+KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
---+Artikolu 1 Suġġett
------+Article 1 1.
------+Article 1 2.
------+Article 1 3.
------+Article 1 4.
---+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
------+Article 2 1.
------+Article 2 2.
---+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 4 Reġjuni u Sub-Reġjuni Marini
------+Article 4 1.
------+Article 4 2.
---+Artikolu 5 Strateġiji Marini
------+Article 5 1.
------+Article 5 2.
------+Article 5 3.
---+Artikolu 6 Koperazzjoni reġjonali
------+Article 6 1.
------+Article 6 2.
---+Artikolu 7 Awtoritajiet kompetenti
------+Article 7 1.
------+Article 7 2.

KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett

Artikolu 1

Suġġett

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas li fih l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiksbu jew iżommu status ambjentali tajjeb fl-ambjent marin sa mhux aktar tard mis-sena 2020.

2.  Għal dak il-għan, l-Istrateġiji Marini għandhom jiġu żviluppati u implimentati sabiex:

(a) jiġi protett u ppreservat l-ambjent marin, jiġi pprevenut id-deterjorament tiegħu jew, fejn ikun prattikabbli, jiġu rkuprati l-ekosistemi marini f’żoni fejn ġew milquta b’mod ħażin;

(b) jiġu pprevenuti u mnaqqsa l-inputs fl-ambjent marin, bil-għan li jiġi gradwalment eliminat it-tniġġis kif definit fl-Artikolu 3(8), sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda impatti sinifikanti fuq, jew riskji għal, il-bijodiversità marina, l-ekosistemi marini, is-saħħa umana jew l-użi leġittimi tal-baħar.

3.  L-Istrateġiji Marini għandhom japplikaw approċċ ibbażat fuq il-konsiderazzjoni ta’ l-ekosistema għall-ġestjoni ta’ l-attivitajiet tal-bniedem, b’mod li jiżguraw li l-pressjoni kollettiva ta’ tali attivitajiet tinżamm f’livelli kompatibbli mal-kisba ta’ status ambjentali tajjeb u li l-kapaċità ta’ l-ekosistemi marini li jirrispondu għal bidliet ikkawżati mill-bniedem ma tiġix kompromessa, filwaqt li jippermettu l-użu sostenibbli ta’ prodotti u servizzi marini minn ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.

4.  Din id-Direttiva għandha tikkontribwixxi għall-koerenza bejn, u jkollha l-għan li tiżgura l-integrazzjoni ta’ interessi ambjentali fil-linji politiċi, fi ftehim u f’miżuri leġislattivi differenti li jkollhom impatt fuq l-ambjent marin.

Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ilmijiet marini kollha kif definiti fl-Artikolu 3(1), u għandha tqis l-effetti transkonfinali fuq il-kwalità ta’ l-ambjent marin ta’ pajjiżi terzi fl-istess Reġjun jew Sub-Reġjun Marin.

2.  Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal attivitajiet li l-uniku fini tagħhom hu d-difiża jew is-sigurtà nazzjonali. L-Istati Membri għandhom, madankollu, ifittxu li jiżguraw li tali attivitajiet jitwettqu b’mod li jkun kompatibbli, safejn hu raġonevoli u prattikabbli, ma’ l-objettivi ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. “ilmijiet marini” tfisser:

(a) ilmijiet, il-qiegħ tal-baħar u s-subsoil tan-naħa tal-baħar tal-linja bażi minn fejn il-medda ta’ l-ilmijiet territorjali hija mkejla li testendi sat-tarf nett taż-żona fejn Stat Membru ikollu u/jew jeżerċita drittijiet ta’ ġurisdizzjoni, skond l-UNCLOS, bl-eċċezzjoni ta’ ilmijiet li jmissu mat-territorji u territorji msemmija fl-Anness II mat-Trattat u mad-Dipartimenti u Kollettivitajiet Esteri Franċiżi; u

