+Artikolu 22b Reġistru ta’ produtturi tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn
---+Artikolu 22b 1.
---+Artikolu 22b 2.
---+Artikolu 22b 3.
---+Artikolu 22b 4.
---+Artikolu 22b 5.
---+Artikolu 22b 6.
---+Artikolu 22b 7.
---+Artikolu 22b 8.
---+Artikolu 22b 9.
---+Artikolu 22b 10.

Artikolu 22b Reġistru ta’ produtturi tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 22b 1.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu reġistru tal-produtturi ta’ prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc (“reġistru tal-produtturi”) biex jimmonitorjaw il-konformità ta’ dawk il-produtturi mal-Artikoli 22a u l-Artikolu 22c(1).

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sit b’links għar-reġistri nazzjonali kollha tal-produtturi biex tiffaċilita r-reġistrazzjoni tal-produtturi fl-Istati Membri kollha. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-link għar-reġistri nazzjonali tagħhom tal-produtturi fi żmien 30 jum mit-tnedija tar-reġistri. L-informazzjoni dwar kull reġistru tal-produtturi għandha tkun faċilment aċċessibbli, disponibbli għall-pubbliku u mingħajr ħlas, tista’ tinqara minn magna, tista’ tiġi ssortjata u tista’ titfittex, u għandha tirrispetta l-istandards miftuħa għall-użu minn partijiet terzi. L-għoti ta’ informazzjoni skont dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-preżervazzjoni tal-kunfidenzjalità kummerċjali u industrijali ta’ informazzjoni sensittiva f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali rilevanti.

Artikolu 22b 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi jkunu meħtieġa jirreġistraw fir-reġistru tal-produtturi. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-produtturi jissottomettu applikazzjoni għar-reġistrazzjoni f’kull Stat Membru fejn iqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc.
Artikolu 22b 3.
L-Istati Membri għandhom jippermettu biss lill-produtturi jqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc fejn huma jew, fil-każ ta’ awtorizzazzjoni, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom għal responsabbiltà estiża tal-produttur, ikunu rreġistrati fl-Istat Membru inkwistjoni.
Artikolu 22b 4.

L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-isem, it-trademark u l-ismijiet tad-ditti, fejn ikunu disponibbli, li bihom jopera l-produttur fl-Istat Membru kkonċernat u l-indirizz tal-produttur inkluż il-kodiċi postali u l-post, it-triq u n-numru u l-pajjiż, it-telefown, jekk ikun hemm, l-indirizz web u l-indirizz tal-posta elettronika, u l-isem tal-punt uniku ta’ kuntatt;

(b) 

il-kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-produttur, inkluż in-numru tar-reġistru kummerċjali tiegħu jew in-numru tar-reġistrazzjoni uffiċjali ekwivalenti u n-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa tal-Unjoni jew nazzjonali;

(c) 

il-kodiċijiet tan-NM ta’ prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti u prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc li l-produttur ikun beħsiebu jqiegħed fis-suq għall-ewwel darba;

(d) 

l-isem, il-kodiċi postali, il-post, it-triq u n-numru, il-pajjiż, it-telefown, jekk ikun hemm, l-indirizz web, l-indirizz tal-posta elettronika u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, in-numru tar-reġistru kummerċjali jew numru tar-reġistrazzjoni uffiċjali ekwivalenti, in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa tal-Unjoni jew nazzjonali tal-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, u l-mandat tal-produttur rappreżentat;

(e) 

dikjarazzjoni mill-produttur jew, meta applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur jew mill-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, li tiddikjara li l-informazzjoni pprovduta hija vera.

Artikolu 22b 5.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligi skont dan l-Artikolu jistgħu, f’isem il-produttur, jiġu ssodisfati minn organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi permezz ta’ mandat bil-miktub.

Fejn produttur ikun innomina organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, l-obbligi skont dan l-Artikolu għandhom jiġu ssodisfati minn dik l-organizzazzjoni mutatis mutandis sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-Istat Membru.

Artikolu 22b 6.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti:

(a) 

tirċievi l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tal-produtturi msemmija fil-paragrafu 2 permezz ta’ sistema elettronika tal-ipproċessar tad-data li d-dettalji tagħha għandhom ikunu disponibbli fuq is-sit web tal-awtorità kompetenti;

(b) 

tagħti reġistrazzjonijiet u tipprovdi numru tar-reġistrazzjoni f’perjodu massimu ta’ 12-il ġimgħa mid-data li tiġi pprovduta l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 4;

(c) 

tkun tista’ tistabbilixxi arranġamenti dettaljati fir-rigward tar-rekwiżiti u l-proċess tar-reġistrazzjoni mingħajr ma żżid rekwiżiti sostantivi oħra minbarra dawk stabbiliti fil-paragrafu 4;

(d) 

tkun tista’ titlob tariffi proporzjonati u bbażati fuq il-kostijiet mingħand il-produtturi għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 22b 7.
L-awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta jew tirtira r-reġistrazzjoni tal-produttur meta l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 4 u l-evidenza dokumentarja relatata ma tiġix ipprovduta jew ma tkunx suffiċjenti jew meta l-produttur ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 4(d).
Artikolu 22b 8.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-produttur, jew, fejn applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur jew l-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, jinnotifika lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien bla bżonn dwar kwalunkwe bidla fl-informazzjoni li tinsab fir-reġistrazzjoni f’konformità mal-paragrafu 4(d), u dwar kwalunkwe waqfien permanenti fir-rigward tat-tqegħid fis-suq għall-ewwel darba ta’ prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn imsemmija fir-reġistrazzjoni. Produttur għandu jiġi eskluż mir-reġistru tal-produtturi jekk huwa ma jkunx għadu jeżisti.
Artikolu 22b 9.
Meta l-informazzjoni fir-reġistru tal-produtturi ma tkunx aċċessibbli għall-pubbliku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ pjattaformi online li jippermettu lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma’ produtturi u fornituri ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni li jikkonkludu kuntratti għal kwalunkwe wieħed mis-servizzi msemmija fl-Artikolu 3, il-punt (11) tar-Regolament (UE) 2019/1020 ma’ produtturi li joffru prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc lill-utenti finali jingħataw aċċess, mingħajr ħlas, għar-reġistru tal-prodotturi.
Artikolu 22b 10.
Sas-17 ta’ April 2027, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format armonizzat għar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-produtturi abbażi tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0098
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.