+Artikolu 110 Relazzjonijiet ma' korpi Komunitarji relevanti
---+Artikolu 110 1.
---+Artikolu 110 2.
---+Artikolu 110 3.
---+Artikolu 110 4.
|
Artikolu 110 Relazzjonijiet ma' korpi Komunitarji relevanti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 110 1.
|
L-Aġenzija għandha tikkopera ma' korpi oħrajn tal-Komunità sabiex tiżgura appoġġ reċiproku fil-qadi tad-dmirijiet rispettivi tagħhom b'mod partikolari sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tax-xogħol.
|
|
Artikolu 110 2.
|
Id-Direttur Eżekuttiv, wara li jikkonsulta mal-Kumitat ta' l-Istima tar-Riskji u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel, għandu jistabbilixxi regoli ta' proċedura dwar sustanzi li dwarhom ġiet mitluba opinjoni f'kuntest ta' sigurtà ta' l-ikel. Dawn ir-regoli ta' proċedura għandhom ikunu adottati mill-Bord ta' Tmexxija, bi ftehim mal-Kummissjoni. Dan it-Titolu m'għandux jolqot b'mod ieħor il-kompetenzi mogħtija lill-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Ikel.
|
|
Artikolu 110 3.
|
Dan it-Titolu m'għandux jolqot il-kompetenzi mogħtija lill-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini.
|
|
Artikolu 110 4.
|
Id-Direttur Eżekuttiv, wara li jkun ikkonsulta l-Kumitat ta' l-Istima tar-Riskji, il-Kumitat ta' l-Analiżi Soċjo-ekonomika u l-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà, l-Iġene u l-Protezzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura dwar il-kwistjonijiet tal-protezzjoni tal-ħaddiema. Dawn ir-regoli ta' proċedura għandhom ikunu adottati mill-Bord ta' Tmexxija, bi ftehim mal-Kummissjoni. Dan it-Titolu m'għandux jolqot il-kompetenzi mogħtija lill-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà, l-Iġene u l-Protezzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol u lill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|