+KAPITOLU IV AĠĠORNAMENT, RAPPORTI U INFORMAZZJONI PUBBLIKA
---+Artikolu 17 Aġġornament
------+Article 17 1.
------+Article 17 2.
------+Article 17 3.
------+Article 17 4.
---+Artikolu 18 Rapporti interim
---+Artikolu 19 Konsultazzjoni pubblika u informazzjoni
------+Article 19 1.
------+Article 19 2.
------+Article 19 3.
---+Artikolu 20 Rapporti tal-Kummissjoni
------+Article 20 1.
------+Article 20 2.
------+Article 20 3.
---+Artikolu 21 Rapport ta’ progress dwar iż-żoni protetti
---+Artikolu 22 Finanzjament Komunitarju
------+Article 22 1.
------+Article 22 2.
---+Artikolu 23 Reviżjoni ta’ din id-Direttiva

KAPITOLU IV AĠĠORNAMENT, RAPPORTI U INFORMAZZJONI PUBBLIKA

KAPITOLU IV AĠĠORNAMENT, RAPPORTI U INFORMAZZJONI PUBBLIKA

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 Aġġornament

Artikolu 17

Aġġornament

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fir-rigward ta’ kull Reġjun jew Sub-Reġjun Marin konċernat, l-Istrateġiji Marini jinżammu aġġornati.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jirrivedu, b’mod koordinat kif imsemmi fl-Artikolu 5, l-elementi li ġejjin, ta’ l-Istrateġiji Marini tagħhom kull sitt snin wara l-istabbiliment inizjali tagħhom:

(a) il-valutazzjoni inizjali u d-determinazzjoni ta’ status ambjentali tajjeb, kif previsti fl-Artikoli 8(1) u 9(1), rispettivament;

(b) il-miri ambjentali stabbiliti skond l-Artikolu 10(1);

(ċ) il-programmi ta’ monitoraġġ stabbiliti skond l-Artikolu 11(1);

(d) il-programmi ta’ miżuri stabbiliti skond l-Artikolu 13(2).

3.  Id-dettalji ta’ kwalunkwe aġġornament li jsir konsegwentement għar-reviżjonijiet previsti fil-paragrafu 2 għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, lill-Konvenzjonijiet dwar Ibħra Reġjonali u lil kull Stat Membru ieħor konċernat sa tliet xhur mill-pubblikazzjoni tagħhom skond l-Artikolu 19(2).

4.  L-Artikoli 12 u 16 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dan l-Artikolu.

Artikolu 18 Rapporti interim

Artikolu 18

Rapporti interim

L-Istati Membri għandhom, sa tliet snin mill-pubblikazzjoni ta’ kull programm ta’ miżuri jew aġġornament tiegħu skond l-Artikolu 19(2), jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport interim qasir li jiddeskrivi l-progress fl-implimentazzjoni ta’ dak il-programm.

Artikolu 19 Konsultazzjoni pubblika u informazzjoni

Artikolu 19

Konsultazzjoni pubblika u informazzjoni

1.  Skond il-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti eżistenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet interessati kollha jiġu mogħtija opportunitajiet bikrija u effettivi sabiex jipparteċipaw fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, filwaqt li jiġu involuti, fejn ikun possibbli, korpi jew strutturi eżistenti ta’ mmaniġġar, inklużi Konvenzjonijiet dwar Ibħra Reġjonali, Korpi Konsultattivi Xjentifiċi u Kunsilli Konsultattivi Reġjonali.

2.  L-Istati Membri għandhom jippubblikaw, u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, għall-finijiet ta’ kummenti, sommarji ta’ l-elementi li ġejjin ta’ l-Istrateġiji Marini tagħhom, jew l-aġġornamenti relatati, kif ġej:

(a) il-valutazzjoni inizjali u d-determinazzjoni ta’ status ambjentali tajjeb, kif previsti fl-Artikoli 8(1) u 9(1), rispettivament;

(b) il-miri ambjentali stabbiliti skond l-Artikolu 10(1);

(ċ) il-programmi ta’ monitoraġġ stabbiliti skond l-Artikolu 11(1);

(d) il-programmi ta’ miżuri stabbiliti skond l-Artikolu 13(2).

3.  Għal dak li jirrigwarda l-aċċess għal informazzjoni ambjentali, għandha tapplika d-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali ( 3 ).

