+Artikolu 22a Skema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur għat-tessuti
---+Artikolu 22a 1.
---+Artikolu 22a 2.
---+Artikolu 22a 3.
---+Artikolu 22a 4.
---+Artikolu 22a 5.
---+Artikolu 22a 6.
---+Artikolu 22a 7.
---+Artikolu 22a 8.
---+Artikolu 22a 9.
---+Artikolu 22a 10.
---+Artikolu 22a 11.
---+Artikolu 22a 12.
---+Artikolu 22a 13.
---+Artikolu 22a 14.
---+Artikolu 22a 15.
---+Artikolu 22a 16.
---+Artikolu 22a 17.

Artikolu 22a Skema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur għat-tessuti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 22a 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi jkollhom ir-responsabbiltà estiża tal-produttur għal prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc li huma jqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba, f’konformità mal-Artikoli 8 u 8a.
Artikolu 22a 2.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur għall-produtturi tas-saqqijiet f’konformità mal-Artikoli 8 u 8a ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 22a 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li produttur kif definit fl-Artikolu 3(4b), il-punt(d), stabbilit fi Stat Membru ieħor u li jagħmel il-prodotti tat-tessuti, il-prodotti relatati mat-tessuti jew il-prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc disponibbli għall-ewwel darba fit-territorju tagħhom jaħtar, permezz ta’ mandat bil-miktub, persuna ġuridika jew fiżika stabbilita fit-territorju tagħhom bħala r-rappreżentant awtorizzat tiegħu għall-fini tal-issodisfar tal-obbligi ta’ produttur relatati mal-iskema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur fit-territorju tagħhom.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li produttur kif definit fl-Artikolu 3(4b), il-punt (d), stabbilit f’pajjiż terz u li jagħmel il-prodotti tat-tessuti, il-prodotti relatati mat-tessuti jew il-prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc disponibbli għall-ewwel darba fit-territorju tagħhom għandu jaħtar, permezz ta’ mandat bil-miktub, persuna ġuridika jew fiżika stabbilita fit-territorju tagħhom bħala r-rappreżentant awtorizzat tiegħu għall-fini tal-issodisfar tal-obbligi ta’ produttur relatati mal-iskema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur fit-territorju tagħhom.

Artikolu 22a 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk produttur kif definit fl-Artikolu 3(4b), il-punt (d), ikun jixtieq hekk, l-obbligi skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, jekk ikun hemm, jistgħu jiġu ssodisfati, f’isem il-produttur, minn organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi maħtura b’mandat bil-miktub. Fejn tali produttur ikun ħatar organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, l-obbligi skont dan l-Artikolu għandhom jiġu ssodisfati minn dik l-organizzazzjoni mutatis mutandis sakemm mhux speċifikat mod ieħor mill-Istat Membru.
Artikolu 22a 5.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 38a biex temenda l-Anness IVc ta’ din id-Direttiva sabiex iġġib il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (NM) elenkati fih f’konformità mal-kodiċijiet NM elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 ( 16 ).
Artikolu 22a 6.
L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu b’mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi rilevanti involuti fl-implimentazzjoni, fil-monitoraġġ u fil-verifika tal-iskema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, skont l-Artikolu 8a (1), il-punt (a).
Artikolu 22a 7.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw, f’konformità mal-Artikolu 8a(6), li l-atturi rilevanti jkunu involuti fl-implimentazzjoni tal-iskema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur. Dawk l-atturi rilevanti għandhom jinkludu mill-inqas:

(a) 

il-produtturi li jagħmlu l-prodotti disponibbli fis-suq;

(b) 

l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur f’isem il-produtturi li jagħmlu l-prodotti disponibbli fis-suq;

(c) 

l-operaturi privati jew pubbliċi tal-iskart;

(d) 

l-awtoritajiet lokali;

(e) 

l-operaturi tal-użu mill-ġdid u tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid;

(f) 

l-entitajiet tal-ekonomija soċjali, inkluż intrapriżi soċjali lokali.

