|
+Artikolu 22b 4. |
Artikolu 22b 4.L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-isem, it-trademark u l-ismijiet tad-ditti, fejn ikunu disponibbli, li bihom jopera l-produttur fl-Istat Membru kkonċernat u l-indirizz tal-produttur inkluż il-kodiċi postali u l-post, it-triq u n-numru u l-pajjiż, it-telefown, jekk ikun hemm, l-indirizz web u l-indirizz tal-posta elettronika, u l-isem tal-punt uniku ta’ kuntatt;
(b)
il-kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-produttur, inkluż in-numru tar-reġistru kummerċjali tiegħu jew in-numru tar-reġistrazzjoni uffiċjali ekwivalenti u n-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa tal-Unjoni jew nazzjonali;
(c)
il-kodiċijiet tan-NM ta’ prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti u prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc li l-produttur ikun beħsiebu jqiegħed fis-suq għall-ewwel darba;
(d)
l-isem, il-kodiċi postali, il-post, it-triq u n-numru, il-pajjiż, it-telefown, jekk ikun hemm, l-indirizz web, l-indirizz tal-posta elettronika u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, in-numru tar-reġistru kummerċjali jew numru tar-reġistrazzjoni uffiċjali ekwivalenti, in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa tal-Unjoni jew nazzjonali tal-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, u l-mandat tal-produttur rappreżentat;
(e)
dikjarazzjoni mill-produttur jew, meta applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat għar-responsabbiltà estiża tal-produttur jew mill-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, li tiddikjara li l-informazzjoni pprovduta hija vera. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|