(b) ilmijiet kostali kif definiti mid-Direttiva 2000/60/KE, il-qiegħ tal-baħar u s-subsoil tagħhom, sa fejn aspetti partikolari ta’ l-istatus ambjentali ta’ l-ambjent marin ma jkunux diġà indirizzati permezz ta’ dik id-Direttiva jew leġiżlazzjoni Komunitarja oħra;

2. “Reġjun Marin” tfisser reġjun tal-baħar li huwa identifikat taħt l-Artikolu 4. Ir-Reġjuni Marini u s-Sub-Reġjuni tagħhom huma nominati għall-fini tal-faċilitazzjoni ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u huma ddeterminati b’kont meħud tal-karatteristiċi idroloġiċi, oċeanografiċi u bijoġeografiċi;

3. “Strateġija Marina” tfisser l-Istrateġija li għandha tiġi żviluppata u implimentata fir-rigward ta’ kull Reġjun jew Sub-Reġjun Marin konċernat kif stabbilit fl-Artikolu 5;

4. “status ambjentali” tfisser l-istat ġenerali ta’ l-ambjent fl-ilmijiet marini, b’kont meħud ta’ l-istruttura, tal-funzjoni u tal-proċessi ta’ l-ekosistemi marini kostitwenti flimkien mal-fatturi naturali fisjografiċi, ġeografiċi, bijoloġiċi, ġeoloġiċi u klimatiċi, kif ukoll il-kondizzjonijiet fiżiċi, akustiċi u kimiċi inklużi dawk li jirriżultaw minn attivitajiet tal-bniedem ġewwa jew barra ż-żona konċernata;

5. “status ambjentali tajjeb” tfisser l-istatus ambjentali ta’ ilmijiet marini fejn dawn jikkostitwixxu oċeani u ilmijiet ekoloġikament diversi u dinamiċi li jkunu nodfa, b’saħħithom u produttivi fil-kondizzjonijiet intrinsiċi tagħhom, u fejn l-użu ta’ l-ambjent marin huwa f’livell li jkun sostenibbli, u li b’hekk jissalvagwardja l-potenzjal għall-użi u attivitajiet minn ġenerazzjonijiet attwali u futuri, jiġifieri:

(a) l-istruttura, il-funzjonijiet u l-proċessi ta’ l-ekosistemi marini kostitwenti, flimkien mal-fatturi assoċjati fisjografiċi, ġeografiċi, ġeoloġiċi u klimatiċi, jippermettu dawk l-ekosistemi sabiex jiffunzjonaw bis-sħiħ u sabiex iżommu r-reżiljenza tagħhom għall-bidliet ambjentali kkaġunati mill-bniedem. L-ispeċijiet u l-habitats marini ikunu protetti, it-tnaqqis tal-bijodiversità kkaġunat mill-bniedem ikun impedit u komponenti bijoloġiċi differenti jiffunzjonaw f’armonija;

(b) il-proprjetajiet idro-morfoloġiċi, fiżiċi u kimiċi, ta’ l-ekosistemi, inklużi dawk il-proprjetajiet li jirriżultaw minn attivitajiet tal-bniedem fiż-żona konċernata, jappoġġaw l-ekosistemi kif deskritt hawn fuq. L-inputs antropoġeniċi ta’ sustanzi u enerġija, inkluż l-istorbju, fl-ambjent marin ma jikkaġunawx effetti ta’ tniġġis.

