|
+Artikolu 8a 3. |
Artikolu 8a 3.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kull produttur ta’ prodotti jew organizzazzjoni li jimplimentaw l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produtturi ta’ prodotti:
(a)
ikollhom kopertura ddefinita biċ-ċar mil-lat ġeografiku, tal-prodott u tal-materjal mingħajr jillimitaw dawk l-oqsma għal dawk fejn il-ġbir u l-immaniġġjar tal-iskart huma l-iktar profittabbli;
(b)
tipprovdi disponibbiltà adegwata ta’ sistemi tal-ġbir tal-iskart fiż-żoni msemmija fil-punt a;
(c)
ikollhom l-mezzi finanzjarji jew mezzi finanzjarji u organizzattivi meħtieġa biex jaqdu l-obbligi tagħhom ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur;
(d)
jimplimentaw mekkaniżmu xieraq ta’ awtokontroll, appoġġjat, fejn relevanti, minn awditjar indipendenti regolari li jivvaluta:
(i)
l-immaniġġjar finanzjarju tagħhom, inkluża l-konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 4;
(ii)
il-kwalità tad-data miġbura u rrappurtata skont il-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006;
(e)
jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni dwar il-ksib tal-miri tal-ġestjoni tal-iskart imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u, fil-każ ta’ twettiq kollettiv tal-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, ukoll informazzjoni dwar:
(i)
is-sjieda u l-membri tiegħu;
(ii)
il-kontributi finanzjarji mħallsa mill-produtturi ta’ prodotti għal kull unità mibjugħa jew għal kull tunnellata ta’ prodott introdott fis-suq; u
(iii)
il-proċedura ta’ selezzjoni għall-operaturi tal-immaniġġjar tal-iskart. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|