+KAPITOLU IV PJANIJIET
---+Artikolu 23 Pjanijiet dwar il-kwalità ta’ l-arja
------+Article 23 1.
------+Article 23 2.
---+Artikolu 24 Pjanijiet ta’ azzjoni għal perijodu qasir
------+Article 24 1.
------+Article 24 2.
------+Article 24 3.
------+Article 24 4.
---+Artikolu 25 It-tniġġis transkonfinali ta’ l-arja
------+Article 25 1.
------+Article 25 2.
------+Article 25 3.
------+Article 25 4.
------+Article 25 5.
|
KAPITOLU IV PJANIJIET
KAPITOLU IV PJANIJIET
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 Pjanijiet dwar il-kwalità ta’ l-arja
|
Artikolu 23 Pjanijiet dwar il-kwalità ta’ l-arja 1. Fejn, fiż-żoni jew l-agglomerazzjonijiet stipulati, il-livelli ta’ sustanzi li jniġġsu fl-arja ta’ l-ambjent jaqbżu kwalunkwe valur ta’ limitu jew valur immirat, kif ukoll kwalunkwe marġni rilevanti tat-tolleranza f’kull każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu stabbiliti pjanijiet dwar il-kwalità ta’ l-arja għal dawk iż-żoni u agglomerazzjonijiet sabiex jinkiseb il-valur ta’ limitu jew valur immirat relatati speċifikati fl-Annessi XI u XIV. Fil-każ ta’ qabżiet ta’ dawk il-valuri ta’ limitu li għalihom id-data ta’ skadenza sabiex jintlaħqu diġà tkun skadiet il-pjan ta’ kwalità ta’ l-arja għandu jistabbilixxi miżuri adegwati, sabiex il-perijodu tal-qabża jkun jista’ jinżamm l-iqsar possibbli. Il-pjan għall-kwalità ta’ l-arja jista’ jinkludi wkoll miżuri speċifiċi li jkollhom il-ħsieb li jipproteġu gruppi sensittivi fil-popolazzjoni, inklużi t-tfal. Dawk il-pjanijiet għall-kwalità ta’ l-arja għandhom jinkorporaw ta’ l-anqas l-informazzjoni elenkata fit-Taqsima A ta’ l-Anness XV u jistgħu jinkludu miżuri skond l-Artikolu 24. Dawk il-pjanijiet għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni mingħajr dewmien, iżda mhux aktar tard minn sentejn wara l-aħħar ta’ dik is-sena fejn tkun ġiet osservata l-ewwel qabża. Fejn għandhom jiġu preparati jew implimentati pjanijiet dwar il-kwalità ta’ l-arja fir-rigward ta’ diversi sustanzi li jniġġsu, l-Istati Membri għandhom, fejn ikun il-każ, jippreparaw u jimplimentaw pjanijiet dwar il-kwalità ta’ l-arja integrati li jkopru l-s-sustanzi li jniġġsu kollha kkonċernati. 2. L-Istati Membri għandhom, safejn ikun fattibbli, jiżguraw il-konsistenza ma’ pjanijiet oħra meħtieġa skond id-Direttiva 2001/80/KE, id-Direttiva 2001/81/KE jew id-Direttiva 2002/49/KE sabiex jintlaħqu l-objettivi rilevanti fir-rigward ta’ l-ambjent.
|
|
Artikolu 24 Pjanijiet ta’ azzjoni għal perijodu qasir
|
Artikolu 24 Pjanijiet ta’ azzjoni għal perijodu qasir 1. Fejn, f’żona jew agglomerazzjoni partikolari, ikun hemm ir-riskju li l-livell ta’ sustanzi li jniġġsu jaqbeż wieħed jew aktar mil-limiti ta’ allert speċifikati fl-Annessi XII, l-Istati Membri għandhom ifasslu pjanijiet ta’ azzjoni li jindikaw il-miżuri li għandhom jittieħdu għal perijodu qasir sabiex jitnaqqas ir-riskju jew il-perjodu ta’ tali qabża. Fejn dan ir-riskju japplika għal wieħed jew aktar mill-valuri ta’ limitu jew il-valuri mmirati stabbiliti fl-Annessi VII, XI u XIV, l-Istati Membri jistgħu, fejn ikun il-każ, ifasslu tali pjanijiet ta’ azzjoni għal perijodu qasir. Madankollu, meta jkun hemm periklu li l-limitu ta’ allert fir-rigward ta’ l-ożonu kif speċifikat fit-Taqsima B ta’ l-Anness XII jinqabeż, l-Istati Membri għandhom ifasslu biss tali pjanijiet ta’ azzjoni għal perijodu qasir ta’ żmien meta fil-fehma tagħhom ikun hemm potenzjal sinifikanti, b’kont meħud tal-kondizzjonijiet nazzjonali ġeografiċi, meteoroloġiċi u ekonomiċi, li jitnaqqas ir-riskju, il-perjodu jew il-gravità ta’ din il-qabża. Meta jfasslu tali pjan ta’ azzjoni għal perijodu qasir, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tad-Deċiżjoni 2004/279/KE. 2. Il-pjanijiet ta’ azzjoni għal perijodu qasir kif jissemmew fil-paragrafu 1 jistgħu, skond il-każ individwali, jipprovdu miżuri ta’ kontroll u, fejn meħtieġ, jissospendu attivitajiet li jikkontribwixxu għar-riskju