Artikolu 22a 8.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi tal-prodotti tat-tessuti, tal-prodotti relatati mat-tessuti jew tal-prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc ikopru l-kostijiet ta’ dawn li ġejjin:

(a) 

il-ġbir ta’ prodotti tat-tessuti, ta’ prodotti relatati mat-tessuti u ta’ prodotti ta’ xedd is-saqajn użati u ta’ iskart elenkati fl-Anness IVc u l-immaniġġar sussegwenti tal-iskart li jinvolvi dan li ġej:

(i) 

il-ġbir ta’ dawk il-prodotti użati għall-użu mill-ġdid u l-ġbir separat tal-iskart ta’ prodotti għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, u għar-riċiklaġġ, f’konformità mal-Artikoli 22c u 22d,

(ii) 

it-trasport ta’ prodotti użati u ta’ skart miġbura msemmija fil-punt (i) għas-separazzjoni sussegwenti għall-użu mill-ġdid, għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, u għall-operazzjonijiet ta’ riċiklaġġ, f’konformità mal-Artikolu 22d,

(iii) 

is-separazzjoni, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u operazzjonijiet oħra ta’ rkupru u r-rimi ta’ prodotti użati u ta’ skart miġbura msemmija fil-punt (i),

(iv) 

il-ġbir, it-trasport u t-trattament tal-iskart li jirriżulta minn operazzjonijiet imsemmija fil-punti (i), (ii) u (iii) minn entitajiet tal-ekonomija soċjali u atturi oħra li huma parti mis-sistema ta’ ġbir imsemmija fl-Artikolu 22c(8) u (11);

(b) 

it-twettiq ta’ stħarriġ dwar il-kompożizzjoni tal-iskart muniċipali mħallat li jinġabar f’konformità mal-Artikolu 22d(6);

(c) 

l-għoti ta’ informazzjoni, fost l-oħrajn permezz ta’ kampanji ta’ informazzjoni xierqa, dwar il-konsum sostenibbli, il-prevenzjoni tal-iskart, l-użu mill-ġdid, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, inkluż it-tiswija, ir-riċiklaġġ, l-irkupru u rimi ieħor ta’ prodotti tat-tessuti, ta’ prodotti relatati mat-tessuti u ta’ prodotti ta’ xedd is-saqajn, f’konformità mal-Artikolu 22c(14), (15) u (18);

(d) 

il-ġbir u r-rapportar tad-data lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 37;

(e) 

appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp biex jittejjeb id-disinn tal-prodott għall-aspetti tal-prodott elenkati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2024/1781, u operazzjonijiet ta’ prevenzjoni u maniġġar tal-iskart f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, bil-ħsieb li jiżdied ir-riċiklaġġ ta’ fibra għal fibra, mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

Artikolu 22a 9.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-produtturi ta’ prodotti tat-tessuti, ta’ prodotti relatati mat-tessuti jew ta’ prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc għandhom ikopru, parzjalment jew totalment, il-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 8, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu, għal prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti u prodotti ta’ xedd is-saqajn mormija elenkati fl-Anness IVc li jispiċċaw fi skart muniċipali mħallat.
Artikolu 22a 10.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi tal-prodotti tat-tessuti, tal-prodotti relatati mat-tessuti jew tal-prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc ikopru l-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu b’rabta mal-prodotti tat-tessuti, mal-prodotti relatati mat-tessuti u mal-prodotti ta’ xedd is-saqajn użati u mormija elenkati fl-Anness IVc li jiġu ddepożitati fil-punti ta’ ġbir stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 22c(8) u (11), meta tali prodott, inkluż kwalunkwe prodott tat-tessuti, tat-tessuti u ta’ xedd is-saqajn użati u mormija li setgħu nġabru permezz ta’ skemi privati ta’ teħid lura u aktar tard aggregati mat-tessuti miġbura skont l-Artikolu 22c(8), tqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba wara s-16 ta’ Ottubru 2025 jekk skema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur għall-prodotti tat-tessuti, għall-prodotti relatati mat-tessuti u għall-prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc tkun diġà stabbilita fl-Istat Membru inkwistjoni f’konformità mal-Artikoli 8 u 8a f’dik id-data.
Artikolu 22a 11.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi tal-prodotti tat-tessuti, tal-prodotti relatati mat-tessuti jew tal-prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc ikopru l-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-prodotti tat-tessuti, tal-prodotti relatati mat-tessuti u tal-prodotti ta’ xedd is-saqajn użati u ta’ skart elenkati fl-Anness IVc li jiġu ddepożitati fil-punti ta’ ġbir stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 22c(8) u (11), meta tali prodott, inkluż kwalunkwe prodott tat-tessuti, tat-tessuti u ta’ xedd is-saqajn użati u ta’ skart li setgħu nġabru permezz ta’ skemi privati ta’ teħid lura u aktar tard aggregati mat-tessuti miġbura skont l-Artikolu 22c(8), tqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba:

(a) 

mid-data li fiha dak l-Istat Membru jdaħħal fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonforma mad-Direttiva (UE) 2025/1892 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ), skont l-Artikolu 2(1) ta’ dik id-Direttiva; jew

(b) 

mhux aktar tard mis-17 ta’ April 2028, jekk skema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur għall-prodotti tat-tessuti, il-prodotti relatati mat-tessuti u l-prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc tkun stabbilita fl-Istat Membru inkwistjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mis-16 ta’ Ottubru 2025.

