+Artikolu 87 Rapporteurs tal-Kumitati u l-użu ta' esperti
---+Artikolu 87 1.
---+Artikolu 87 2.
---+Artikolu 87 3.
---+Artikolu 87 4.
---+Artikolu 87 5.
|
Artikolu 87 Rapporteurs tal-Kumitati u l-użu ta' esperti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 87 1.
|
Fejn, skond l-Artikolu 77, Kumitat ikun meħtieġ jieħu deċiżjoni, jipprovdi opinjoni jew iqis jekk dossier ta' Stat Membru jikkonformax mar-rekwiżiti ta' l-Anness XV, huwa għandu jaħtar wieħed mill-membri tiegħu bħala rapporteur. Il-Kumitat konċernat jista' jaħtar membru ieħor sabiex iservi bħala ko-rapporteur. Għal kull każ, ir-rapporteurs u l-ko-rapporteurs għandhom jimpenjaw irwieħhom li jaġixxu fl-interessi tal-Komunità u għandhom jagħmlu dikjarazzjoni ta' impenn sabiex iwettqu l-obbligi tagħhom u dikjarazzjoni ta' interessi bil-miktub. Membru ta' Kumitat m'għandux jinħatar rapporteur għal każ partikolari jekk huwa juri xi interess li jista' jkun ta' preġudizzju għall-konsiderazzjoni indipendenti ta' dak il-każ. Il-Kumitat konċernat jista' jibdel ir-rapporteur jew il-ko-rapporteur b'ieħor mill-membri tiegħu fi kwalunkwe waqt, jekk, pereżempju, dawn ma jkunux kapaċi jissodisfaw l-obbligi tagħhom fil-limiti ta' żmien preskritti, jew jekk jiġi żvelat interess li jista' jkun ta' preġudizzju.
|
|
Artikolu 87 2.
|
L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Aġenzija l-ismijiet ta' l-esperti b'esperjenza ppruvata fil-kompiti meħtieġa mill-Artikolu 77, li jkunu disponibbli sabiex iservu fil-gruppi ta' ħidma tal-Kumitati, flimkien ma' indikazzjoni tal-kwalifiki u ta' l-oqsma ta' kompetenza tagħhom. L-Aġenzija għandha żżomm lista aġġornata ta' esperti. Il-lista għandha tinkludi l-esperti msemmija fl-ewwel subparagrafu u l-esperti l-oħrajn identifikati b'mod dirett mis-Segretarjat.
|
|
Artikolu 87 3.
|
L-għoti ta' servizzi mill-membri tal-Kumitati jew minn kwalunkwe espert li jservi fi grupp ta' ħidma tal-Kumitati jew tal-Forum, jew li jwettaq kwalunkwe kompitu ieħor għall-Aġenzija, għandha tkun reġolata minn kuntratt bil-miktub bejn l-Aġenzija u l-persuna konċernata jew, fejn xieraq, bejn l-Aġenzija u min iħaddem il-persuna konċernata. Il-persuna konċernata, jew min jimpjegaha, għandhom jiġu rimunerati mill-Aġenzija skond l-iskala ta' ħlasijiet li għandha tiddaħħal fl-arranġamenti finanzjarji stabbiliti mill-Bord ta' Tmexxija. Fejn l-persuna konċernata tonqos milli twettaq l-obbligi tagħha, id-Direttur Eżekuttiv għandu d-dritt li jwaqqaf jew jissospendi l-kuntratt jew li jżomm ir-rimunerazzjoni.
|
|
Artikolu 87 4.
|
L-għoti ta' servizzi li għalihom ikun hemm diversi fornituri potenzjali jistà jeħtieġ sejħa għal espressjoni ta' interess:
(a)
jekk il-kuntest xjentifiku u tekniku jkun jippermetti, u
(b)
jekk ikun kompatibbli mad-dmirijiet ta' l-Aġenzija, partikolarment il-ħtieġa li jiġi provdut livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.
Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta l-proċeduri adatti fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv.
|
|
Artikolu 87 5.
|
L-Aġenzija tista' tuża s-servizzi ta' l-esperti għat-twettiq ta' kompiti speċifiċi oħrajn li għalihom hija tkun responsabbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|