Meta, fir-rigward tal-miri għat-tnaqqis tal-iskart tal-ikel, Stat Membru jkun jista’ jipprovdi data għal sena qabel l-2021 li tkun inġabret bl-użu tal-metodi stabbiliti fid-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/1597 (
15
) jew, għas-snin qabel l-2020, bl-użu ta’ metodi komparabbli mal-metodoloġija u mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità għall-kejl uniformi tal-livelli tal-iskart tal-ikel kif stabbilit f’dik id-Deċiżjoni Delegata, l-Istat Membru jista’ juża sena ta’ referenza aktar bikrija bħala l-perjodu ta’ referenza. Sas-17 ta’ April 2027 l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-intenzjoni tiegħu li juża sena ta’ referenza aktar bikrija u, għal sena wara l-2020, għandu jipprovdi lill-Kummissjoni d-data u l-metodi ta’ kejl użati biex jiġborhom u jagħmel dik id-data u dawk il- metodi ta’ kejl disponibbli għall-pubbliku.