|
+Artikolu 20 Rapporti tal-Kummissjoni ---+Article 20 1. ---+Article 20 2. ---+Article 20 3. |
Artikolu 20 Rapporti tal-KummissjoniArtikolu 20 Rapporti tal-Kummissjoni 1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ewwel rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva sa sentejn minn meta tirċievi l-programmi kollha ta’ miżuri u, fi kwalunkwe każ, sa mhux aktar tard mill-2019. Il-Kummissjoni għandha tippubblika aktar rapporti kull sitt snin minn dakinhar ‘il quddiem. Hija għandha tippreżenta r-rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 2. Sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport li jevalwa l-kontribuzzjoni ta’ din id-Direttiva għall-implimentazzjoni ta’ l-obbligi, impenji u inizjattivi eżistenti ta’ l-Istati Membri jew tal-Komunità fil-livell Komunitarju jew fil-livell internazzjonali fil-qasam tal-protezzjoni ambjentali ta’ l-ilmijiet marini. Dak ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 3. Ir-rapporti previsti fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dan li ġej: (a) reviżjoni tal-progress fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva; (b) reviżjoni ta’ l-istatus ta’ l-ambjent marin fil-Komunità, magħmul f’koordinazzzjoni ma’ l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-organizzazzjonijiet u konvenzjonijiet reġjonali marini u tas-sajd rilevanti; (ċ) stħarriġ ta’ l-Istrateġiji Marini, flimkien ma’ suġġerimenti għat-titjib tagħhom; (d) sommarju ta’ l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri skond l-Artikoli 12 u 16 u tal-valutazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 16, fir-rigward ta’ l-informazzjoni riċevuta minn Stati Membri skond l-Artikolu 15; (e) sommarju tar-rispons għal kull wieħed mir-rapporti ppreżentati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri skond l-Artikolu 18; (f) sommarju tar-risposti għall-kummenti magħmulin mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar Strateġiji Marini preċedenti; (ġ) sommarju tal-kontribut minn linji politiċi Komunitarji rilevanti oħra għall-kisba ta’ l-objetttivi ta’ din id-Direttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|