+KAPITOLU III ĠESTJONI TAL-KWALITÀ TA’ L-ARJA
---+Artikolu 12 Rekwiżiti fejn il-livelli jkunu anqas mill-valuri ta’ limitu
---+Artikolu 13 Valuri ta’ limitu u l-limiti ta’ allert għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bnedmin
------+Article 13 1.
------+Article 13 2.
---+Artikolu 14 Livelli kritiċi
------+Article 14 1.
------+Article 14 2.
---+Artikolu 15 Mira nazzjonali għat-tnaqqis ta’ l-espożizzjoni għall-PM2.5għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem
------+Article 15 1.
------+Article 15 2.
------+Article 15 3.
------+Article 15 4.
---+Artikolu 16 Il-valur immirat u l-valur ta’ limitu tal-PM2,5għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem
------+Article 16 1.
------+Article 16 2.
------+Article 16 3.
---+Artikolu 17 Rekwiżiti f’żoni u agglomerazzjonijiet fejn il-konċentrazzjonijiet ta’ l-ożonu jaqbżu l-valuri mmirati u l-objettivi għal perijodu fit-tul
------+Article 17 1.
------+Article 17 2.
------+Article 17 3.
---+Artikolu 18 Rekwiżiti f’żoni u agglomerazzjonijiet fejn il-konċentrazzjonijiet ta’ l-ożonu huma konformi ma’ l-objettivi għal perjodu twil ta’ żmien
---+Artikolu 19 Miżuri meħtieġa fil-każ li jinqabżu l-limiti ta’ l-informazzjoni jew il-limiti ta’ allert
---+Artikolu 20 Kontributi minn sorsi naturali
------+Article 20 1.
------+Article 20 2.
------+Article 20 3.
---+Artikolu 21 Qabżiet attribwibbli lit-tpoġġija tar-ramel jew tal-melħ fit-toroq fix-xitwa
------+Article 21 1.
------+Article 21 2.
------+Article 21 3.
------+Article 21 4.
------+Article 21 5.
---+Artikolu 22 Posponiment tat-termini perentorji għall-kisba ta’ l-objettiv u l-eżenzjoni mill-obbligu ta’ l-applikazzjoni ta’ ċerti valuri ta’ limitu
------+Article 22 1.
------+Article 22 2.
------+Article 22 3.
------+Article 22 4.
|
KAPITOLU III ĠESTJONI TAL-KWALITÀ TA’ L-ARJA
KAPITOLU III ĠESTJONI TAL-KWALITÀ TA’ L-ARJA
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 Rekwiżiti fejn il-livelli jkunu anqas mill-valuri ta’ limitu
|
Artikolu 12 Rekwiżiti fejn il-livelli jkunu anqas mill-valuri ta’ limitu F’żoni u agglomerazzjonijiet fejn il-livelli tad-dijossidu tal-kubrit, id-dijossidu tan-nitroġenu, il-PM10, il-PM2,5, iċ-ċomb, il-benżina u l-monossidu tal-karbonju fl-arja ta’ l-ambjent jkunu taħt il-valuri ta’ limitu rispettivi speċifikati fl-Annessi XI u XIV, l-Istati Membri għandhom iżommu l-livelli ta’ dawk is-sutanzi li jniġġsu taħt il-valuri ta’ limitu u għandhom jimpenjaw ruħhom sabiex jippreżervaw l-aħjar kwalità ta’ l-arja, b’mod kumpatibbli ma’ l-iżvilupp sostenibbli.
|
|
Artikolu 13 Valuri ta’ limitu u l-limiti ta’ allert għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bnedmin
|
Artikolu 13 Valuri ta’ limitu u l-limiti ta’ allert għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bnedmin 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fiż-żoni u l-agglomerazzjonijiet kollha tagħhom, il-livelli tad-dijossidu tal-kubrit, PM10, iċ-ċomb u l-monossidu tal-karbonju fl-arja ta’ l-ambjent ma’ jaqbżux il-valuri ta’ limitu stabbiliti fl-Anness XI. Fir-rigward tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-benżina, il-valuri ta’ limitu speċifikati fl-Anness XI ma jistgħux jinqabżu mid-dati speċifikati fih. Il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti għandha tiġi valutata skond l-Anness III. Il-marġini ta’ tolleranza stabbiliti fl-Anness XI għandhom japplikaw skond l-Artikolu 22(3) u l-Arikolu 23(1). 2. Il-limiti ta’ allert għall-konċentrazzjonijiet tad-dijossidu tal-kubrit u d-dijossidu tan-nitroġenu fl-arja ta’ l-ambjent għandhom ikunu dawk stabbiliti fit-Taqsima A ta’ l-Anness XII.