Artikolu 22a 12.
Il-kostijiet li għandhom jiġu koperti msemmija fil-paragrafu 8 ma għandhomx jaqbżu l-kostijiet li jkunu meħtieġa biex jiġu pprovduti s-servizzi msemmija f’dak il-paragrafu b’mod kosteffiċjenti u għandhom jiġu stabbiliti b’mod trasparenti bejn l-atturi rilevanti f’konformità mal-paragrafu 7.
Artikolu 22a 13.

Għall-finijiet ta’ konformità mal-Artikolu 30(1), il-punti (d) u (e) tar-Regolament (UE) 2022/2065, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ pjattaformi online, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu III, it-Taqsima 4, ta’ dak ir-Regolament, li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma’ produtturi li joffru prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc lill-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni, jiksbu l-informazzjoni li ġejja mingħand il-produtturi qabel ma jħalluhom jużaw is-servizzi tagħhom:

(a) 

l-informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-produtturi msemmi fl-Artikolu 22b fl-Istat Membru fejn ikun jinsab il-konsumatur u n-numru jew in-numri tar-reġistrazzjoni tal-produttur f’dak ir-reġistru;

(b) 

l-awtoċertifikazzjoni mill-produttur li jimpenja ruħu li joffri biss prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc li fir-rigward tagħhom ir-rekwiżiti ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur imsemmija fil-paragrafi 1 u 8 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 22c(1) jiġu mħarsa fl-Istat Membru fejn ikun jinsab il-konsumatur.

Artikolu 22a 14.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jiġu stabbiliti sas-17 ta’ April 2028 f’konformità mal-Artikoli 8, 8a, u 22a sa 22d.
Artikolu 22a 15.
L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri biex jiżguraw li l-produtturi li joffru prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc lill-utenti finali li jinsabu fl-Unjoni jipprovdu lill-fornituri ta’ servizzi ta’ eżekuzzjoni bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt bejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ eżekuzzjoni u l-produttur għal kwalunkwe wieħed mis-servizzi msemmija fl-Artikolu 3, il-punt (11), tar-Regolament (UE) 2019/1020.
Artikolu 22a 16.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni, malli jirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 15 u fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt bejn il-fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni u l-produttur għal kwalunkwe wieħed mis-servizzi msemmija fl-Artikolu 3, il-punt (11) tar-Regolament (UE) 2019/1020, permezz tal-użu ta’ kwalunkwe bażi tad-data online uffiċjali aċċessibbli mingħajr ħlas jew interfaċċa online magħmula disponibbli minn Stat Membru jew mill-Unjoni jew permezz ta’ talbiet lill-produttur biex jipprovdi dokumenti ta’ sostenn minn sorsi affidabbli, jagħmel l-aħjar sforzi biex jivvaluta jekk l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 15 ta’ dan l-Artikolu hijiex affidabbli u kompluta. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-produtturi għandhom jinżammu responsabbli għall-akkuratezza tal-informazzjoni pprovduta.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) 

meta l-fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni jikseb indikazzjonijiet suffiċjenti jew ikollu raġuni biex jemmen li kwalunkwe oġġett ta’ informazzjoni msemmi fil-paragrafu 15 miksub mill-produttur ikkonċernat ma jkunx preċiż, ma jkunx komplut jew ma jkunx aġġornat, il-fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni jitlob li l-produttur jikkoreġi, jikkompleta jew jaġġorna dik l-informazzjoni mingħajr dewmien jew fil-perjodu stabbilit mil-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, u

(b) 

meta l-produttur jonqos milli jikkoreġi, jikkompleta jew jaġġorna dik l-informazzjoni, il-fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni jissospendi malajr il-forniment tas-servizz tiegħu lil dak il-produttur fir-rigward tal-offerta ta’ prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc lill-utenti finali li jinsabu fl-Unjoni sakemm it-talba tkun ġiet rispettata bis-sħiħ; il-fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni għandu jipprovdi lill-produttur ir-raġunijiet għas-sospensjoni.

Artikolu 22a 17.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 ), jekk fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni jissospendi l-forniment tas-servizz tiegħu skont il-paragrafu 16 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produttur ikkonċernat ikollu d-dritt li jikkontesta s-sospensjoni tal-fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni quddiem qorti f’wieħed mill-Istati Membri fejn ikun stabbilit il-fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0098
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.