+Artikolu 22c Organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għat-tessuti
---+Artikolu 22c 1.
---+Artikolu 22c 2.
---+Artikolu 22c 3.
---+Artikolu 22c 4.
---+Artikolu 22c 5.
---+Artikolu 22c 6.
---+Artikolu 22c 7.
---+Artikolu 22c 8.
---+Artikolu 22c 9.
---+Artikolu 22c 10.
---+Artikolu 22c 11.
---+Artikolu 22c 12.
---+Artikolu 22c 13.
---+Artikolu 22c 14.
---+Artikolu 22c 15.
---+Artikolu 22c 16.
---+Artikolu 22c 17.
---+Artikolu 22c 18.
---+Artikolu 22c 19.
---+Artikolu 22c 20.

Artikolu 22c Organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għat-tessuti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 22c 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi ta’ prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc jinkarigaw organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi biex twettaq l-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 22a f’isimhom.
Artikolu 22c 2.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li jkun beħsiebhom iwettqu l-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur f’isem il-produtturi f’konformità mal-Artikolu 8a(3), l-Artikoli 22a, 22b u 22d u dan l-Artikolu jiksbu awtorizzazzjoni minn awtorità kompetenti.
Artikolu 22c 3.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji dwar il-kwalifiki li l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jeħtieġ li jkollhom sabiex jiġu inkarigati jwettqu l-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur f’isem il-produtturi. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi juru l-għarfien espert meħtieġ fl-immaniġġar tal-iskart u s-sostenibbiltà.
Artikolu 22c 4.
L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-obbligu fil-paragrafu 3, dment li sas-16 ta’ Ottubru 2025 ikunu diġà stabbilew kriterji li jiżguraw li organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi tista’ tiġi inkarigata twettaq l-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur f’isem il-produtturi biss meta turi l-għarfien espert tagħha fil-qasam tal-immaniġġar tal-iskart u dawk il-kriterji jiżguraw li l-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi ser timmaniġġa l-iskart b’mod sostenibbli u tillimita l-impatt tal-immaniġġar tal-iskart fuq l-ambjent.
Artikolu 22c 5.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8a(4), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa lilhom mill-produtturi ta’ prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc:

(a) 

ikunu bbażati fuq il-piż, u fejn adatt, il-kwantità tal-prodotti kkonċernati u, għall-prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti u prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc, ikunu modulati abbażi tar-rekwiżiti tal-ekodisinn adottati skont ir-Regolament (UE) 2024/1781 li huma l-aktar rilevanti għall-prevenzjoni tal-iskart iġġenerat mill-prodotti tat-tessuti, il-prodotti relatati mat-tessuti u l-prodotti ta’ xedd is-saqajn u għat-trattament tagħhom f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart stabbilita fl-Artikolu 4(1) ta’ din id-Direttiva (“ġerarkija tal-iskart”) u l-metodoloġiji ta’ kejl korrispondenti għal dawk il-kriterji adottati skont dak ir-Regolament jew abbażi ta’ liġi oħra tal-Unjoni li tistabbilixxi kriterji ta’ sostenibbiltà u metodi ta’ kejl armonizzati għal prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti u prodotti ta’ xedd is-saqajn, u li jiżguraw it-titjib tas-sostenibbiltà ambjentali u ċ-ċirkolarità ta’ dawk il-prodotti;

(b) 

jieħdu kont tad-dħul mill-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi mill-użu mill-ġdid, mit-tħejjija għall-użu mill-ġdid jew mill-valur tal-materja prima sekondarja mit-tessuti mormija riċiklati;

(c) 

jiżguraw it-trattament ugwali tal-produtturi irrispettivament mill-oriġini jew id-daqs tagħhom, mingħajr ma jpoġġu piżijiet sproporzjonati fuq il-produtturi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju ta’ kwantitajiet żgħar ta’ prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc.