|
|
Artikolu 14 Livelli kritiċi
|
Artikolu 14 Livelli kritiċi 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-osservanza tal-livelli kritiċi speċifikati fl-Anness XIII kif valutati b’konfomità mat-Taqsima A ta’ l-Anness III. 2. Fejn il-kejl fiss ikun is-sors waħdieni ta’ l-informazzjoni għall-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja, l-għadd ta’ punti ta’ kampjunament m’għandux ikun anqas min-numru minimu speċifikat fit-Taqsima Ċ ta’ l-Anness V. Fejn dik l-informazzjoni tkun supplimentata b’kejl indikattiv jew bl-immudellar, l-għadd minimu tal-punti ta’ kampjunament jista’ jitnaqqas sa 50 % sakemm il-konċentrazzjonijiet stmati tas-sustanza li tniġġes rilevanti ikunu stabbiliti skond l-għanijiet tal-kwalità tad-data speċifikati fit-Taqsima A ta’ l-Anness I.
|
|
Artikolu 15 Mira nazzjonali għat-tnaqqis ta’ l-espożizzjoni għall-PM2.5għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem
|
Artikolu 15 Mira nazzjonali għat-tnaqqis ta’ l-espożizzjoni għall-PM2.5 għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa li ma jinvolvux spejjeż sproporzjonati għat-tnaqqis ta’ l-espożizzjoni għal PM2,5 bil-ħsieb li tintlaħaq il-mira nazzjonali għat-tnaqqis ta’ l-espożizzjoni kif stipulat fit-Taqsima B ta’ l-Anness XIV sas-sena speċifikata fiha. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-indikatur ta’ l-espożizzjoni medja għas-sena 2015 li ġie stabbilit skond it-Taqsima A ta’ l-Anness XIV ma jaqbiżx l-obbligu tal-konċentrazzjoni ta’ l-espożizzjoni stipulat fit-Taqsima C ta’ dak l-Anness. 3. L-indikatur ta’ l-espożizzjoni medja għall-PM2,5 għandu jkun stmat skond it-Taqsima A ta’ l-Anness XIV. 4. Kull Stat Membru għandu, skond l-Anness III, jiżgura li t-tqassim u n-numru ta’ punti ta’ kampjunament li fuqhom ikun ibbażat l-indikatur ta’ l-espożizzjoni medja għall-PM2,5 jirrifletti l-espożizzjoni tal-popolazzjoni ġenerali b’mod adegwat. In-numru ta’ punti ta’ kampjunament m’għandux ikun anqas minn dak determinat mill-applikazzjoni tat-Taqsima B ta’ l-Anness V.
|
|
Artikolu 16 Il-valur immirat u l-valur ta’ limitu tal-PM2,5għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem
|
Artikolu 16 Il-valur immirat u l-valur ta’ limitu tal-PM2,5 għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa li ma jinvolvux spejjeż sproporzjonati sabiex jiżguraw li konċentrazzjonijiet tal-PM2,5 fl-arja ta’ l-ambjent ma jaqbżux il-valur immirat stipulat fit-Taqsima D ta’ l-Anness XIV b’effett mid-data speċifikata fiha. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li konċentrazzjonijiet tal-PM2,5 fl-arja ta’ l-ambjent ma jaqbżux il-limitu tal-konċentrazzjoni stipulat fit-Taqsima E ta’ l-Anness XIV f’kull parti miż-żoni u l-agglomerazzjonijiet tagħhom b’effett mid-data speċifikata fiha. L-osservanza ta’ dawn ir-regoli għandha tiġi valutata b’konformità ma’ l-Anness III. 3. Il-marġini ta’ tolleranza stabbiliti fit-Taqsima E ta’ l-Anness XIV għandhom japplikaw skond l-Artikolu 23(1).
