+KAPITOLU II STRATEĠIJI MARINI: PREPARAZZJONI
---+Artikolu 8 Valutazzjoni
------+Article 8 1.
------+Article 8 2.
------+Article 8 3.
---+Artikolu 9 Determinazzjoni ta’ status ambjentali tajjeb
------+Article 9 1.
------+Article 9 2.
------+Article 9 3.
---+Artikolu 10 Stabbiliment ta’ miri ambjentali
------+Article 10 1.
------+Article 10 2.
---+Artikolu 11 Programmi ta’ monitoraġġ
------+Article 11 1.
------+Article 11 2.
------+Article 11 3.
------+Article 11 4.
---+Artikolu 12 Notifiki u evalwazzjoni tal-Kummissjoni

KAPITOLU II STRATEĠIJI MARINI: PREPARAZZJONI

KAPITOLU II STRATEĠIJI MARINI: PREPARAZZJONI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 Valutazzjoni

Artikolu 8

Valutazzjoni

1.  Fir-rigward ta’ kull Reġjun jew Sub-Reġjun Marin, l-Istati Membri għandhom jagħmlu valutazzjoni inizjali ta’ l-ilmijiet marini tagħhom, b’kont meħud ta’ data eżistenti fejn disponibbli u li tkopri li ġej:

(a) analiżi ta’ l-aspetti u tal-karatteristiċi essenzjali u ta’ l-istatus ambjentali attwali ta’ dawk l-ilmijiet, ibbażata fuq il-listi indikattivi ta’ elementi stabbiliti fit-Tabella 1 ta’ l-Anness III, u li tkopri l-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi, it-tipi ta’ habitats, il-karatteristiċi bijoloġiċi u l-idromorfoloġija;

(b) analiżi tal-pressjonijiet u l-impatti predominanti, inklużi dawk li jirriżultaw mill-attività tal-bniedem, dwar l-istatus ambjentali ta’ dawk l-ilmijiet li:

(i) tkun ibbażata fuq il-listi indikattivi ta’ l-elementi stabbiliti fit-Tabella 2 ta’ l-Anness III, u li tkopri t-taħlita kwalitattiva u kwantitattiva tal-pressjonijiet varji, kif ukoll ix-xejriet perċettibbli;

(ii) tkopri l-effetti kumulattivi u sinerġetiċi ewlenin; u

(iii) tieħu kont ta’ l-evalwazzjonijiet rilevanti li ġew imfassla skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti;

(ċ) analiżi ekonomika u soċjali ta’ l-użu ta’ dawk l-ilmijiet marini u ta’ l-ispiża tad-degradazzjoni ta’ l-ambjent marin.

2.  L-analiżi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jieħdu kont ta’ l-elementi li jirrigwardaw ilmijiet kostali, transizzjonali u territorjali koperti mid-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ legislazzjoni Komunitarja eżistenti, b’mod partikolari tad-Direttiva 2000/60/KE. Huma għandhom ukoll jieħdu kont ta’, jew jużaw bħala l-bażi tagħhom, valutazzjonijiet rilevanti oħra bħal dawk imwettqa b’mod konġunt fil-kuntest tal-Konvenzjonijiet dwar Ibħra Reġjonali sabiex jipproduċu valutazzjoni komprensiva ta’ l-istatus ta’ l-ambjent marin.

3.  Fit-tħejjija ta’ l-evalwazzjonijiet skond il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom, permezz tal-koordinazzjoni stabbilita skond l-Artikoli 5 u 6, jagħmlu kull sforz sabiex jiżguraw li:

(a) il-metodoloġiji ta’ l-evalwazzjoni jkunu konsistenti fir-Reġjun jew Sub-Reġjun Marin kollu;

(b) jitqiesu l-impatti transkonfinali u l-karatteristiċi transkonfinali.

Artikolu 9 Determinazzjoni ta’ status ambjentali tajjeb

Artikolu 9

Determinazzjoni ta’ status ambjentali tajjeb

1.  B’referenza għall-valutazzjoni inizjali magħmula skond l-Artikolu 8(1), l-Istati Membri għandhom, fir-rigward ta’ kull Reġjun jew Sub-Reġjun Marin konċernat, jiddeterminaw, għall-ilmijiet marini, sett ta’ karatteristiċi għal status ambjentali tajjeb, abbażi tad-deskritturi kwalitattivi elenkati fl-Anness I.

L-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-listi indikattivi ta’ elementi stabbiliti fit-Tabella 1 ta’ l-Anness III u, b’mod partikolari, tal-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi, tat-tipi ta’ habitats, tal-karatteristiċi bijoloġiċi, u ta’ l-idromorfoloġija.

L-Istati Membri għandhom jieħdu kont ukoll tal-pressjonijiet jew l-impatti ta’ l-attivitajiet umani f’kull Reġjun jew Sub-Reġjun Marin, filwaqt li jqisu l-listi indikattivi stabbiliti fit-Tabella 2 ta’ l-Anness III.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-valutazzjoni magħmula skond l-Artikolu 8(1) u bid-determinazzjoni magħmula skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fi żmien tliet xhur minn din ta’ l-aħħar.

