|
+Artikolu 9a 1. |
Artikolu 9a 1.L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu l-ġenerazzjoni tal-iskart tal-ikel tul il-katina tal-provvista kollha tal-ikel, fil-produzzjoni primarja, fl-ipproċessar u fil-manifattura, fil-bejgħ bl-imnut u distribuzzjoni oħra tal-ikel, fir-ristoranti u fis-servizzi tal-ikel kif ukoll fl-unitajiet domestiċi. Dawk il-miżuri għandhom jinkludu mill-inqas dan li ġej:
(a)
l-iżvilupp u l-appoġġ ta’ interventi għall-bidla fl-imġiba biex jitnaqqas l-iskart tal-ikel, u kampanji ta’ informazzjoni għas-sensibilizzazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-iskart tal-ikel;
(b)
l-identifikazzjoni u l-indirizzar tal-ineffiċjenzi fil-funzjonament tal-katina tal-provvista tal-ikel u l-appoġġ għall-kooperazzjoni fost l-atturi kollha, filwaqt li tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-miżuri ta’ prevenzjoni, li jistgħu jinkludu l-indirizzar tal-prattiki tas-suq li jikkawżaw il-ħela tal-ikel u l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni u l-użu ta’ prodotti li għalihom ingħatat deroga mill-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ) skont il-paragrafu 4 ta’ dak l-Artikolu, biss skont il-kundizzjonijiet, jekk ikun hemm, li soġġetti għalihom ingħatat deroga bħal din;
(c)
l-inkoraġġiment tad-donazzjoni tal-ikel u ridistribuzzjoni oħra għall-konsum mill-bniedem, filwaqt li jiġi prijoritizzat l-użu mill-bniedem fuq l-għalf tal-annimali u l-ipproċessar mill-ġdid fi prodotti mhux alimentari;
(d)
l-appoġġ għat-taħriġ u l-iżvilupp tal-ħiliet kif ukoll l-iffaċilitar tal-aċċess għal opportunitajiet ta’ finanzjament, b’mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u għall-entitajiet tal-ekonomija soċjali;
(e)
l-inkoraġġiment u l-promozzjoni tal-innovazzjoni u s-soluzzjonijiet teknoloġiċi li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2025/40 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-atturi rilevanti kollha fil-katina tal-provvista tal-ikel jkunu involuti b’mod proporzjonali mal-kapaċità u r-rwol tagħhom fil-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart tal-ikel tul dik il-katina tal-provvista, b’enfasi speċifika fuq il-prevenzjoni tal-impatt sproporzjonat fuq l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. L-Istati Membri, wara li jikkonsultaw ma’ banek tal-ikel u organizzazzjonijiet oħra ta’ ridistribuzzjoni tal-ikel, għandhom jieħdu miżuri, fejn xieraq, abbażi ta’ kwalunkwe sistema nazzjonali eżistenti ta’ donazzjoni tal-ikel, biex jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi identifikati mill-Istati Membri bħala li għandhom rwol sinifikanti fil-prevenzjoni u l-ġenerazzjoni tal-iskart tal-ikel, jipproponu ftehimiet ta’ donazzjoni lill-banek tal-ikel u lil organizzazzjonijiet oħra tar-ridistribuzzjoni tal-ikel sabiex tiġi ffaċilitata d-donazzjoni ta’ ikel mhux mibjugħ li jkun sikur għall-konsum mill-bniedem, u bi spiża raġonevoli għall-operaturi ekonomiċi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|