|
+Artikolu 11 Programmi ta’ monitoraġġ ---+Article 11 1. ---+Article 11 2. ---+Article 11 3. ---+Article 11 4. |
Artikolu 11 Programmi ta’ monitoraġġArtikolu 11 Programmi ta’ monitoraġġ 1. Abbażi tal-valutazzjoni inizjali magħmula skond l-Artikolu 8(1), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw programmi koordinati ta’ monitoraġġ għall-valutazzjoni kontinwa ta’ l-istatus ambjentali ta’ l-ilmijiet marini tagħhom abbażi tal-lista indikattiva ta’ elementi stabbiliti fl-Anness III u tal-lista stabbilita fl-Anness V, u b’referenza għall-miri ambjentali stabbiliti skond l-Artikolu 10. Il-programmi ta’ monitoraġġ għandhom ikunu kompatibbli fir-Reġjuni jew Sotto-Reġjuni Marini u għandhom jibnu fuq, u jkunu kompatibbli ma’, dispożizzjonijiet rilevanti għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ stipulati bil-leġislazzjoni Komunitarja, inklużi d-Direttivi dwar il-Habitats u l-Għasafar, jew taħt ftehim internazzjonali. 2. Stati Membri li jikkondividu Reġjun jew Sub-Reġjun Marin għandhom ifasslu programmi ta’ monitoraġġ skond il-paragrafu 1 u għandhom, fl-interess tal-koerenza u tal-koordinazzjoni, jagħmlu li jistgħu sabiex jiżguraw li: (a) il-metodi tal-monitoraġġ ikunu konsistenti fir-Reġjun jew Sub-Reġjun kollu b’tali mod li tiġi faċilitata l-komparabbiltà tar-riżultati tal-monitoraġġ; (b) jitqiesu l-impatti transkonfinali u l-karatteristiċi transkonfinali rilevanti. 3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-programmi ta’ monitoraġġ fi żmien tliet xhur mill-istabbiliment tagħhom. 4. Għandhom jiġu adottati speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u għall-valutazzjoni li jieħdu kont ta’ l-impenji eżistenti u li jiżguraw komparabbiltà bejn riżultati ta’ monitoraġġ u ta’ valutazzjoni u li jkunu mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmi fl-Artikolu 25(3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|