3.  Il-kriterji u l-istandards metodoloġiċi li għandhom jintużaw mill-Istati Membri, li huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu stabbiliti, abbażi ta’ l-Annessi I u III, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 25(3) sal-15 ta’ Lulju 2010 b’tali mod sabiex jiżguraw konsistenza u sabiex jippermettu għal tqabbil bejn ir-Reġjuni jew Sub-Reġjuni Marini fir-rigward ta’ kemm ikun qed jintlaħaq status ambjentali tajjeb. Qabel tipproponi tali kriterji u standards il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet kollha interessati, inklużi l-Konvenzjonijiet dwar Ibħra Reġjonali.

Artikolu 10 Stabbiliment ta’ miri ambjentali

Artikolu 10

Stabbiliment ta’ miri ambjentali

1.  Abbażi tal-valutazzjoni inizjali magħmula skond l-Artikolu 8(1), l-Istati Membri għandhom, fir-rigward ta’ kull Reġjun jew Sub-Reġjun Marin, jistabbilixxu sett komprensiv ta’ miri ambjentali u indikaturi assoċjati għall-ilmijiet marini tagħhom sabiex jiggwidaw il-progress lejn il-ksib ta’ status ambjentali tajjeb fl-ambjent marin, b’kont meħud tal-listi indikattivi ta’ pressjonijiet u impatti stabbiliti fit-Tabella 2 ta’ l-Anness III, u ta’ karatteristiċi stabbiliti fl-Anness IV.

Fit-tfassil ta’ dawk il-miri u indikaturi, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont ta’ l-applikazzjoni kontinwa ta’ miri ambjentali eżistenti rilevanti, stabbiliti fil-livell nazzjonali, Komunitarju jew internazzjonali fir-rigward ta’ l-istess ilmijiet, waqt li jiżguraw li dawn il-miri jkunu reċiprokament kompatibbli u li l-impatti transkonfinali u l-karatteristiċi transkonfinali jiġu meqjusa wkoll sa fejn hu possibbli.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miri ambjentali fi żmien tliet xhur mill-istabbiliment tagħhom.

Artikolu 11 Programmi ta’ monitoraġġ

Artikolu 11

Programmi ta’ monitoraġġ

1.  Abbażi tal-valutazzjoni inizjali magħmula skond l-Artikolu 8(1), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw programmi koordinati ta’ monitoraġġ għall-valutazzjoni kontinwa ta’ l-istatus ambjentali ta’ l-ilmijiet marini tagħhom abbażi tal-lista indikattiva ta’ elementi stabbiliti fl-Anness III u tal-lista stabbilita fl-Anness V, u b’referenza għall-miri ambjentali stabbiliti skond l-Artikolu 10.

Il-programmi ta’ monitoraġġ għandhom ikunu kompatibbli fir-Reġjuni jew Sotto-Reġjuni Marini u għandhom jibnu fuq, u jkunu kompatibbli ma’, dispożizzjonijiet rilevanti għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ stipulati bil-leġislazzjoni Komunitarja, inklużi d-Direttivi dwar il-Habitats u l-Għasafar, jew taħt ftehim internazzjonali.

2.  Stati Membri li jikkondividu Reġjun jew Sub-Reġjun Marin għandhom ifasslu programmi ta’ monitoraġġ skond il-paragrafu 1 u għandhom, fl-interess tal-koerenza u tal-koordinazzjoni, jagħmlu li jistgħu sabiex jiżguraw li:

(a) il-metodi tal-monitoraġġ ikunu konsistenti fir-Reġjun jew Sub-Reġjun kollu b’tali mod li tiġi faċilitata l-komparabbiltà tar-riżultati tal-monitoraġġ;

(b) jitqiesu l-impatti transkonfinali u l-karatteristiċi transkonfinali rilevanti.

3.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-programmi ta’ monitoraġġ fi żmien tliet xhur mill-istabbiliment tagħhom.

4.  Għandhom jiġu adottati speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u għall-valutazzjoni li jieħdu kont ta’ l-impenji eżistenti u li jiżguraw komparabbiltà bejn riżultati ta’ monitoraġġ u ta’ valutazzjoni u li jkunu mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmi fl-Artikolu 25(3).

Artikolu 12 Notifiki u evalwazzjoni tal-Kummissjoni

Artikolu 12

Notifiki u evalwazzjoni tal-Kummissjoni

Abbażi tan-notifiki magħmulin skond l-Artikoli 9(2), 10(2) u 11(3) fir-rigward ta’ kull Reġjun jew Sub-Reġjun Marin, il-Kummissjoni għandha tevalwa, fil-każ ta’ kull Stat Membru, jekk l-elementi notifikati jikkostitwixxux qafas adegwat li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u tista’ titlob lill-Istat Membru kkonċernat sabiex jipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tkun disponibbli u meħtieġa.

Fit-tfassil ta’ dawk il-valutazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-koerenza ta’ l-oqfsa fir-Reġjuni jew Sub-Reġjuni Marini differenti u mal-Komunità kollha.

Fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi dawk in-notifiki kollha, il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri kkonċernati dwar jekk, fl-opinjoni tagħha, l-elementi notifikati humiex konsistenti ma’ din id-Direttiva u tipprovdi gwida dwar kwalunkwe modifiki li tqis li huma meħtieġa.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 07.06.2017 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0056
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.