|
+Artikolu 1 Suġġett |
Artikolu 1 SuġġettArtikolu 1 Suġġett Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri mmirati lejn dan li ġej: 1. id-definizzjoni u d-determinazzjoni ta’ objettivi fir-rigward tal-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent maħsuba sabiex jevitaw, jimpedixxu jew inaqqsu l-effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent kollu; 2. il-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent fl-Istati Membri fuq il-bażi ta’ metodi u kriterji komuni; 3. il-ksib ta’ informazzjoni dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent bħala għajnuna sabiex ikun miġġieled it-tniġġis ta’ l-arja u l-fastidju u sabiex ikunu ssorveljati x-xejriet għal perijodu fit-tul u t-titjib li jirriżulta minn miżuri nazzjonali u Komunitarji; 4. l-assigurazzjoni li din l-informazzjoni dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku; 5. il-manteniment tal-kwalità ta’ l-arja fejn din tkun tajba u tkun qiegħda tittejjeb f’każijiet oħra; 6. il-promozzjoni ta’ aktar koperazzjoni bejn l-Istati Membri fit-tnaqqis ta’ l-inkwinament ta’ l-arja. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|