L-istatus ambjentali tajjeb għandu jiġi determinat fil-livell tar-Reġjun jew Sub-Reġjun Marin kif imsemmi fl-Artikolu 4, abbażi tad-deskritturi kwalitattivi ġeneriċi fl-Anness I. Għandha tiġi applikata ġestjoni li tadatta abbażi ta’ l-approċċ favur l-ekosistema sabiex jinkiseb status ambjentali tajjeb;

6. “kriterji” tfisser karatteristiċi tekniċi distintivi li huma marbutin mill-qrib ma’ deskritturi kwalitattivi;

7. “mira ambjentali” tfisser dikjarazzjoni kwalitattiva jew kwantitattiva dwar il-kondizzjoni mixtieqa tal-komponenti differenti ta’ l-ilmijiet marini fir-rigward ta’ kull Reġjun jew Sub-Reġjun, u tal-pressjonijiet u l-impatti fuqhom. Il-miri ambjentali huma stabbiliti skond l-Artikolu 10;

8. “tniġġis” tfisser introduzzjoni diretta jew indiretta fl-ambjent marin, kaġun ta’ attività tal-bniedem, ta’ sustanzi jew ta’ enerġija, inkluż storbju taħt il-baħar ikkawżat mill-bniedem, li jirriżulta jew x’aktarx jirriżulta f’effetti detrimentali bħal ħsara lir-riżorsi ħajjin u l-ekosistemi marini, inkluż it-telf tal-bijodiversità, perikli għas-saħħa tal-bniedem, tfixkil ta’ attivitajiet marini, inklużi s-sajd, it-turiżmu u r-rekreazzjoni u użu leġittimu ieħor tal-baħar, ħsara fil-kwalità ta’ l-użu ta’ l-ilma baħar u tnaqqis ta’ amenitajiet jew, b’mod ġenerali, ħsara lill-użu sostennibbli ta’ prodotti jew servizzi marini;

9. “koperazzjoni reġjonali” tfisser koperazzjoni u koordinazzjoni ta’ attivitajiet bejn Stati Membri u, kull meta possibbli, pajjiżi terzi li jikkondividu l-istess Reġjun jew Sub-Reġjun Marin, bil-fini li jiġu żviluppati u implimentati Strateġiji Marini;

10. “Konvenzjoni dwar Baħar Reġjonali” tfisser kwalunkwe mill-konvenzjonijiet internazzjonali jew ftehim internazzjonali flimkien mal-korpi governattivi tagħhom stabbiliti bil-fini li jiġi protett l-ambjent marin tar-Reġjuni Marini imsemmijin fl-Artikolu 4, bħall-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni ta’ l-Ambjent Marin tal-Baħar Baltiku, il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni ta’ l-Ambjent Marin ta’ l-Atlantiku tal-Grigal u l-Konvenzjoni dwar l-Ambjent Marin u r-Reġjun Kostali tal-Baħar tal-Mediterran.

Artikolu 4 Reġjuni u Sub-Reġjuni Marini

Artikolu 4

Reġjuni u Sub-Reġjuni Marini

1.  L-Istati Membri għandhom, fl-implimentazzjoni ta’ l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva, jieħdu kont tal-fatt li l-ilmijiet marini koperti mis-sovranità u l-ġurisdizzjoni tagħhom jifformaw parti integrali mir-Reġjuni Marini li ġejjin:

(a) il-Baħar Baltiku;

(b) l-Oċean Atlantiku tal-Grigal;

(ċ) il-Baħar Mediterran;

(d) il-Baħar l-Iswed.

2.  L-Istati Membri jistgħu, sabiex jieħdu kont ta’ l-ispeċifiċitajiet ta’ żona partikolari, jimplimentaw din id-Direttiva b’referenza għas-subdiviżjonijiet fil-livell adatt ta’ l-ilmijiet marini msemmijin fil-paragrafu 1, sakemm tali subdiviżjonijiet ikunu delimitati b’mod kompatibbli mas-Sub-Reġjuni Marini li ġejjin:

(a) fl-Oċean Atlantiku tal-Grigal:

(i) il-Baħar tat-Tramuntana l-Kbir, inklużi l-Kattegat u l-Kanal Ingliż;

(ii) l-Ilmijiet Ċeltiċi;

(iii) il-Bajja ta’ Biskajja u l-Kosta ta’ l-Iberja;