|
|
Artikolu 17 Rekwiżiti f’żoni u agglomerazzjonijiet fejn il-konċentrazzjonijiet ta’ l-ożonu jaqbżu l-valuri mmirati u l-objettivi għal perijodu fit-tul
|
Artikolu 17 Rekwiżiti f’żoni u agglomerazzjonijiet fejn il-konċentrazzjonijiet ta’ l-ożonu jaqbżu l-valuri mmirati u l-objettivi għal perijodu fit-tul 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa li ma jinvolvux spejjeż sproporzjonati sabiex jiżguraw li l-valuri mmirati u l-objettivi għal perijodu fit-tul jintlaħqu. 2. Għal żoni u agglomerazzjonijiet fejn jinqabeż il-valur immirat, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-programm ippreparat skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/81/KE u, fejn ikun il-każ, pjan dwar il-kwalità ta’ l-arja jitwettaq sabiex jintlaħqu l-valuri mmirati, ħlief meta ma’ jistgħux jintlaħqu permezz ta’ miżuri li ma jinvolvux spejjeż sproporzjonati, b’effett mid-data speċifikata fit-Taqsima B ta’ l-Anness VII ta’ din id-Direttiva. 3. Għal żoni u agglomerazzjonijiet li fihom il-livelli ta’ l-ożonu fl-arja ta’ l-ambjent ikunu ogħla mill-objettivi għal perijodu fit-tul iżda anqas, jew daqs, il-valuri mmirati, l-Istati Membri għandhom jippreparaw u jimplimentaw miżuri kost-effettivi bil-għan li jinkisbu l-objettivi għal perijodu fit-tul. Dawk il-miżuri għandhom, ta’ l-anqas, ikunu konsistenti mal-pjanijiet dwar il-kwalità ta’ l-arja u l-programm imsemmija fil-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 18 Rekwiżiti f’żoni u agglomerazzjonijiet fejn il-konċentrazzjonijiet ta’ l-ożonu huma konformi ma’ l-objettivi għal perjodu twil ta’ żmien
|
Artikolu 18 Rekwiżiti f’żoni u agglomerazzjonijiet fejn il-konċentrazzjonijiet ta’ l-ożonu huma konformi ma’ l-objettivi għal perjodu twil ta’ żmien F’żoni u agglomerazzjonijiet fejn il-livelli ta’ l-ożonu ikunu konformi ma’ l-objettivi għal perjodu twil ta’ żmien, l-Istati Membri għandhom, safejn jippermettu fatturi inkluża n-natura transkonfinali tat-tniġġis ta’ l-ożonu u l-kondizzjonijiet meteoroloġiċi, iżommu dawk il-livelli taħt il-livelli ta’ l-objettivi għal perjodu twil ta żmien u għandhom jippreżervaw permezz ta miżuri propozjonati l-aħjar kwalità ta’ l-arja fl-ambjent kompatibbli ma’ l-iżvilupp sostenibbli u livell għoli ta’ protezzjoni lill-ambjent u lis-saħħa tal-bnedmin.
|
|
Artikolu 19 Miżuri meħtieġa fil-każ li jinqabżu l-limiti ta’ l-informazzjoni jew il-limiti ta’ allert
|
Artikolu 19 Miżuri meħtieġa fil-każ li jinqabżu l-limiti ta’ l-informazzjoni jew il-limiti ta’ allert Fejn jinqabeż il-limitu ta’ l-informazzjoni speċifikat fl-Anness XII jew kull limitu ta’ allert stabbilit fih, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jinformaw lill-pubbliku permezz tar-radju, it-televiżjoni, il-gazzetti jew l-Internet. L-Istati Membri għandhom jibagħtu wkoll lill-Kummissjoni, fuq bażi provviżorja, informazzjoni dwar il-livelli reġistrati u l-perijodi li matulhom inqabeż il-limitu ta’ allert jew il-limitu ta’ l-informazzjoni.
|
|
Artikolu 20 Kontributi minn sorsi naturali
|
Artikolu 20 Kontributi minn sorsi naturali 1. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, għal sena partikolari, listi ta’ żoni u agglomerazzjonijiet fejn il-qabżiet tal-valuri ta’ limitu għal sustanzi li jniġġsu partikolari ikunu attribwibbli lil sorsi naturali. L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-konċentrazzjonijiet u s-sorsi u l-evidenza li juru li l-qabżiet huma attribwibbli lil sorsi naturali. 2. Fejn il-Kummissjoni tiġi informata dwar qabża minn sorsi naturali skond il-paragrafu 1, dik il-qabża m’għandhiex tkun kunsidrata bħala qabża għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. 3. Il-Kummissjoni għandha, sal-11 ta’ Ġunju 2010, tippubblika linji gwida għad-dimostrazzjoni u t-tnaqqis ta’ qabżiet attribwibbli lil sorsi naturali.