Artikolu 22c 6.
Meta jkun adatt li jiġu indirizzati l-prattiki tal-moda ultraveloċi u veloċi u l-ġenerazzjoni żejda relatata tal-iskart minn prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti u prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jimmodulaw il-kontribuzzjoni finanzjarja abbażi tal-prattiki tal-produtturi, dwar prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti u prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc, abbażi tat-tul tal-ħajja tal-prodott li tirriżulta minn tali prattiki, it-tul tal-ħajja utli ta’ dawk il-prodotti lil hinn mill-ewwel utent, u l-kontribut għall-għeluq taċ-ċirku ta’ dawk il-prodotti, billi t-tessuti mormija jinbidlu f’materja prima għal ktajjen ta’ produzzjoni ġodda.
Artikolu 22c 7.
Fejn meħtieġ biex tiġi evitata d-distorsjoni tas-suq intern u tiġi żgurata l-konsistenza mar-rekwiżiti tal-ekodisinn adottati skont l-Artikolu 4 flimkien mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2024/1781, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-kriterji ta’ modulazzjoni tat-tariffi għall-applikazzjoni tal-paragrafu 5, il-punt (a) u l-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, li ma għandhomx jikkonċernaw id-determinazzjoni preċiża tal-livell tal-kontribuzzjonijiet, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2) ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 22c 8.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jistabbilixxu sistema ta’ ġbir separat għal prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti u prodotti ta’ xedd is-saqajn użati u mormija elenkati fl-Anness IVc, irrispettivament min-natura, mill-kompożizzjoni tal-materjali, mill-kundizzjoni, mill-isem, mill-marka, mit-trademark jew mill-oriġini tagħhom, fit-territorju ta’ Stat Membru fejn huma jqiegħdu dawk il-prodotti fis-suq għall-ewwel darba. Is-sistema ta’ ġbir separat għandha:

(a) 

toffri lill-atturi msemmija fil-paragrafu 9, il-punt (a), il-ġbir ta’ tali prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti u prodotti ta’ xedd is-saqajn użati u mormija, u tipprevedi l-arranġamenti prattiċi għall-ġbir u t-trasport ta’ tali prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti u prodotti ta’ xedd is-saqajn użati u mormija, inkluż il-forniment ta’ kontenituri xierqa, b’xejn, għall-ġbir u t-trasport, fil-punti ta’ ġbir li huma parti mis-sistema ta’ ġbir tal-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi;

(b) 

tiżgura l-ġbir, b’xejn, ta’ dawn il-prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti u prodotti ta’ xedd is-saqajn użati u mormija miġbura permezz tal-punti ta’ ġbir li huma parti mis-sistema ta’ ġbir tal-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, bi frekwenza li tkun adattata għaż-żona koperta u l-volum ta’ dawn il-prodotti tat-tessuti, il-prodotti relatati mat-tessuti u l-prodotti ta’ xedd is-saqajn użati u mormija li normalment jinġabru permezz ta’ dawk il-punti ta’ ġbir;

(c) 

tiżgura l-ġbir, b’xejn, ta’ skart iġġenerat minn entitajiet tal-ekonomija soċjali u atturi oħrajn minn dawn il-prodotti tat-tessuti, il-prodotti relatati mat-tessuti u l-prodotti ta’ xedd is-saqajn miġbura permezz tal-punti ta’ ġbir li huma parti mis-sistema ta’ ġbir tal-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, b’mod koordinat bejn l-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi u l-entitajiet tal-ekonomija soċjali u atturi oħra bħal dawn.

Kwalunkwe koordinazzjoni fost l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandha tibqa’ soġġetta għad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.

Artikolu 22c 9.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistema ta’ ġbir imsemmija fil-paragrafu 8:

(a) 

tikkonsisti f’punti ta’ ġbir stabbiliti mill-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi u l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart f’isimhom f’kooperazzjoni ma’ wieħed jew aktar mill-atturi li ġejjin: entitajiet tal-ekonomija soċjali, bejjiegħa bl-imnut, awtoritajiet pubbliċi jew partijiet terzi li jwettqu f’isem dawk l-awtoritajiet il-ġbir ta’ prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti u prodotti ta’ xedd is-saqajn użati u mormija elenkati fl-Anness IVc, u operaturi ta’ punti ta’ ġbir volontarji;

(b) 

tkopri t-territorju kollu tal-Istat Membru b’kont meħud tad-daqs u tad-densità tal-popolazzjoni, tal-volum mistenni ta’ prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti u prodotti ta’ xedd is-saqajn użati u mormija elenkati fl-Anness IVc, tal-aċċessibbiltà u tal-viċinanza għall-utenti finali, mingħajr ma tkun limitata għal żoni fejn il-ġbir u l-immaniġġar sussegwenti ta’ dawk il-prodotti jkunu bi profitt;

(c) 

iżżomm żieda sostnuta u teknikament fattibbli fil-ġbir separat u t-tnaqqis korrispondenti fil-ġbir tal-iskart muniċipali mħallat ta’ prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti u prodotti ta’ xedd is-saqajn użati u mormija elenkati fl-Anness IVc, abbażi tal-prattiki tajbin disponibbli.

