|
+ANNESS IV |
ANNESS IVANNESS IV Listi indikattivi ta’ karatteristiċi li tagħhom irid jittieħed kont għad-determinazzjoni ta’ miri ambjentali (imsemmija fl-Artikoli 10(1) u 24) (1) Kopertura adegwata ta’ l-elementi li jikkaratterizzaw l-ilmijiet marini taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ l-Istati Membri f’Reġjun jew Sub-Reġjun Marin. (2) Il-ħtieġa li jiġu stabbiliti (a) miri li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet mixtieqa bbażati fuq id-definizzjoni ta’ status ambjentali tajjeb; (b) miri miżurabbli u indikaturi assoċjati li jippermettu l-monitoraġġ u l-valutazzjoni; u (ċ) miri operattivi relatati ma’ miżuri konkreti ta’ implimentazzjoni sabiex jappoġġaw il-kisba tagħhom. (3) Speċifikazzjoni ta’ l-istatus ambjentali li għandu jintlaħaq jew jinżamm u formulazzjoni ta’ dak l-istatus f’termini ta’ kwalitajiet miżurabbli ta’ l-elementi li jikkaratterizzaw l-ilmijiet marini ta’ Stat Membru f’Reġjun jew Sub-Reġjun Marin. (4) Konsistenza tas-sett ta’ miri; assenza ta’ konflitti bejniethom. (5) Speċifikazzjoni tar-riżorsi meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri. (6) Formulazzjoni tal-miri, li jinkludu miri interim possibbli, b’perijodu definit ta’ żmien sabiex jintlaħqu. (7) Speċifikazzjoni ta’ indikaturi maħsuba sabiex jissorveljaw il-progress u sabiex jiggwidaw deċiżjonijiet maniġerjali sabiex jintlaħqu l-miri. (8) Fejn ikun kunsiljabbli, speċifikazzjoni ta’ punti ta’ riferiment (punti ta’ riferiment għall-miri u l-limiti). (9) Konsiderazzjoni dovuta ta’ interessi soċjali u ekonomiċi fl-istabbiliment tal-miri. (10) Eżami tas-sett ta’ miri ambjentali, indikaturi assoċjati u punti ta’ riferiment tal-limiti u l-miri żviluppati fid-dawl ta’ l-objettiv ambjentali stipulat fl-Artikolu 1, sabiex jiġi valutat jekk il-kisba tal-miri twassalx l-ilmijiet marini li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ l-Istati Membri f’Reġjun Marin għal status li jikkorrispondi magħhom. (11) Kompatibbiltà tal-miri ma’ l-objettivi li l-Komunità u l-Istati Membri tagħha kkommettew ruħhom għalihom taħt ftehim internazzjonali u reġjonali rilevanti, bl-użu ta’ dawk li huma l-aktar rilevanti għar-Reġjun jew Sub-Reġjun Marin konċernat bl-għan li jinkisbu l-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 1. (12) Meta jiġi stabbilit is-sett ta’ miri u indikaturi, dawn għandhom jiġu eżaminati flimkien relattivament ma’ l-objettiv ambjentali stipulat fl-Artikolu 1 sabiex jiġi valutat jekk il-kisba tal-miri twassalx l-ambjent marin għal status li jikkorrispondi magħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|