|
+Artikolu 10 Stabbiliment ta’ miri ambjentali ---+Article 10 1. ---+Article 10 2. |
Artikolu 10 Stabbiliment ta’ miri ambjentaliArtikolu 10 Stabbiliment ta’ miri ambjentali 1. Abbażi tal-valutazzjoni inizjali magħmula skond l-Artikolu 8(1), l-Istati Membri għandhom, fir-rigward ta’ kull Reġjun jew Sub-Reġjun Marin, jistabbilixxu sett komprensiv ta’ miri ambjentali u indikaturi assoċjati għall-ilmijiet marini tagħhom sabiex jiggwidaw il-progress lejn il-ksib ta’ status ambjentali tajjeb fl-ambjent marin, b’kont meħud tal-listi indikattivi ta’ pressjonijiet u impatti stabbiliti fit-Tabella 2 ta’ l-Anness III, u ta’ karatteristiċi stabbiliti fl-Anness IV. Fit-tfassil ta’ dawk il-miri u indikaturi, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont ta’ l-applikazzjoni kontinwa ta’ miri ambjentali eżistenti rilevanti, stabbiliti fil-livell nazzjonali, Komunitarju jew internazzjonali fir-rigward ta’ l-istess ilmijiet, waqt li jiżguraw li dawn il-miri jkunu reċiprokament kompatibbli u li l-impatti transkonfinali u l-karatteristiċi transkonfinali jiġu meqjusa wkoll sa fejn hu possibbli. 2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miri ambjentali fi żmien tliet xhur mill-istabbiliment tagħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|