|
+Artikolu 22c 5. |
Artikolu 22c 5.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8a(4), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa lilhom mill-produtturi ta’ prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc:
(a)
ikunu bbażati fuq il-piż, u fejn adatt, il-kwantità tal-prodotti kkonċernati u, għall-prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti u prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc, ikunu modulati abbażi tar-rekwiżiti tal-ekodisinn adottati skont ir-Regolament (UE) 2024/1781 li huma l-aktar rilevanti għall-prevenzjoni tal-iskart iġġenerat mill-prodotti tat-tessuti, il-prodotti relatati mat-tessuti u l-prodotti ta’ xedd is-saqajn u għat-trattament tagħhom f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart stabbilita fl-Artikolu 4(1) ta’ din id-Direttiva (“ġerarkija tal-iskart”) u l-metodoloġiji ta’ kejl korrispondenti għal dawk il-kriterji adottati skont dak ir-Regolament jew abbażi ta’ liġi oħra tal-Unjoni li tistabbilixxi kriterji ta’ sostenibbiltà u metodi ta’ kejl armonizzati għal prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti u prodotti ta’ xedd is-saqajn, u li jiżguraw it-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali u ċ-ċirkolarità ta’ dawk il-prodotti;
(b)
jieħdu kont tad-dħul mill-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi mill-użu mill-ġdid, mit-tħejjija għall-użu mill-ġdid jew mill-valur tal-materja prima sekondarja mit-tessuti mormija riċiklati;
(c)
jiżguraw it-trattament ugwali tal-produtturi irrispettivament mill-oriġini jew id-daqs tagħhom, mingħajr ma jpoġġu piżijiet sproporzjonati fuq il-produtturi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju ta’ kwantitajiet żgħar ta’ prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|