Artikolu 5
Azzjonijiet eliġibbli u kundizzjonijiet tal-finanzjament
1. L-azzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament taħt il-Programm:
(a) azzjonijiet ta’ kataliżi; dawk immirati li jtejbu s-sinerġiji fis-setturi tal-ferroviji, tal-passaġġi ta' l-ilma interni u tat-tbaħħir fil-qosor, inklużi l-toroq tat-tbaħħir, billi jużaw aħjar l-infrastrutturi eżistenti, ħaqqhom attenzjoni speċifika b’mod partikulari;
▼M1
(b) azzjonijiet ta’ Toroq tat-Tbaħħir; fi ħdan l-Unjoni Ewropea tali azzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-karatteristiċi tal-proġett ta’ prijorità dwar it-Toroq tat-Tbaħħir kif iddefiniti fil-qafas tad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1996 fuq linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (
6
);
▼B
(ċ) azzjonijiet ta' ċaqliq modali;
(d) azzjonijiet ta’ evitar tat-traffiku;
(e) azzjonijiet ta’ tagħlim komuni.
▼M1
2. Il-kondizzjonijiet speċifiċi tal-finanzjament u r-rekwiżiti l-oħra għall-azzjonijiet diversi huma stabbiliti fl-Anness.
▼B
3. L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun ibbażata fuq kuntratti li għandhom jiġu negozjati mill-Kummissjoni u l-benefiċjarju. It-termini u l-kundizzjonijiet ta' dawk il-kuntratti għandhom, kemm jista' jkun, iżommu l-piżijiet finanzjarji u amministrattivi minimi, per eżempju billi jiffaċilitaw garanziji bankarji li jkunu vantaġġjużi għan-negozju kif kontemplat fir-regoli u regolamenti applikabbli, speċjalment ir-Regolament (KE, Euratom) Nru. 1605/2002 tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (
7
), sabiex tinkiseb effiċjenza u flessibilità amministrattiva massima.
4. Bla ħsara għall-objettivi politiċi ġenerali msemmija fl-Artikolu 1, il-prijoritajiet annwali fis-sejħa għal applikazzjonijiet konnessi ma' azzjonijiet ta' kataliżi u ma' azzjonijiet ta' tagħlim komuni għandhom ikunu stabbiliti, u jekk ikun hemm bżonn, eżaminati mill-Kummissjoni, mgħejuna mill-Kumitat msemmi fl-Artikolu 10 u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10 (2).