+Artikolu 97 L-implementazzjoni tal-budget ta' l-Aġenzija
---+Artikolu 97 1.
---+Artikolu 97 2.
---+Artikolu 97 3.
---+Artikolu 97 4.
---+Artikolu 97 5.
---+Artikolu 97 6.
---+Artikolu 97 7.
---+Artikolu 97 8.
---+Artikolu 97 9.
---+Artikolu 97 10.

Artikolu 97 L-implementazzjoni tal-budget ta' l-Aġenzija

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 97 1.
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jwettaq il-kompiti ta' l-uffiċjal awtorizzanti u għandu jimplementa l-budget ta' l-Aġenzija.
Artikolu 97 2.
Is-sorveljanza ta' l-impenn u l-ħlas ta' l-infiq kollu ta' l-Aġenzija u ta' l-istabbiliment u l-irkupru tad-dħul kollu ta' l-Aġenzija għandu jsir mill-Uffiċjali tal-Kontabbiltà ta' l-Aġenzija.
Artikolu 97 3.
Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabbiltà ta' l-Aġenzija għandu jikkomunika l-kontijiet provviżorji lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni flimkien ma' rapport dwar l-amministrazzjoni tal-budget u tal-finanzi għal dik is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet provviżorji ta' l-istituzzjonijiet u tal-korpi deċentralizzati skond l-Artikolu 128 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 28 ).
Artikolu 97 4.
Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jgħaddi l-kontijiet provviżorji ta' l-Aġenzija lill-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien ma' rapport dwar l-amministrazzjoni tal-budget u tal-finanzi għal dik is-sena finanzjarja. Ir-rapport dwar l-amministrazzjoni tal-budget u tal-finanzi għal dik is-sena finanzjarja għandu wkoll jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 97 5.
Mar-riċezzjoni ta' l-osservazzjonijiet tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji ta' l-Aġenzija, skond l-Artikolu 129 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, id-Direttur għandu jfassal il-kontijiet finali ta' l-Aġenzija taħt ir-responsabbiltà tiegħu u jibgħathom lill-Bord ta' Tmexxija għal opinjoni.
Artikolu 97 6.
Il-Bord ta' Tmexxija għandu jippreżenta opinjoni dwar il-kontijiet finali ta' l-Aġenzija.
Artikolu 97 7.
Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju tas-sena ta' wara, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat il-kontijiet finali, flimkien ma' l-opinjoni tal-Bord ta' Tmexxija, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri.
Artikolu 97 8.
Il-kontijiet finali għandhom jiġu pubblikati.
Artikolu 97 9.
Id-Direttur għandu jibgħat lill-Qorti ta' l-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tagħha sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru. Huwa għandu jibgħat ukoll din it-tweġiba lill-Bord ta' Tmexxija.
Artikolu 97 10.
Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, għandu, qabel it-30 ta' April tas-sena N + 2, jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward ta' l-implementazzjoni tal-budget għas-sena N.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.