi mhux previsti. 15. Prova tar-reġistrazzjoni tat-trasportatur(i) fir-rigward tat-trasport ta' l-iskart (e.ż. dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza tagħha). 16. Indikazzjoni tat-tip ta' l-iskart fuq il-lista pertinenti, il-font(i), deskrizzjoni, kompożizzjoni u kwalunkwe karatteristiċi perikolużi. Fil-każ ta' skart minn diversi fonti, inventarju dettaljat ta' l-iskart ukoll. 17. Kwantitajiet massimi u minimi stimati. 18. Tip ta' ippakkjar previst. 19. Speċifikazzjoni ta' l-operazzjoni(jiet) ta' rkupru jew ta' rimi kif imsemmija fl-Anness IIA u l-Anness IIB tad-Direttiva 2006/12/KE. 20. Jekk l-iskart ikun destinat għall-irkupru:
(a)
il-metodu pjanat għar-rimi tal-frazzjoni li mhijiex rekuperabbli wara l-irkupru;
(b)
l-ammont ta' materjal irkuprat fir-rigward ta' skart li ma jistax jiġi rkuprat;
(ċ)
il-valur stimat tal-materjal irkuprat;
(d)
l-ispiża ta' l-irkupru u l-ispiża tar-rimi tal- frazzjoni li mhijiex rekuperabbli. 21. Prova ta' l-assikurazzjoni kontra r-responsabbiltà għal danni lil terzi persuni (e.ż. dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza tagħha). 22. Prova ta' kuntratt (jew dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza tiegħu) bejn in-notifikatur u d-destinatarju għall-irkupru jew għar-rimi ta' l-iskart li ġie konkluż u li jkun effettiv fiż-żmien tan-notifika, kif meħtieġ fit-tieni subparagrafu tal-punt 4 ta' l-Artikoli 4 u fl-Artikolu 5. 23. Kopja tal-kuntratt jew prova tal-kuntratt (jew dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza tiegħu) bejn il-produttur, il-produttur il-ġdid jew il-kollettur u s-sensar jew in-negozjant, fil-każ li s-sensar jew in-negozjant jaġixxi bħala notifikatur. 24. Prova ta' garanzija finanzjarja jew assikurazzjoni ekwivalenti (jew dikjarazzjoni li tiċċertifika l-eżistenza tagħha jekk l-awtorità kompetenti tippermetti hekk) li ġiet stabbilita u li tkun effettiva fiż-żmien tan-notifika jew, jekk ikun permess mill-awtorità kompetenti li tapprova l-garanzija finanzjarja jew assikurazzjoni ekwivalenti, mhux aktar tard minn meta jibda l-vjeġġ, kif meħtieġ fit-tieni subparagrafu tal-punt 5 ta' l-Artikolu 4 u fl-Artikolu 6. 25. Ċertifikazzjoni min-notifikatur li, sa fejn jaf huwa, l-informazzjoni hija kompleta u korretta. 26. Meta n-notifikatur ma jkunx il-produttur skond il-punt 15(a)(i) ta' l-Artikolu 2, in-notifikatur għandu jiżgura li l-produttur jew wieħed mill-persuni ndikatifil-punt 15(a)(ii) jew (iii) ta' l-Artikolu 2, fejn ikun prattikabbli, jiffirma wkoll id-dokument tan-notifika esposti fl-Anness IA. Parti 2 INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA FID-DOKUMENT TAN-NOTIFIKA JEW LI GĦANDHA TIĠI ANNESSA MIEGĦU: Ipprovdi l-informazzjoni kollha mniżżla fl-parti 1 aġġornata skond il-punti imniżżla hawn taħt, u l-informazzjoni addizzjonali oħra speċifikata:
1.
Numru tas-serje u n-numru totali ta' vjeġġi.
2.
Data meta beda l-vjeġġ.
3.
Mezzi tat-trasport.
4.
L-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz ta' l-email tat-trasportatur(i).
5.
Rotot (il-punt tal-ħruġ minn kull pajjiż konċernat u l-punt tad-dħul f'kull pajjiż konċernat, inklużi l-uffiċċji doganali tad-dħul u/jew ħruġ u/jew esportazzjoni mill-Komunità) u r-rotta (ir-rotta bejn il-punti ta' ħruġ u ta' dħul), inklużi alternattivi possibli, ukoll f'każ ta' ċirkustanzi mhux previsti.
6.
Kwantitajiet.
7.
Tip ta' ppakkjar.
8.
Kwalunkwe prekawzjoni speċjali li għandha tittieħed mit-trasportatur(i).
9.
Dikjarazzjoni min-notifikatur li ġew riċevuti l-kunsensi meħtieġa kollha mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi konċernati. Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi iffirmata min-notifikatur.
10.
Il-firem li jkun hemm bżonn għal kull trasferiment tal-kustodja. Parti 3 INFORMAZZJONI U DOKUMENTAZZJONI ADDIZZJONALI LI JISTGĦU JINTALBU MILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI: 1. It-tip u t-tul ta' żmien ta' l-awtorizzazzjoni li taħtha jaħdem l-impjant ta' rkupru jew ta' rimi. 2. Kopja tal-permess maħruġ skond l-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 96/61/KE. 3. L-informazzjoni dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex tkun żgurata s-sigurtà fit-trasport. 4. Id-distanza(i) fit-trasport bejn in-notifikatur u l-impjant, inklużi rotot alternattivi possibbli, ukoll f'każ ta' ċirkustanzi imprevisti u, fil-każ ta' trasport intermodali, il-post fejn ser isir it-trasferiment. 5. Informazzjoni dwar l-ispejjez tat-trasport bejn in-notifikatur u l-impjant. 6. Kopja tar-reġistrazzjoni tat-trasportatur(i) fir-rigward tat-trasport ta' l-iskart. 7. Analiżi kimika tal-kompożizzjoni ta' l-iskart. 8. Deskrizzjoni tal-proċess ta' produzzjoni ta' l-iskart. 9. Deskrizzjoni tal-proċess ta' trattament ta' l-impjant li jirċievi l-iskart. 10. Il-garanzija finanzjarja jew assikurazzjoni ekwivalenti jew kopja tagħha. 11. Informazzjoni dwar il-kalkolu tal-garanzija finanzjarja jew assikurazzjoni ekwivalenti kif meħtieġ fit-tieni subparagrafu tal-punt 5 ta' l-Artikolu 4 u fl-Artikolu 6. 12. Kopja tal-kuntratti msemmija fil-punti 22 u 23 tal-Parti 1. 13. Kopja tal-polza ta' l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà għal danni lil terzi persuni. 14. Kwalunkwe informazzjoni oħra li hija relevanti għall-istima tan-notifika skond dan ir-Regolament u l-liġijiet nazzjonali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|