Artikolu 22c 10.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi ma jkunux jistgħu jirrifjutaw il-parteċipazzjoni ta’ awtoritjiaet pubbliċi lokali, entitajiet tal-ekonomija soċjali jew operaturi oħra tal-użu mill-ġdid fis-sistema ta’ ġbir separat stabbilita skont il-paragrafu 8.
Artikolu 22c 11.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 8, il-punti (a) u (b), u l-paragrafu 9, il-punt (a), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ekonomija soċjali jkunu jistgħu jżommu u joperaw il-punti ta’ ġbir separat tagħhom u li jingħataw trattament ugwali jew preferenzjali fil-post tal-punti ta’ ġbir separat. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ekonomija soċjali li jkunu parti mis-sistema ta’ ġbir f’konformità mal-paragrafu 9, il-punt (a), ma jkunux meħtieġa jgħaddu prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti u prodotti ta’ xedd is-saqajn użati u mormija miġbura, elenkati fl-Anness IVc lill-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi.
Artikolu 22c 12.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ekonomija soċjali li joperaw il-punti ta’ ġbir separat tagħhom stess f’konformità mal-paragrafu 11 jissottomettu mill-inqas darba fis-sena, lill-awtorità kompetenti, informazzjoni dwar il-kwantità skont il-piż tal-prodotti tat-tessuti, il-prodotti relatati mat-tessuti u l-prodotti ta’ xedd is-saqajn użati u mormija miġbura separatament elenkati fl-Anness IVc, li tispeċifika:

(a) 

il-kwantità skont il-piż ivvalutata bħala tajba għall-użu mill-ġdid, li tindika, fejn possibbli, il-kwantità skont il-piż esportata;

(b) 

il-kwantità skont il-piż destinata għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ, fejn disponibbli filwaqt li tispeċifika separatament ir-riċiklaġġ ta’ fibra għal fibra, filwaqt li tindika, fejn possibbli, il-kwantità skont il-piż esportata; u

(c) 

il-kwantità skont il-piż destinata għal irkupru jew rimi ieħor.

Artikolu 22c 13.
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 12, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw, parzjalment jew totalment, lill-entitajiet tal-ekonomija soċjali mill-obbligu li jissottomettu l-informazzjoni fil-paragrafu 12, meta l-issodisfar ta’ tali obbligi ta’ rapportar jirriżulta f’piż amministrattiv sproporzjonat fuq dawk l-entitajiet.
Artikolu 22c 14.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8a(2), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-utenti finali l-informazzjoni li ġejja dwar il-konsum sostenibbli, inkluż l-opzjonijiet ta’ prodotti użati, l-użu mill-ġdid u l-immaniġġar fi tmiem il-ħajja tat-tessuti u ta’ xedd is-saqajn fir-rigward ta’ prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc li l-produtturi jagħmlu disponibbli fis-suq għall-ewwel darba:

(a) 

ir-rwol tal-utenti finali fil-kontribut tal-prevenzjoni tal-iskart, inkluż kwalunkwe prattika tajba, b’mod partikolari billi jitrawmu mudelli ta’ konsum sostenibbli u tiġi promossa kura tajba tal-prodotti waqt l-użu;

(b) 

l-arranġamenti għall-użu mill-ġdid u t-tiswija disponibbli għat-tessuti u għax-xedd is-saqajn;

(c) 

il-post tal-punti tal-ġbir;

(d) 

ir-rwol tal-utenti finali biex jikkontribwixxu b’mod korrett għall-ġbir separat ta’ tessuti, prodotti relatati mat-tessuti u prodotti ta’ xedd is-saqajn użati u mormija, inkluż permezz tad-donazzjoni;

(e) 

l-impatt fuq l-ambjent, is-saħħa tal-bniedem kif ukoll id-drittijiet soċjali u tal-bniedem tal-produzzjoni tat-tessuti, b’mod partikolari l-prattiki tal-moda veloċi u l-konsum, ir-riċiklaġġ u rkupru u rimi ieħor u r-rimi mhux xieraq ta’ tessuti mormija, prodotti relatati mat-tessuti u prodotti ta’ xedd is-saqajn, bħar-rimi jew l-iskartar fl-iskart muniċipali mħallat kif ukoll il-passi meħtieġa biex jitnaqqas l-impatt fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.

Artikolu 22c 15.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 14 fuq bażi regolari, u li l-informazzjoni tkun aġġornata u tiġi pprovduta permezz ta’:

(a) 

sit web jew mezz ieħor ta’ komunikazzjoni elettronika;

(b) 

komunikazzjoni fi spazji pubbliċi u fil-punt ta’ ġbir;

(c) 

programmi edukattivi, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, u attivitajiet ta’ involviment tal-komunità;

(d) 

is-sinjalar b’lingwa jew b’lingwi li jistgħu jinftiehmu faċilment mill-utenti u mill-konsumaturi.