li jinqabżu l-valuri ta’ limitu jew il-valuri immirati jew il-limitu ta’ allert rispettivi. Dawn il-pjanijiet ta’ azzjoni jistgħu jinkludu miżuri fir-rigward tat-traffiku tal-vetturi bil-magni, xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, vapuri max-xatt, u l-użu ta’ impjanti jew prodotti industrijali u t-tisħin domestiku. Fil-qafas ta’ dawn il-pjanijiet jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll azzjonijiet speċifiċi favur il-protezzjoni ta’ gruppi sensittivi fil-popolazzjoni, inklużi t-tfal. 3. Fejn l-Istati Membri jkunu fasslu programm ta’ azzjoni għal perijodu qasir, huma għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u għad-dispożizzjoni ta’ organizzazzjonijiet adatti bħalma huma l-organizzazzjonijiet ta’ l-ambjent, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi ta’ gruppi sensittivi tal-popolazzjoni entitajiet oħra rilevanti għall-protezzjoni tas-saħħa u l-federazzjonijiet industrijali rilevanti kemm ir-riżultati ta’ l-istħarriġ tagħhom dwar il-fattibbilità u l-kontenut ta’ pjanijiet ta’ azzjoni speċifiċi għal perijodu qasir kif ukoll l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet. 4. Għall-ewwel darba sal-11 ta’ Ġunju 2010, u f’intervalli regolari minn hemm ‘il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippubblika eżempji ta’ l-aħjar prattika għat-tfassil ta’ pjanijiet ta’ azzjoni għall-perijodu qasir, inklużi eżempji ta’ l-aqwa prattiki fil-protezzjoni ta’ gruppi sensittivi tal-popolazzjoni, inklużi t-tfal.
|
|
Artikolu 25 It-tniġġis transkonfinali ta’ l-arja
|
Artikolu 25 It-tniġġis transkonfinali ta’ l-arja 1. Fejn kwalunkwe limitu ta’ allert, valur ta’ limitu jew valur immirat flimkien ma’ kwalunkwe marġni tat-tolleranza rilevanti jew objettiv għal perijodu fit-tul jinqabżu minħabba trasport transkonfinali sinifikanti tat-tniġġis jew il-prekursuri tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkoperaw u, fejn ikun il-każ, ifasslu attivitajiet b’mod konġunt, bħalma huma t-tħejjija ta’ pjanijiet dwar il-kwalità ta’ l-arja konġunti jew koordnati skond l-Artikolu 23 sabiex ikunu eliminati l-qabżiet permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ miżuri adegwati jew proporzjonati. 2. Il-Kummissjoni għandha tiġi mistiedna sabiex tkun preżenti u tassisti fi kwalunkwe koperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Fejn ikun il-każ, il-Kummissjoni għandha, meta tieħu kont tar-rapporti stabbiliti skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2001/81/KE, tikkunsidra jekk għandhiex tittieħed azzjoni ulterjuri fil-livell tal-Komunità sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet prekursuri responsabbli għat-tniġġis transkonfinali. 3. L-Istati Membri għandhom, fejn ikun ikun il-każ skond l-Artikolu 24, iħejju u jimplimentaw pjanijiet ta’ azzjoni, b’mod konġunt u għal perijodu qasir, li jkopru żoni ġirien fi Stati Membri oħra. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li żoni ġirien fi Stati Membri oħra li żviluppaw pjanijiet ta’ azzjoni għal perijodu fit-tul, jirċievu l-informazzjoni adegwata kollha. 4. Fejn il-limitu ta’ l-informazzjoni jew il-limiti ta’ allert jinqabżu f’żoni jew agglomerazzjonijiet qrib il-fruntieri nazzjonali, l-informazzjoni għandha tingħata mill-aktar fis lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri ġirien konċernati. Din l-informazzjoni għandha titqiegħed ukoll għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. 5. Meta jfasslu l-pjanijiet previsti fil-paragrafi 1 u 3 u meta jgħarrfu lill-pubbliku kif jissemma fil-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom, fejn ikun il-każ, jagħmlu sforz sabiex iffittxu l-koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, u partikolarment mal-pajjiżi kandidati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.09.2015 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0050
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|