Konformement mad-Direttiva 2007/2/KE, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, għall-prestazzjoni tal-kompiti tagħha fir-rigward ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari r-reviżjoni ta’ l-istatus ta’ l-ambjent marin fil-Komunità skond l-Artikolu 20 (3)(b), b’aċċess u drittijiet ta’ l-użu fir-rigward ta’ data u informazzjoni li jirriżultaw mill-evalwazzjonijiet inizjali magħmula skond l-Artikolu 8 u mill-programmi ta’ monitoraġġ stabbiliti skond l-Artikolu 11.

Mhux aktar tard minn sitt xhur minn meta jsiru disponibbli d-data u l-informazzjoni li jirriżultaw mill-evalwazzjoni inizjali magħmula skond l-Artikolu 8 u mill-programmi ta’ monitoraġġ stabbiliti skond l-Artikolu 11, tali informazzjoni u data għandhom isiru disponibbli wkoll għall-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għat-twettiq tal-kompiti tagħha.

Artikolu 20 Rapporti tal-Kummissjoni

Artikolu 20

Rapporti tal-Kummissjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ewwel rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva sa sentejn minn meta tirċievi l-programmi kollha ta’ miżuri u, fi kwalunkwe każ, sa mhux aktar tard mill-2019.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika aktar rapporti kull sitt snin minn dakinhar ‘il quddiem. Hija għandha tippreżenta r-rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2.  Sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport li jevalwa l-kontribuzzjoni ta’ din id-Direttiva għall-implimentazzjoni ta’ l-obbligi, impenji u inizjattivi eżistenti ta’ l-Istati Membri jew tal-Komunità fil-livell Komunitarju jew fil-livell internazzjonali fil-qasam tal-protezzjoni ambjentali ta’ l-ilmijiet marini.

Dak ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.  Ir-rapporti previsti fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dan li ġej:

(a) reviżjoni tal-progress fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva;

(b) reviżjoni ta’ l-istatus ta’ l-ambjent marin fil-Komunità, magħmul f’koordinazzzjoni ma’ l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-organizzazzjonijiet u konvenzjonijiet reġjonali marini u tas-sajd rilevanti;

(ċ) stħarriġ ta’ l-Istrateġiji Marini, flimkien ma’ suġġerimenti għat-titjib tagħhom;

(d) sommarju ta’ l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri skond l-Artikoli 12 u 16 u tal-valutazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 16, fir-rigward ta’ l-informazzjoni riċevuta minn Stati Membri skond l-Artikolu 15;

(e) sommarju tar-rispons għal kull wieħed mir-rapporti ppreżentati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri skond l-Artikolu 18;

(f) sommarju tar-risposti għall-kummenti magħmulin mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar Strateġiji Marini preċedenti;

(ġ) sommarju tal-kontribut minn linji politiċi Komunitarji rilevanti oħra għall-kisba ta’ l-objetttivi ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 21 Rapport ta’ progress dwar iż-żoni protetti

Artikolu 21

Rapport ta’ progress dwar iż-żoni protetti

Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri sa l-2013, il-Kummissjoni għandha tirrapporta sa l-2014 dwar il-progress fit-twaqqif ta’ żoni marini protetti, filwaqt li tikkunsidra l-obbligi eżistenti taħt il-liġi Komunitarja applikabbli u l-impenji internazzjonali tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri.

Ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 22 Finanzjament Komunitarju

Artikolu 22

Finanzjament Komunitarju

1.  Minħabba l-prijorità marbuta b’mod inerenti mal-ħolqien ta’ strateġiji marini, l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tkun appoġġata minn strumenti finanzjarji eżistenti tal-Komunità konformement mar-regoli u l-kondizzjonijiet applikabbli.

2.  Il-programmi mfassla mill-Istati Membri għandhom jiġu kofinanzjati mill-UE konformement ma’ l-istrumenti finanzjarji eżistenti.

Artikolu 23 Reviżjoni ta’ din id-Direttiva

Artikolu 23

Reviżjoni ta’ din id-Direttiva

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi din id-Direttiva sal-15 ta’ Lulju 2023, u għandha, fejn ikun kunsiljabbli, tipproponi kwalunkwe emenda meħtieġa.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 07.06.2017 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0056
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.