|
+Artikolu 22c 14. |
Artikolu 22c 14.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8a(2), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-utenti finali l-informazzjoni li ġejja dwar il-konsum sostenibbli, inkluż l-opzjonijiet ta’ prodotti użati, l-użu mill-ġdid u l-immaniġġar fi tmiem il-ħajja tat-tessuti u ta’ xedd is-saqajn fir-rigward ta’ prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti jew prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc li l-produtturi jagħmlu disponibbli fis-suq għall-ewwel darba:
(a)
ir-rwol tal-utenti finali fil-kontribut tal-prevenzjoni tal-iskart, inkluż kwalunkwe prattika tajba, b’mod partikolari billi jitrawmu mudelli ta’ konsum sostenibbli u tiġi promossa kura tajba tal-prodotti waqt l-użu;
(b)
l-arranġamenti għall-użu mill-ġdid u t-tiswija disponibbli għat-tessuti u għax-xedd is-saqajn;
(c)
il-post tal-punti tal-ġbir;
(d)
ir-rwol tal-utenti finali biex jikkontribwixxu b’mod korrett għall-ġbir separat ta’ tessuti, prodotti relatati mat-tessuti u prodotti ta’ xedd is-saqajn użati u mormija, inkluż permezz tad-donazzjoni;
(e)
l-impatt fuq l-ambjent, is-saħħa tal-bniedem kif ukoll id-drittijiet soċjali u tal-bniedem tal-produzzjoni tat-tessuti, b’mod partikolari l-prattiki tal-moda veloċi u l-konsum, ir-riċiklaġġ u rkupru u rimi ieħor u r-rimi mhux xieraq ta’ tessuti mormija, prodotti relatati mat-tessuti u prodotti ta’ xedd is-saqajn, bħar-rimi jew l-iskartar fl-iskart muniċipali mħallat kif ukoll il-passi meħtieġa biex jitnaqqas l-impatt fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|