|
+Artikolu 22a 8. |
Artikolu 22a 8.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi tal-prodotti tat-tessuti, tal-prodotti relatati mat-tessuti jew tal-prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc ikopru l-kostijiet ta’ dawn li ġejjin:
(a)
il-ġbir ta’ prodotti tat-tessuti, ta’ prodotti relatati mat-tessuti u ta’ prodotti ta’ xedd is-saqajn użati u ta’ iskart elenkati fl-Anness IVc u l-immaniġġar sussegwenti tal-iskart li jinvolvi dan li ġej:
(i)
il-ġbir ta’ dawk il-prodotti użati għall-użu mill-ġdid u l-ġbir separat tal-iskart ta’ prodotti għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, u għar-riċiklaġġ, f’konformità mal-Artikoli 22c u 22d,
(ii)
it-trasport ta’ prodotti użati u ta’ skart miġbura msemmija fil-punt (i) għas-separazzjoni sussegwenti għall-użu mill-ġdid, għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, u għall-operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ, f’konformità mal-Artikolu 22d,
(iii)
is-separazzjoni, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u operazzjonijiet oħra ta’ rkupru u r-rimi ta’ prodotti użati u ta’ skart miġbura msemmija fil-punt (i),
(iv)
il-ġbir, it-trasport u t-trattament tal-iskart li jirriżulta minn operazzjonijiet imsemmija fil-punti (i), (ii) u (iii) minn entitajiet tal-ekonomija soċjali u atturi oħra li huma parti mis-sistema ta’ ġbir imsemmija fl-Artikolu 22c(8) u (11);
(b)
it-twettiq ta’ stħarriġ dwar il-kompożizzjoni tal-iskart muniċipali mħallat li jinġabar f’konformità mal-Artikolu 22d(6);
(c)
l-għoti ta’ informazzjoni, fost l-oħrajn permezz ta’ kampanji ta’ informazzjoni xierqa, dwar il-konsum sostenibbli, il-prevenzjoni tal-iskart, l-użu mill-ġdid, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, inkluż it-tiswija, ir-riċiklaġġ, l-irkupru u rimi ieħor ta’ prodotti tat-tessuti, ta’ prodotti relatati mat-tessuti u ta’ prodotti ta’ xedd is-saqajn, f’konformità mal-Artikolu 22c(14), (15) u (18);
(d)
il-ġbir u r-rapportar tad-data lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 37;
(e)
appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp biex jittejjeb id-disinn tal-prodott għall-aspetti tal-prodott elenkati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2024/1781, u operazzjonijiet ta’ prevenzjoni u maniġġar tal-iskart f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, bil-ħsieb li jiżdied ir-riċiklaġġ ta’ fibra għal fibra, mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|