Artikolu 22c 16.
Meta, fi Stat Membru, diversi organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jkunu inkarigati jwettqu l-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur f’isem il-produtturi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jkopru t-territorju kollu tal-Istat Membru, bil-għan li jipprovdu kwalità tas-servizz uniformi tas-sistema ta’ ġbir separat fit-territorju kollu għall-prodotti tat-tessuti, il-prodotti relatati mat-tessuti u l-prodotti ta’ xedd is-saqajn użati u mormija elenkati fl-Anness IVc.

L-Istati Membri għandhom jinnominaw lill-awtorità kompetenti jew jaħtru parti terza indipendenti biex tissorvelja li l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jwettqu l-obbligi tagħhom b’mod koordinat u f’konformità mad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. L-Istati Membri, fejn organizzazzjoni waħda biss b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi tkun inkarigata twettaq l-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur f’isem il-produtturi, jistgħu jinnominaw lill-awtorità kompetenti jew jaħtru parti terza indipendenti biex tissorvelja li l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jwettqu l-obbligi tagħhom f’konformità mad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.

Artikolu 22c 17.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jiżguraw il-kunfidenzjalità tad-data fil-pussess tagħhom fir-rigward tal-informazzjoni proprjetarja jew tal-informazzjoni direttament attribwibbli lil produtturi individwali jew lir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom.
Artikolu 22c 18.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom, minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8a(3)(e):

(a) 

mill-inqas darba fis-sena, soġġett għall-kunfidenzjalità kummerċjali u industrijali, l-informazzjoni dwar:

(i) 

l-ammont, inkluż il-kwantità skont il-piż, ta’ prodotti li tqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba;

(ii) 

il-kwantità skont il-piż tal-ġbir separat ta’ prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti u prodotti ta’ xedd is-saqajn użati u mormija elenkati fl-Anness IVc, li tispeċifika separatament tali prodotti mhux mibjugħin;

(iii) 

ir-rati ta’ użu mill-ġdid, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, u r-riċiklaġġ, li jispeċifikaw separatament ir-rata ta’ riċiklaġġ ta’ fibra għal fibra, miksuba mill-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi;

(iv) 

ir-rati ta’ rkupru u rimi ieħor; kif ukoll

(v) 

ir-rati ta’ esportazzjonijiet ta’ prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti u prodotti ta’ xedd is-saqajn użati elenkati fl-Anness IVc ivvalutati bħala tajbin għall-użu mill-ġdid u għall-esportazzjonijiet ta’ prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti u prodotti ta’ xedd is-saqajn mormija elenkati fl-Anness IVc;

(b) 

informazzjoni dwar il-proċedura tal-għażla għall-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart magħżula f’konformità mal-paragrafu 19.

Artikolu 22c 19.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jipprevedu proċedura tal-għażla trasparenti u nondiskriminatorja għall-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart, abbażi ta’ kriterji għall-aġġudikazzjoni tal-kuntratti trasparenti, mingħajr ma jqiegħdu piż sproporzjonat fuq l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, biex jakkwistaw:

(a) 

servizzi ta’ mmaniġġar tal-iskart minn operaturi tal-immaniġġar tal-iskart imsemmija fil-paragrafu 9, il-punt (a), kif ukoll

(b) 

trattament sussegwenti tal-iskart.

Artikolu 22c 20.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jipprovdu, fuq bażi annwali, lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 18, il-punti (a) u (b), inkluż l-informazzjoni rilevanti msemmija fil-paragrafu 18, il-punt (a), mitluba, fuq bażi annwali, mill-produtturi ta’ prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc li jkunu tqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jispeċifikaw il-kwantità skont il-piż fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 18, il-punt (a), il-punti (iii), (iv) u (v).

B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li, fir-rigward tal-produtturi li huma intrapriżi li jimpjegaw inqas minn għaxar persuni u li l-fatturat annwali u l-karta tal-bilanċ annwali tagħhom ma jaqbżux EUR 2 miljun, l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jitolbu lil dawk l-intrapriżi jissottomettu biss, fuq bażi annwali, l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 18, il-punt (a), il-punt (i).

Il-Kummissjoni għandha temenda d-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1004 ( 19 ) u (UE) 2021/19 ( 20 ) biex f’konformità mal-Artikolu 37(7) ta’ din id-Direttiva jinkludu l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu. L-atti ta’ implimentazzjoni emendati għandhom jindirizzaw:

(a) 

l-informazzjoni dwar l-iskedi ta’ rapportar;

(b) 

l-ispeċifikazzjonijiet għall-istruttura u l-format tar-rapportar tad-data sabiex jiġu żgurati l-uniformità, il-konsistenza, u l-faċilità tal-konsolidazzjoni tad-data għall-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0098
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.