|
+Artikolu 22c 18. |
Artikolu 22c 18.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom, minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8a(3)(e):
(a)
mill-inqas darba fis-sena, soġġett għall-kunfidenzjalità kummerċjali u industrijali, l-informazzjoni dwar:
(i)
l-ammont, inkluż il-kwantità skont il-piż, ta’ prodotti li tqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba;
(ii)
il-kwantità skont il-piż tal-ġbir separat ta’ prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti u prodotti ta’ xedd is-saqajn użati u mormija elenkati fl-Anness IVc, li tispeċifika separatament tali prodotti mhux mibjugħin;
(iii)
ir-rati ta’ użu mill-ġdid, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, u r-riċiklaġġ, li jispeċifikaw separatament ir-rata ta’ riċiklaġġ ta’ fibra għal fibra, miksuba mill-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi;
(iv)
ir-rati ta’ rkupru u rimi ieħor; kif ukoll
(v)
ir-rati ta’ esportazzjonijiet ta’ prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti u prodotti ta’ xedd is-saqajn użati elenkati fl-Anness IVc ivvalutati bħala tajbin għall-użu mill-ġdid u għall-esportazzjonijiet ta’ prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti u prodotti ta’ xedd is-saqajn mormija elenkati fl-Anness IVc;
(b)
informazzjoni dwar il-proċedura tal-għażla għall-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart magħżula f’konformità mal-paragrafu 19. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|