|
+Artikolu 25 It-tniġġis transkonfinali ta’ l-arja ---+Article 25 1. ---+Article 25 2. ---+Article 25 3. ---+Article 25 4. ---+Article 25 5. |
Artikolu 25 It-tniġġis transkonfinali ta’ l-arjaArtikolu 25 It-tniġġis transkonfinali ta’ l-arja 1. Fejn kwalunkwe limitu ta’ allert, valur ta’ limitu jew valur immirat flimkien ma’ kwalunkwe marġni tat-tolleranza rilevanti jew objettiv għal perijodu fit-tul jinqabżu minħabba trasport transkonfinali sinifikanti tat-tniġġis jew il-prekursuri tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkoperaw u, fejn ikun il-każ, ifasslu attivitajiet b’mod konġunt, bħalma huma t-tħejjija ta’ pjanijiet dwar il-kwalità ta’ l-arja konġunti jew koordnati skond l-Artikolu 23 sabiex ikunu eliminati l-qabżiet permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ miżuri adegwati jew proporzjonati. 2. Il-Kummissjoni għandha tiġi mistiedna sabiex tkun preżenti u tassisti fi kwalunkwe koperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Fejn ikun il-każ, il-Kummissjoni għandha, meta tieħu kont tar-rapporti stabbiliti skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2001/81/KE, tikkunsidra jekk għandhiex tittieħed azzjoni ulterjuri fil-livell tal-Komunità sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet prekursuri responsabbli għat-tniġġis transkonfinali. 3. L-Istati Membri għandhom, fejn ikun ikun il-każ skond l-Artikolu 24, iħejju u jimplimentaw pjanijiet ta’ azzjoni, b’mod konġunt u għal perijodu qasir, li jkopru żoni ġirien fi Stati Membri oħra. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li żoni ġirien fi Stati Membri oħra li żviluppaw pjanijiet ta’ azzjoni għal perijodu fit-tul, jirċievu l-informazzjoni adegwata kollha. 4. Fejn il-limitu ta’ l-informazzjoni jew il-limiti ta’ allert jinqabżu f’żoni jew agglomerazzjonijiet qrib il-fruntieri nazzjonali, l-informazzjoni għandha tingħata mill-aktar fis lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri ġirien konċernati. Din l-informazzjoni għandha titqiegħed ukoll għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. 5. Meta jfasslu l-pjanijiet previsti fil-paragrafi 1 u 3 u meta jgħarrfu lill-pubbliku kif jissemma fil-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom, fejn ikun il-każ, jagħmlu sforz sabiex iffittxu l-koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, u partikolarment mal-pajjiżi kandidati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|