|
+Artikolu 38 2. |
Artikolu 38 2.L-informazzjoni rapportata mill-utent “downstream” għandha tinkludi li ġej:
(a)
l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tiegħu kif speċifikat fit-Taqsima 1.1 ta' l-Anness VI;
(b)
in-numru jew numri ta' reġistrazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 20(3), jekk disponibbli;
(ċ)
l-identità tas-sustanza jew sustanzi kif speċifikat fit-Taqsima 2.1 sa 2.3.4 ta' l-Anness VI;
(d)
l-identità tal-manifattur(i) jew importatur(i) jew ta' fornitur ieħor kif speċifikat fit-Taqsima 1.1 ta' l-Anness VI;
(e)
deskrizzjoni ġenerali fil-qosor ta' l-użu jew użi, kif speċifikat fit-Taqsima 3.5 ta' l-Anness VI, u tal-kondizzjonijiet ta' l-użu jew użi;
(f)
ħlief fejn l-utent “downstream” ikun qiegħed jiddipendi fuq l-eżenzjoni taħt l-Artikolu 37(4), proposta għal aktar ittestjar fuq annimali vertebrati, fejn dan jitqies meħtieġ mill-utent “downstream” sabiex ilesti l-valutazzjoni tas-sigurtà kimika tiegħu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|