|
+Artikolu 22a 11. |
Artikolu 22a 11.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi tal-prodotti tat-tessuti, tal-prodotti relatati mat-tessuti jew tal-prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc ikopru l-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-prodotti tat-tessuti, tal-prodotti relatati mat-tessuti u tal-prodotti ta’ xedd is-saqajn użati u ta’ skart elenkati fl-Anness IVc li jiġu ddepożitati fil-punti ta’ ġbir stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 22c(8) u (11), meta tali prodott, inkluż kwalunkwe prodott tat-tessuti, tat-tessuti u ta’ xedd is-saqajn użati u ta’ skart li setgħu nġabru permezz ta’ skemi privati ta’ teħid lura u aktar tard aggregati mat-tessuti miġbura skont l-Artikolu 22c(8), tqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba:
(a)
mid-data li fiha dak l-Istat Membru jdaħħal fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonforma mad-Direttiva (UE) 2025/1892 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ), skont l-Artikolu 2(1) ta’ dik id-Direttiva; jew
(b)
mhux aktar tard mis-17 ta’ April 2028, jekk skema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur għall-prodotti tat-tessuti, il-prodotti relatati mat-tessuti u l-prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc tkun stabbilita fl-Istat Membru inkwistjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mis-16 ta’ Ottubru 2025. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|