+Artikolu 5 Prodotti sekondarji
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.

Artikolu 5 Prodotti sekondarji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li sustanza jew oġġett li jirriżultaw minn proċess ta’ produzzjoni, li l-għan ewlieni tiegħu mhuwiex il-produzzjoni ta’ dik is-sustanza jew dak il-prodott, ma jitqisux bħala skart, iżda prodott sekondarju jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

▼B

(a) 

l-użu ulterjuri tas-sustanza jew l-oġġett ikun ċert;

(b) 

is-sustanza jew l-oġġett jistgħu jiġu wżati direttament mingħajr kwalunkwe proċessar ulterjuri ħlief prattika industrijali normali;

(ċ) 

is-sustanza jew l-oġġett huma prodotti bħala parti integrali ta’ proċess ta’ produzzjoni; u

(d) 

l-użu ulterjuri jkun skond il-liġi, i.e. is-sustanza jew l-oġġett jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti kollha tal-prodott, dawk ambjentali u ta’ protezzjoni tas-saħħa għall-użu speċifiku, u mhuwiex ser jirriżulta f’impatti ġenerali li jikkawżaw ħsara lill-ambjent jew is-saħħa tal-bniedem.

Artikolu 5 2.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi kriterji ddettaljati dwar l-applikazzjoni uniformi tal-kundizzjonijiet stipulati fl-paragrafu 1 għal sustanzi jew oġġetti speċifiċi.

Dawk lil-kriterji ddettaljati għandhom jistabbilixxu livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem u biex jiġi ffaċilitat l-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2). Meta tadotta atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu bħala punt tat-tluq l-iktar kriterji stretti u ta’ protezzjoni ambjentali minn kwalunkwe sett ta’ kriterji adottat mill-Istati Membri skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u għandhom jagħtu prijorità lill-prattiki replikabbli ta’ simbjożi industrijali fl-iżvilupp tal-kriterji ddettaljati.

Artikolu 5 3.
Meta l-kriterji ma jkunux ġew stabbiliti fil-livell tal-Unjoni skont il- paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kriterji dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għal sustanzi jew oġġetti speċifiċi.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk il-kriterji ddettaljati skont id-Direttiva (UE) 2015/1535/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ), fejn dan ikun meħtieġ minn dik id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0098
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.