+Artikolu 9a Prevenzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart tal-ikel
---+Artikolu 9a 1.
---+Artikolu 9a 2.
---+Artikolu 9a 3.
---+Artikolu 9a 4.
---+Artikolu 9a 5.
---+Artikolu 9a 6.
---+Artikolu 9a 7.
---+Artikolu 9a 8.
---+Artikolu 9a 9.
|
Artikolu 9a Prevenzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart tal-ikel
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9a 1.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu l-ġenerazzjoni tal-iskart tal-ikel tul il-katina tal-provvista kollha tal-ikel, fil-produzzjoni primarja, fl-ipproċessar u fil-manifattura, fil-bejgħ bl-imnut u distribuzzjoni oħra tal-ikel, fir-ristoranti u fis-servizzi tal-ikel kif ukoll fl-unitajiet domestiċi. Dawk il-miżuri għandhom jinkludu mill-inqas dan li ġej:
(a)
l-iżvilupp u l-appoġġ ta’ interventi għall-bidla fl-imġiba biex jitnaqqas l-iskart tal-ikel, u kampanji ta’ informazzjoni għas-sensibilizzazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-iskart tal-ikel;
(b)
l-identifikazzjoni u l-indirizzar tal-ineffiċjenzi fil-funzjonament tal-katina tal-provvista tal-ikel u l-appoġġ għall-kooperazzjoni fost l-atturi kollha, filwaqt li tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-miżuri ta’ prevenzjoni, li jistgħu jinkludu l-indirizzar tal-prattiki tas-suq li jikkawżaw il-ħela tal-ikel u l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni u l-użu ta’ prodotti li għalihom ingħatat deroga mill-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
13
) skont il-paragrafu 4 ta’ dak l-Artikolu, biss skont il-kundizzjonijiet, jekk ikun hemm, li soġġetti għalihom ingħatat deroga bħal din;
(c)
l-inkoraġġiment tad-donazzjoni tal-ikel u ridistribuzzjoni oħra għall-konsum mill-bniedem, filwaqt li jiġi prijoritizzat l-użu mill-bniedem fuq l-għalf tal-annimali u l-ipproċessar mill-ġdid fi prodotti mhux alimentari;
(d)
l-appoġġ għat-taħriġ u l-iżvilupp tal-ħiliet kif ukoll l-iffaċilitar tal-aċċess għal opportunitajiet ta’ finanzjament, b’mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u għall-entitajiet tal-ekonomija soċjali;
(e)
l-inkoraġġiment u l-promozzjoni tal-innovazzjoni u s-soluzzjonijiet teknoloġiċi li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2025/40 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
14
), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-atturi rilevanti kollha fil-katina tal-provvista tal-ikel jkunu involuti b’mod proporzjonali mal-kapaċità u r-rwol tagħhom fil-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart tal-ikel tul dik il-katina tal-provvista, b’enfasi speċifika fuq il-prevenzjoni tal-impatt sproporzjonat fuq l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. L-Istati Membri, wara li jikkonsultaw ma’ banek tal-ikel u organizzazzjonijiet oħra ta’ ridistribuzzjoni tal-ikel, għandhom jieħdu miżuri, fejn xieraq, abbażi ta’ kwalunkwe sistema nazzjonali eżistenti ta’ donazzjoni tal-ikel, biex jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi identifikati mill-Istati Membri bħala li għandhom rwol sinifikanti fil-prevenzjoni u l-ġenerazzjoni tal-iskart tal-ikel, jipproponu ftehimiet ta’ donazzjoni lill-banek tal-ikel u lil organizzazzjonijiet oħra tar-ridistribuzzjoni tal-ikel sabiex tiġi ffaċilitata d-donazzjoni ta’ ikel mhux mibjugħ li jkun sikur għall-konsum mill-bniedem, u bi spiża raġonevoli għall-operaturi ekonomiċi.
|
|
Artikolu 9a 2.
|
L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-miżuri tagħhom għall-prevenzjoni tal-iskart tal-ikel, inkluża l-konformità mal-miri għat-tnaqqis tal-iskart tal-ikel imsemmija fil-paragrafu 4, billi jkejlu l-livelli tal-iskart tal-ikel abbażi tal-metodoloġija stabbilita f’konformità mal-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 9a 3.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 38a biex tissupplimenta din id-Direttiva fir-rigward tal-istabbiliment ta’ metodoloġija komuni u ta’ rekwiżiti minimi ta’ kwalità għall-kejl uniformi tal-livelli tal-iskart tal-ikel.
