|
+Artikolu 3 Definizzjonijiet |
Artikolu 3 DefinizzjonijietArtikolu 3 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: 1. “ilmijiet marini” tfisser: (a) ilmijiet, il-qiegħ tal-baħar u s-subsoil tan-naħa tal-baħar tal-linja bażi minn fejn il-medda ta’ l-ilmijiet territorjali hija mkejla li testendi sat-tarf nett taż-żona fejn Stat Membru ikollu u/jew jeżerċita drittijiet ta’ ġurisdizzjoni, skond l-UNCLOS, bl-eċċezzjoni ta’ ilmijiet li jmissu mat-territorji u territorji msemmija fl-Anness II mat-Trattat u mad-Dipartimenti u Kollettivitajiet Esteri Franċiżi; u (b) ilmijiet kostali kif definiti mid-Direttiva 2000/60/KE, il-qiegħ tal-baħar u s-subsoil tagħhom, sa fejn aspetti partikolari ta’ l-istatus ambjentali ta’ l-ambjent marin ma jkunux diġà indirizzati permezz ta’ dik id-Direttiva jew leġiżlazzjoni Komunitarja oħra; 2. “Reġjun Marin” tfisser reġjun tal-baħar li huwa identifikat taħt l-Artikolu 4. Ir-Reġjuni Marini u s-Sub-Reġjuni tagħhom huma nominati għall-fini tal-faċilitazzjoni ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u huma ddeterminati b’kont meħud tal-karatteristiċi idroloġiċi, oċeanografiċi u bijoġeografiċi; 3. “Strateġija Marina” tfisser l-Istrateġija li għandha tiġi żviluppata u implimentata fir-rigward ta’ kull Reġjun jew Sub-Reġjun Marin konċernat kif stabbilit fl-Artikolu 5; 4. “status ambjentali” tfisser l-istat ġenerali ta’ l-ambjent fl-ilmijiet marini, b’kont meħud ta’ l-istruttura, tal-funzjoni u tal-proċessi ta’ l-ekosistemi marini kostitwenti flimkien mal-fatturi naturali fisjografiċi, ġeografiċi, bijoloġiċi, ġeoloġiċi u klimatiċi, kif ukoll il-kondizzjonijiet fiżiċi, akustiċi u kimiċi inklużi dawk li jirriżultaw minn attivitajiet tal-bniedem ġewwa jew barra ż-żona konċernata; 5. “status ambjentali tajjeb” tfisser l-istatus ambjentali ta’ ilmijiet marini fejn dawn jikkostitwixxu oċeani u ilmijiet ekoloġikament diversi u dinamiċi li jkunu nodfa, b’saħħithom u produttivi fil-kondizzjonijiet intrinsiċi tagħhom, u fejn l-użu ta’ l-ambjent marin huwa f’livell li jkun sostenibbli, u li b’hekk jissalvagwardja l-potenzjal għall-użi u attivitajiet minn ġenerazzjonijiet attwali u futuri, jiġifieri: (a) l-istruttura, il-funzjonijiet u l-proċessi ta’ l-ekosistemi marini kostitwenti, flimkien mal-fatturi assoċjati fisjografiċi, ġeografiċi, ġeoloġiċi u klimatiċi, jippermettu dawk l-ekosistemi sabiex jiffunzjonaw bis-sħiħ u sabiex iżommu r-reżiljenza tagħhom għall-bidliet ambjentali kkaġunati mill-bniedem. L-ispeċijiet u l-habitats marini ikunu protetti, it-tnaqqis tal-bijodiversità kkaġunat mill-bniedem ikun impedit u komponenti bijoloġiċi differenti jiffunzjonaw f’armonija; (b) il-proprjetajiet idro-morfoloġiċi, fiżiċi u kimiċi, ta’ l-ekosistemi, inklużi dawk il-proprjetajiet li jirriżultaw minn attivitajiet tal-bniedem fiż-żona konċernata, jappoġġaw l-ekosistemi kif deskritt hawn fuq. L-inputs antropoġeniċi ta’ sustanzi u enerġija, inkluż l-istorbju, fl-ambjent marin ma jikkaġunawx effetti ta’ tniġġis. L-istatus ambjentali tajjeb għandu jiġi determinat fil-livell tar-Reġjun jew Sub-Reġjun Marin kif imsemmi fl-Artikolu 4, abbażi tad-deskritturi kwalitattivi ġeneriċi fl-Anness I. Għandha tiġi applikata ġestjoni li tadatta abbażi ta’ l-approċċ favur l-ekosistema sabiex jinkiseb status ambjentali tajjeb; 6. “kriterji” tfisser karatteristiċi tekniċi distintivi li huma marbutin mill-qrib ma’ deskritturi kwalitattivi; 7. “mira ambjentali” tfisser dikjarazzjoni kwalitattiva jew kwantitattiva dwar il-kondizzjoni mixtieqa tal-komponenti differenti ta’ l-ilmijiet marini fir-rigward ta’ kull Reġjun jew Sub-Reġjun, u tal-pressjonijiet u l-impatti fuqhom. Il-miri ambjentali huma stabbiliti skond l-Artikolu 10; 8. “tniġġis” tfisser introduzzjoni diretta jew indiretta fl-ambjent marin, kaġun ta’ attività tal-bniedem, ta’ sustanzi jew ta’ enerġija, inkluż storbju taħt il-baħar ikkawżat mill-bniedem, li jirriżulta jew x’aktarx jirriżulta f’effetti detrimentali bħal ħsara lir-riżorsi ħajjin u l-ekosistemi marini, inkluż it-telf tal-bijodiversità, perikli għas-saħħa tal-bniedem, tfixkil ta’ attivitajiet marini, inklużi s-sajd, it-turiżmu u r-rekreazzjoni u użu leġittimu ieħor tal-baħar, ħsara fil-kwalità ta’ l-użu ta’ l-ilma baħar u tnaqqis ta’ amenitajiet jew, b’mod ġenerali, ħsara lill-użu sostennibbli ta’ prodotti jew servizzi marini; 9. “koperazzjoni reġjonali” tfisser koperazzjoni u koordinazzjoni ta’ attivitajiet bejn Stati Membri u, kull meta possibbli, pajjiżi terzi li jikkondividu l-istess Reġjun jew Sub-Reġjun Marin, bil-fini li jiġu żviluppati u implimentati Strateġiji Marini; 10. “Konvenzjoni dwar Baħar Reġjonali” tfisser kwalunkwe mill-konvenzjonijiet internazzjonali jew ftehim internazzjonali flimkien mal-korpi governattivi tagħhom stabbiliti bil-fini li jiġi protett l-ambjent marin tar-Reġjuni Marini imsemmijin fl-Artikolu 4, bħall-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni ta’ l-Ambjent Marin tal-Baħar Baltiku, il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni ta’ l-Ambjent Marin ta’ l-Atlantiku tal-Grigal u l-Konvenzjoni dwar l-Ambjent Marin u r-Reġjun Kostali tal-Baħar tal-Mediterran. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|