(iv) fl-Oċean Atlantiku, ir-reġjun bijo-ġeografiku Makaroneżjan, li jikkonsisti mill-ilmijiet ta’ madwar l-Ażores, il-Madeira u l-Gżejjer Kanarji;

(b) fil-Baħar Mediterran:

(i) il-Baħar Mediterran tal-Punent;

(ii) il-Baħar Adrijatiku;

(iii) il-Baħar Jonju u l-Baħar Mediterran Ċentrali;

(iv) il-Baħar Eġew u tal-Lvant.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe subdiviżjoni sad-data speċifikata fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 26(1) iżda jistgħu jirriveduhom hekk kif titlesta l-ewwel valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2), punt (a)(i).

Artikolu 5 Strateġiji Marini

Artikolu 5

Strateġiji Marini

1.  Kull Stat Membru għandu, fir-rigward ta’ kull Reġjun jew Sub-Reġjun Marin konċernat, jiżviluppa Strateġija Marina għall-ilmijiet marini tiegħu skond il-pjan ta’ azzjoni stabbilit fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2.

2.  L-Istati Membri li jikkondividu Reġjun jew Sub-Reġjun Marin għandhom jikkoperaw sabiex jiżguraw li, f’kull Reġjun jew Sub-Reġjun Marin, il-miżuri li jkunu meħtieġa sabiex jinkisbu l-objettivi ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari l-elementi differenti ta’ l-Istrateġiji Marini msemmijin fil-punti (a) u (b), ikunu koerenti u kkoordinati fir-Reġjun jew Sub-Reġjun Marin kollu kkonċernat, konformement mal-pjan ta’ azzjoni li ġej li fir-rigward tiegħu l-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħmlu li jistgħu sabiex isegwu approċċ komuni:

(a) preparazzjoni:

(i) valutazzjoni inizjali, li għandha titlesta sal-15 ta’ Lulju 2012, ta’ l-istatus ambjentali attwali ta’ l-ilmijiet konċernati u ta’ l-impatt ambjentali ta’ l-attivitajiet tal-bniedem fuq dan, skond l-Artikolu 8;

(ii) determinazzjoni, li għandha tiġi stabbilita sal-15 ta’ Lulju 2012, ta’ status ambjentali tajjeb għall-ilmijiet konċernati, skond l-Artikolu 9(1);

(iii) l-istabbiliment, sal-15 ta’ Lulju 2012, ta’ serje ta’ miri ambjentali u ta’ indikaturi assoċjati, skond l-Artikolu 10(1);

(iv) l-istabbiliment u l-implimentazzjoni, sal-15 ta’ Lulju 2014, ħlief fejn ikun diversament speċifikat fil-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti, ta’ programm ta’ monitoraġġ għall-valutazzjoni kontinwa u għall-aġġornamenti regolari tal-miri, skond l-Artikolu 11(1).

(b) programmi ta’ miżuri:

(i) l-iżvilupp, sa mhux aktar tard mill-2015, ta’ programm ta’ miżuri maħsub sabiex jinkiseb jew jinżamm status ambjentali tajjeb, skond l-Artikoli 13(1), (2) u (3);

(ii) il-bidu ta’ l-operazzjoni tal-programm previst fil-punt (i), sa mhux aktar tard mill-2016, skond l-Artikolu 13(10).

3.  L-Istati Membri li għandhom fruntieri fuq l-istess Reġjun jew Sub-Reġjun Marin koperti minn din id-Direttiva huma esortati, fejn l-istatus tal-baħar ikun tant kritiku li jkun jeħtieġ azzjoni urġenti, li jfasslu pjan ta’ azzjoni skond il-paragrafu 1, li jinkludi bidu iżjed bikri għall-operazzjoni ta’ programmi ta’ miżuri kif ukoll miżuri protettivi aktar stretti li jkunu possibbli, sakemm dan ma jipprevenix li jinkiseb jew jinżamm status ambjentali tajjeb f’Reġjun jew Sub-Reġjun Marin ieħor. F’dawn il-każijiet:

(a) l-Istati Membri konċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-iskeda ta’ żmien riveduta tagħhom u jipproċedu skond il-każ;

(b) il-Kummissjoni għandha tiġi mistiedna tikkunsidra li tipprovdi azzjoni ta’ appoġġ lill-Istati Membri għall-isforzi msaħħa tagħhom sabiex itejbu l-ambjent marin billi jagħmlu r-reġjun in kwistjoni proġett ta’ sperimentazzjoni.

Artikolu 6 Koperazzjoni reġjonali

Artikolu 6

Koperazzjoni reġjonali

1.  Sabiex tinkiseb il-koordinazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2), l-Istati Membri għandhom, fejn ikun prattiku u kunsiljabbli, jużaw strutturi reġjonali ta’ koperazzjoni istituzzjonali, inkluż dawk taħt il-Konvenzjonijiet dwar Ibħra Reġjonali, li jkopru dak ir-Reġjun jew Sub-Reġjun Marin.

2.  Għall-fini ta’ l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ l-Istrateġiji Marini, l-Istati Membri għandhom, f’kull Reġjun jew Sub-Reġjun Marin, jagħmlu kull sforz, bl-użu tal-fora internazzjonali rilevanti, inklużi mekkaniżmi u strutturi ta’ Konvenzjonijiet dwar Ibħra Reġjonali, sabiex jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom ma’ pajjiżi terzi li jkollhom sovranità jew ġurisdizzjoni fuq l-ilmijiet fl-istess Reġjun jew Sub-Reġjun Marin.

F’dak il-kuntest, l-Istati Membri għandhom, sa fejn ikun possibbli, jibnu fuq programmi u attivitajiet eżistenti rilevanti żviluppati fil-qafas ta’ strutturi stabbiliti taħt ftehim internazzjonali bħall-Konvenzjonijiet dwar Ibħra Reġjonali.

Il-koordinazzjoni u l-koperazzjoni għandhom jiġu estiżi, fejn kunsiljabbli, għall-Istati Membri kollha fiż-żona ta’ lqugħ ta’ ilma ta’ Reġjun jew Sub-Reġjun Marin, inklużi l-pajjiżi mdawra bl-art, sabiex jippermettu lill-Istati Membri fi ħdan dak ir-Reġjun jew Sub-Reġjun Marin jwettqu l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva, bl-użu ta’ strutturi ta’ koperazzjoni stabbiliti li huma preskritti f’din id-Direttiva jew fid-Direttiva 2000/60/KE.

Artikolu 7 Awtoritajiet kompetenti

Artikolu 7

Awtoritajiet kompetenti

1.  L-Istati Membri għandhom, sal-15 ta’ Lulju 2010, għal kull Reġjun jew Sub-Reġjun Marin konċernat, jaħtru l-awtorità jew awtoritajiet kompetenti għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fir-rigward ta’ l-ilmijiet marini tagħhom.

Sal-15 ta’ Jannar 2011, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni lista ta’ l-awtoritajiet kompetenti maħtura, flimkien ma’ l-elementi ta’ informazzjoni elenkati fl-Anness II.

Fl-istess waqt, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni lista ta’ l-awtoritajiet kompetenti tagħhom fir-rigward ta’ dawk il-korpi internazzjonali li fihom huma jipparteċipaw u li huma rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri fiż-żona ta’ lqugħ ta’ ilma ta’ kull Reġjun jew Sub-Reġjun Marin għandhom ukoll jaħtru l-awtorità jew awtoritajiet kompetenti għall-koperazzjoni u koordinazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6.

2.  L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni pprovduta konformement mal-paragrafu 1 sa sitt xhur minn meta tali bidla tidħol fis-seħħ.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 07.06.2017 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0056
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.