+Artikolu 38 L-obbligu ta' l-utenti “downstream” li jirrapportaw informazzjoni
---+Artikolu 38 1.
---+Artikolu 38 2.
---+Artikolu 38 3.
---+Artikolu 38 4.
---+Artikolu 38 5.
|
Artikolu 38 L-obbligu ta' l-utenti “downstream” li jirrapportaw informazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 38 1.
|
Qabel ma jibda jew ikompli bl-użu partikolari ta' sustanza li tkun ġiet reġistrata minn attur 'il fuq fil-katina tal-provvista skond l-Artikolu 6 jew l-Artikolu 18, l-utent “downstream” għandu jirrapporta lill-Aġenzija l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, fil-każijiet li ġejjin:
(a)
fejn l-utent “downstream” ikollu jipprepara rapport ta' sigurtà kimika skond l-Artikolu 37(4); jew
(b)
fejn l-utent “downstream” jirrikorri għall-eżenzjonijiet fl-Artikoli 37(4)(ċ) jew (f).
|
|
Artikolu 38 2.
|
L-informazzjoni rapportata mill-utent “downstream” għandha tinkludi li ġej:
(a)
l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tiegħu kif speċifikat fit-Taqsima 1.1 ta' l-Anness VI;
(b)
in-numru jew numri ta' reġistrazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 20(3), jekk disponibbli;
(ċ)
l-identità tas-sustanza jew sustanzi kif speċifikat fit-Taqsima 2.1 sa 2.3.4 ta' l-Anness VI;
(d)
l-identità tal-manifattur(i) jew importatur(i) jew ta' fornitur ieħor kif speċifikat fit-Taqsima 1.1 ta' l-Anness VI;
(e)
deskrizzjoni ġenerali fil-qosor ta' l-użu jew użi, kif speċifikat fit-Taqsima 3.5 ta' l-Anness VI, u tal-kondizzjonijiet ta' l-użu jew użi;
(f)
ħlief fejn l-utent “downstream” ikun qiegħed jiddipendi fuq l-eżenzjoni taħt l-Artikolu 37(4), proposta għal aktar ittestjar fuq annimali vertebrati, fejn dan jitqies meħtieġ mill-utent “downstream” sabiex ilesti l-valutazzjoni tas-sigurtà kimika tiegħu.
|
|
Artikolu 38 3.
|
L-utent “downstream” għandu jaġġorna din l-informazzjoni mingħajr dewmien f'każ ta' bidla fl-informazzjoni rapportata skond il-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 38 4.
|
Utent “downstream” għandu jirrapporta lill-Aġenzija jekk il-klassifikazzjoni tiegħu ta' sustanza tkun differenti minn dik tal-fornitur tiegħu.
|
|
Artikolu 38 5.
|
Ħlief fejn l-utent “downstream” ikun qiegħed jiddipendi fuq l-eżenzjoni taħt l-Artikolu 37(4), m'għandux ikun meħtieġ ir-rapportar skond il-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' sustanza, waħidha jew f'
►M3
taħlita ◄ , użata mill-utent “downstream” fi kwantitajiet ta' anqas minn tunnellata metrika fis-sena għal dak l-użu partikolari.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|