|
|
Artikolu 9a 4.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa u xierqa biex jilħqu, sal-31 ta’ Diċembru 2030, il-miri li ġejjin għat-tnaqqis tal-iskart tal-ikel fil-livell nazzjonali:
(a)
titnaqqas il-ġenerazzjoni tal-iskart tal-ikel fl-ipproċessar u fil-manifattura b’10 % meta mqabbla mal-ammont ta’ skart tal-ikel iġġenerat bħala medja annwali bejn l-2021 u l-2023;
(b)
titnaqqas il-ġenerazzjoni tal-iskart tal-ikel per capita, b’mod konġunt fil-bejgħ bl-imnut u distribuzzjoni oħra tal-ikel, fir-ristoranti u fis-servizzi tal-ikel u fl-unitajiet domestiċi, bi 30 % meta mqabbla mal-ammont ta’ skart tal-ikel iġġenerat bħala medja annwali bejn l-2021 u l-2023.
|
|
Artikolu 9a 5.
|
Meta, fir-rigward tal-miri għat-tnaqqis tal-iskart tal-ikel, Stat Membru jkun jista’ jipprovdi data għal sena qabel l-2021 li tkun inġabret bl-użu tal-metodi stabbiliti fid-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/1597 (
15
) jew, għas-snin qabel l-2020, bl-użu ta’ metodi komparabbli mal-metodoloġija u mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità għall-kejl uniformi tal-livelli tal-iskart tal-ikel kif stabbilit f’dik id-Deċiżjoni Delegata, l-Istat Membru jista’ juża sena ta’ referenza aktar bikrija bħala l-perjodu ta’ referenza. Sas-17 ta’ April 2027 l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-intenzjoni tiegħu li juża sena ta’ referenza aktar bikrija u, għal sena wara l-2020, għandu jipprovdi lill-Kummissjoni d-data u l-metodi ta’ kejl użati biex jiġborhom u jagħmel dik id-data u dawk il- metodi ta’ kejl disponibbli għall-pubbliku.
|
|
Artikolu 9a 6.
|
Sabiex tappoġġa lill-Istati Membri jiksbu l-mira għat-tnaqqis tal-iskart tal-ikel previst fil-paragrafu 4, il-punt (b), sas-17 ta’ Ottubru 2027, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu fattur ta’ korrezzjoni biex tqis iż-żieda jew it-tnaqqis fit-turiżmu fir-rigward tal-perjodu ta’ referenza għall-istabbiliment tal-mira tat-tnaqqis tal-iskart tal-ikel. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2).
|
|
Artikolu 9a 7.
|
Meta l-Kummissjoni tqis li d-data relatata ma’ sena qabel l-2020 ma tikkonformax mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 5, hija għandha, fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi notifika magħmula f’konformità ma’ dak il-paragrafu, tadotta deċiżjoni li titlob lill-Istat Membru juża medja annwali bejn l-2021 u l-2023, l-2020, jew sena qabel l-2020 għajr dik proposta minn dak l-Istat Membru bħala l-perjodu ta’ referenza.
|
|
Artikolu 9a 8.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-miri li għandhom jintlaħqu sal-2030, stabbiliti fil-paragrafu 4, bil-ħsieb li, jekk xieraq, timmodifika dawk il-miri u/jew testendi l-miri għal stadji oħra tal-katina tal-provvista tal-ikel, u tikkunsidra li tistabbilixxi miri ġodda lil hinn mill-2030. L-eżami msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jinkludi:
(a)
valutazzjoni tal-firxa u l-kawżi tal-iskart u t-telf tal-ikel fil-produzzjoni primarja u identifikazzjoni u valutazzjoni tal-fattibbiltà ta’ elementi adatti biex jitnaqqsu tali skart u telf;
(b)
valutazzjoni tal-possibbiltà li jiġu introdotti miri legalment vinkolanti fir-rigward tal-paragrafu 4, il-punti (a) u (b), li għandhom jintlaħqu sal-2035; u
(c)
valutazzjoni tal-impatt tal-bidliet fil-livelli tal-produzzjoni fuq il-kisba tal-mira għat-tnaqqis tal-iskart tal-ikel fir-rigward tal-paragrafu 4, il-punt (a).
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposta leġiżlattiva.
|
|
Artikolu 9a 9.
|
L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom biex jipprevjenu l-iskart tal-ikel u jaqsmu l-aħjar prattiki, inkluż permezz tal-Pjattaforma tal-UE dwar it-Telf u l-Ħela tal-Ikel.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0098
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|