|
+Artikolu 15 Mira nazzjonali għat-tnaqqis ta’ l-espożizzjoni għall-PM2.5għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem ---+Article 15 1. ---+Article 15 2. ---+Article 15 3. ---+Article 15 4. |
Artikolu 15 Mira nazzjonali għat-tnaqqis ta’ l-espożizzjoni għall-PM2.5għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedemArtikolu 15 Mira nazzjonali għat-tnaqqis ta’ l-espożizzjoni għall-PM2.5 għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa li ma jinvolvux spejjeż sproporzjonati għat-tnaqqis ta’ l-espożizzjoni għal PM2,5 bil-ħsieb li tintlaħaq il-mira nazzjonali għat-tnaqqis ta’ l-espożizzjoni kif stipulat fit-Taqsima B ta’ l-Anness XIV sas-sena speċifikata fiha. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-indikatur ta’ l-espożizzjoni medja għas-sena 2015 li ġie stabbilit skond it-Taqsima A ta’ l-Anness XIV ma jaqbiżx l-obbligu tal-konċentrazzjoni ta’ l-espożizzjoni stipulat fit-Taqsima C ta’ dak l-Anness. 3. L-indikatur ta’ l-espożizzjoni medja għall-PM2,5 għandu jkun stmat skond it-Taqsima A ta’ l-Anness XIV. 4. Kull Stat Membru għandu, skond l-Anness III, jiżgura li t-tqassim u n-numru ta’ punti ta’ kampjunament li fuqhom ikun ibbażat l-indikatur ta’ l-espożizzjoni medja għall-PM2,5 jirrifletti l-espożizzjoni tal-popolazzjoni ġenerali b’mod adegwat. In-numru ta’ punti ta’ kampjunament m’għandux ikun anqas minn dak determinat mill-applikazzjoni tat-Taqsima B ta’ l-Anness V. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|