+Artikolu 88 Il-kwalifiki u l-interessi
---+Artikolu 88 1.
---+Artikolu 88 2.
---+Artikolu 88 3.

Artikolu 88 Il-kwalifiki u l-interessi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 88 1.
L-ismijiet tal-membri tal-Kumitati u tal-Forum għandhom ikunu magħrufa pubblikament. Il-membri individwali jistgħu jitolbu li l-ismijiet tagħhom ma jixxandrux jekk huma jemmnu li din il-pubblikazzjoni tista' tpoġġihom f'riskju. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddeċiedi jekk jaqbilx ma' tali talbiet. Meta tixxandar kull ħatra, il-kwalifiki professjonali ta' kull membru għandhom ikunu speċifikati.
Artikolu 88 2.
Il-Membri tal-Bord ta' Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv u l-membri tal-Kumitati u tal-Forum għandhom jagħmlu dikjarazzjoni ta' impenn sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom u dikjarazzjoni ta' interessi li jkunu jistgħu jitqiesu ta' preġudizzju għall-indipendenza tagħhom. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru kull sena bil-miktub, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, għandhom jitniżżlu f'reġistru li jinżamm mill-Aġenzija u li jkun aċċessibbli għall-pubbliku, meta jintalab, fl-uffiċċju ta' l-Aġenżija.
Artikolu 88 3.
F'kull laqgħa tagħhom, il-membri tal-Bord ta' Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv, il-membri tal-Kumitati u tal-Forum u kwalunkwe espert li jipparteċipa fil-laqgħa għandhom jiddikjaraw kwalunkwe interess li jista' jitqies ta' preġudizzju għall-indipendenza tagħhom fir-rigward ta' kwalunkwe punt fuq l-aġenda. Kull min jiddikjara tali interessi m'għandu jipparteċipa fl-ebda votazzjoni fuq il-punt relevanti ta' l-aġenda.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.