+Artikolu 61 1.

Artikolu 61 1.

L-awtorizzazzjonijiet mogħtija skond l-Artikolu 60 għandhom jitqiesu bħala validi sakemm il-Kummissjoni tiddeċiedi li temenda jew tirtira l-awtorizzazzjoni fil-kuntest ta' reviżjoni, sakemm id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni jippreżenta rapport ta' reviżjoni mill-inqas tmintax-il xahar qabel ma jiskadi l-perjodu ta' reviżjoni ta' żmien limitat. Minflok ma jerġa' jippreżenta l-elementi kollha ta' l-applikazzjoni oriġinali għall-awtorizzazzjoni kurrenti, id-detentur ta' awtorizzazzjoni jista' jibgħat in-numru biss ta' l-awtorizzazzjoni kurrenti, suġġett għat-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafi.

Detentur ta' awtorizzazzjoni mogħtija skond l-Artikolu 60 għandu jippreżenta aġġornament ta' l-analiżi ta' alternattivi msemmija fl-Artikolu 62(4)(e), inkluża informazzjoni rigward riċerka relevanti u attività għall-iżvilupp mill-applikant, fejn applikabbli, u ta' kwalunkwe pjan ta' sostituzzjoni ppreżentat skond l-Artikolu 62(4)(f). Jekk l-aġġornament ta' l-analiżi ta' alternattivi juri li hemm disponibbli alternattiva xierqa skond l-elementi msemmija fl-Artikolu 60(5), huwa għandu jippreżenta pjan għas-sostituzzjoni, inkluż skeda kronoloġika għall-azzjoni proposta mill-applikant. Jekk id-detentur ma jistax juri li r-riskju jkun kontrollat adegwatament, huwa għandu jippreżenta wkoll aġġornament ta' l-analiżi soċjo-ekonomika, ta' analiżi ta' l-alternattivi u pjan ta' sostituzzjoni li jkun hemm fl-applikazzjoni oriġinali.

Jekk huwa issa jista' juri li r-riskju jkun kontrollat b'mod adegwat, huwa għandu jibgħat aġġornament tar-rapport ta' sigurtà kimika.

Jekk ikunu nbidlu xi elementi oħrajn ta' l-applikazzjoni oriġinali, huwa għandu jibgħat ukoll aġġornamenti ta' dawn l-element jew elementi.

Meta tiġi ppreżentata informazzjoni aġġornata skond dan il-paragrafu, kull deċiżjoni sabiex tiġi emendata jew irtirata awtorizzazzjoni fil-kuntest tar-reviżjoni għandha tittieħed skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64 applikata mutatis mutandis.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.