|
|
Artikolu 21 Qabżiet attribwibbli lit-tpoġġija tar-ramel jew tal-melħ fit-toroq fix-xitwa
|
Artikolu 21 Qabżiet attribwibbli lit-tpoġġija tar-ramel jew tal-melħ fit-toroq fix-xitwa 1. L-Istati Membri jistgħu jindikaw żoni jew agglomerazzjonijiet li fihom il-valuri ta’ limitu għall-PM10 ikunu nqabżu fl-arja ta’ l-ambjent minħabba r-risospensjoni ta’ partikuli wara t-tqegħid tar-ramel jew tal-melħ fit-toroq fix-xitwa. 2. L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni listi ta’ kwalunkwe tali żona jew agglomerazzjoni flimkien ma informazzjoni dwar il-konċentrazzjonijiet u s-sorsi tal-PM10 fihom. 3. Meta jinformaw lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 27, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-provi meħtieġa sabiex juru li kull qabża hija dovuta għal partikuli risospiżi u li ttieħdu miżuri raġonevoli sabiex jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet. 4. Bla ħsara għall-Artikolu 20, fil-każ taż-żoni jew l-agglomerazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-pjan ta’ kwalità ta’ l-arja previst fl-Artikolu 23 fil-każ biss li dawn il-qabżiet huma attribwibbli lis-sorsi tal-PM10 li ma jkunux it-tpoġġija tar-ramel jew tal-melħ fit-toroq fix-xitwa. 5. Il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida għad-determinazzjoni ta’ kontributi minħabba r-risospensjoni ta’ partikuli wara t-tqegħid tar-ramel jew tal-melħ fit-toroq fix-xitwa, sal-11 ta’ Ġunju 2010.
|
|
Artikolu 22 Posponiment tat-termini perentorji għall-kisba ta’ l-objettiv u l-eżenzjoni mill-obbligu ta’ l-applikazzjoni ta’ ċerti valuri ta’ limitu
|
Artikolu 22 Posponiment tat-termini perentorji għall-kisba ta’ l-objettiv u l-eżenzjoni mill-obbligu ta’ l-applikazzjoni ta’ ċerti valuri ta’ limitu 1. Fejn, f’żona jew agglomerazzjoni partikolari, il-konformità mal-valuri ta’ limitu fir-rigward tad-dijossidu tan-nitroġenu jew il-benżina ma jistgħux jinkisbu sat-termini perentorji speċifikati fl-Anness XI, Stat Membru jista’ jipposponi dawk it-termini perentorji sa massimu ta’ ħames snin għal dik iż-żona jew agglomerazzjoni partikolari, sakemm ikun ġie stabbilit pjan dwar il-kwalità ta’ l-arja skond l-Artikolu 23 għaż-żona jew agglomerazzjoni li għalihom japplika l-posponiment; tali pjan dwar il-kwalità ta’ l-arja għandu jiġi supplimentat mill-informazzjoni esposta fit-Taqsima B ta’ l-Anness XV dwar is-sustanzi li jniġġsu kkonċernati u għandu juri kif il-konformità mal-valuri ta’ limitu għandha tintlaħaq qabel it-terminu perentorju l-ġdid. 2. Fejn, f’żona jew agglomerazzjoni partikolari, il-konformità mal-valuri ta’ limitu fir-rigward tal-PM10, kif speċifikat fl-Anness XI, ma tistax tinkiseb minħabba l-karatteristiċi tat-tixrid speċifiċi għas-sit, kondizzjonijiet tal-klima ħżiena jew il-kontributi transkonfinali, l-Istat Membru għandu jkun eżentat mill-obbligu li japplika dawk il-valuri ta’ limitu sal-11 ta’ Ġunju 2011, sakemm il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jiġu osservati, u sakemm dak l-Istai Membru juri li jkun ħa l-miżuri adegwati kollha fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex ilaħħaq ma l-iskadenzi. 3. Fejn Stat Membru japplika l-paragrafi 1 jew 2, hu għandu jiżgura li l-valur ta’ limitu għal kull sustanza li tniġġes ma jinqabiżx b’aktar mill-marġni massimu tat-tolleranza speċifikat fl-Anness XI għal kull sustanza li tniġġes konċernata. 4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni meta, fil-fehma tagħhom, il-paragrafi 1 jew 2 japplikaw, u għandhom jikkomunikaw il-pjan dwar il-kwalità ta’ l-arja msemmi fil-paragrafu 1 inkluż kull informazzjoni rilevanti meħtieġa għall-Kummissjoni sabiex ikun valutat jekk il-kondizzjonijiet rilevanti humiex sodisfatti. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tieħu kont ta’ effetti stmati fuq il-kwalità ta’ l-arja ambjentali fl-Istati Membri, kemm fil-preżent u kemm fil-ġejjieni, ta’ miżuri li ttieħdu mill-Istati Membri kif ukoll effetti stmati Komunitarji fuq il-kwalità ta’ l-arja ambjentali ta’ miżuri Komunitarji kurrenti u ta’ miżuri Komunitarji pjanati li għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni. Fejn il-Kummissjoni ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni fi żmien disa’ xhur minn meta tiġi riċevuta dik in-notifika, għandhom jitqiesu sodisfatti l-kondizzjonijiet rilevanti għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 jew 2. Jekk jitqajmu oġġezzjonijiet, il-Kummissjoni tista’ teħtieġ li l-Istati Membri jaġġustaw jew jipprovdu pjanijiet ġodda dwar il-kwalità ta’ l-arja.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.09.2015 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0050
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|