+Artikolu 85 It-twaqqif tal-Kumitati
---+Artikolu 85 1.
---+Artikolu 85 2.
---+Artikolu 85 3.
---+Artikolu 85 4.
---+Artikolu 85 5.
---+Artikolu 85 6.
---+Artikolu 85 7.
---+Artikolu 85 8.
---+Artikolu 85 9.

Artikolu 85 It-twaqqif tal-Kumitati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 85 1.
Kull Stat Membru jista' jinnomina kandidati sabiex iservu bħala membri tal-Kumitat ta' l-Istima tar-Riskji. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jwaqqaf lista ta' persuni nominati, li għandha tkun pubblikata fil-website ta' l-Aġenzija, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 88(1). Il-Bord ta' Tmexxija għandu jaħtar lill-membri tal-Kumitat minn din il-lista, inkluż mill-inqas membru wieħed iżda mhux aktar minn tnejn mill-persuni nominati minn kull Stat Membru li jkun innomina kandidati. Il-Membri għandhom jiġu maħtura għar-rwol u l-esperjenza tagħhom fit-twettiq tal-kompiti speċifikati fl-Artikolu 76(3).
Artikolu 85 2.
Kull Stat Membru jista' jaħtar kandidati sabiex iservu bħala membri tal-Kumitat ta' l-Analiżi Soċjo-ekonomika. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jwaqqaf lista ta' persuni nominati, li għandha tkun pubblikata fil-website ta' l-Aġenzija, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 88(1). Il-Bord ta' Tmexxija għandu jaħtar il-membri tal-Kumitat minn din il-lista, inkluż mill-inqas membru wieħed iżda mhux aktar minn tnejn mill-persuni nominati minn kull Stat Membru li jkun innomina kandidati. Il-Membri għandhom jiġu maħtura għar-rwol u l-esperjenza tagħhom fit-twettiq tal-kompiti speċifikati fl-Artikolu 77(3).
Artikolu 85 3.
Kull Stat Membru għandu jaħtar membru wieħed għall-Kumitat ta' l-Istati Membri.
Artikolu 85 4.
Il-Kumitati għandhom jimmiraw li jkollhom firxa wiesgħa ta' kompetenzi relevanti fost il-membri tagħhom. Għal dan il-għan kull Kumitat jista' jeleġġi massimu ta' ħames membri addizzjonali magħżulin abbażi tal-kompetenza speċifika tagħhom.

Il-membri tal-Kumitati għandhom jinħatru għal perjodu ta' 3 snin li jista' jiġġedded.

Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija ma jistgħux ikunu membri tal-Kumitati.

Il-membri ta' kull Kumitat jistgħu jkunu akkumpanjati minn konsulenti dwar materji xjentifiċi, tekniċi jew regolatorji.

Id-Direttur Eżekuttiv jew ir-rappreżentant tiegħu u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom ikollhom id-dritt li jattendu l-laqgħat kollha tal-Kumitati u l-gruppi ta' ħidma li jissejħu mill-Aġenzija jew tal-kumitati tagħha bħala osservaturi. Dawk li jkollhom interess jistgħu jkunu mistiedna sabiex jattendu laqgħat ukoll bħala osservaturi, kif jixraq, fuq talba tal-membri tal-Kumitat, jew tal-Bord ta' Tmexxija.

Artikolu 85 5.
Il-membri ta' kull Kumitat maħtura wara n-nomina minn Stat Membru għandhom jiżguraw li jkun hemm koordinazzjoni adegwata bejn il-kompiti ta' l-Aġenzija u l-ħidma ta' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru tagħhom.
Artikolu 85 6.
Il-membri tal-Kumitati għandhom ikollhom l-appoġġ tar-riżorsi xjentifiċi u tekniċi disponibbli għall-Istati Membri. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu riżorsi xjentifiċi u tekniċi adegwati lill-membri tal-Kumitati li huma jkunu nnominaw. Kull awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru għandha taġevola l-attivitatjiet tal-Kumitati u tal-gruppi ta' ħidma tagħhom.
Artikolu 85 7.
L-Istati Membri għandhom jibqgħu lura milli jagħtu lill-membri tal-Kumitat ta' l-Istima tar-Riskji jew tal-Kumitat ta' l-Analiżi Soċjo-Ekonomika, jew lill-konsulenti u esperti xjentifiċi u tekniċi tagħhom, kwalunkwe istruzzjoni li tkun inkompatibbli mal-kompiti individwali ta' dawk il-persuni jew mal-kompiti, responsabbiltajiet u indipendenza ta' l-Aġenzija.
Artikolu 85 8.
Fil-preparazzjoni ta' opinjoni, kull Kumitat għandu jagħmel dak li jista' sabiex jilħaq konsensus. Jekk tali konsensus ma jkunx jista' jintlaħaq, l-opinjoni għandha tikkonsisti mill-pożizzjoni tal-maġġoranza tal-membri, inklużi r-raġunijiet għaliha. Il-pożizzjoni jew pożizzjonijiet tal-minoranza, inklużi r-raġunijiet għalihom, għandhom jiġu ppubblikati wkoll.
Artikolu 85 9.
Kull Kumitat għandu jabbozza proposta għar-regoli ta' proċedura tiegħu stess, li trid tiġi approvata mill-Bord ta' Tmexxija fi żmien 6 xhur mill-ewwel ħatra tal-Kumitati.

Dawn ir-regoli għandhom b'mod partikolari jistabbilixxu l-proċeduri għas-sostituzzjoni tal-membri, il-proċeduri għad-delegazzjoni ta' ċertu kompiti għall-gruppi ta' ħidma, il-ħolqien ta' gruppi ta' ħidma u t-twaqqif ta' proċedura għall-adozzjoni urġenti ta' opinjonijiet. Il-President ta' kull Kumitat għandu jkun impjegat ta' l-Aġenzija.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.