|
+Artikolu 22d 5. |
Artikolu 22d 5.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet ta’ separazzjoni ta’ prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti u prodotti ta’ xedd is-saqajn użati u mormija miġbura separatament, inkluż f’konformità mal-Artikolu 22c(8) u (11), jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
l-operazzjoni tas-separazzjoni għandha tiġġenera prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti u prodotti ta’ xedd is-saqajn għall-użu mill-ġdid u għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, filwaqt li tipprijoritizza s-separazzjoni lokali, fejn xieraq, u l-użu mill-ġdid lokali;
(b)
l-operazzjonijiet tas-separazzjoni għall-użu mill-ġdid jisseparaw il-prodotti tat-tessuti, il-prodotti relatati mat-tessuti u l-prodotti ta’ xedd is-saqajn f’livell xieraq ta’ granularità, u jippermettu s-separazzjoni bejn oġġett u ieħor li tissepara l-bċejjeċ li jkunu tajbin għall-użu mill-ġdid dirett minn dawk li għandhom ikunu soġġetti għal aktar operazzjonijiet ta’ tħejjija għall-użu mill-ġdid, u jimmiraw suq speċifiku ta’ użu mill-ġdid billi japplikaw kriterji ta’ separazzjoni aġġornati rilevanti għas-suq riċeventi;
(c)
l-oġġetti li jiġu vvalutati bħala mhux xierqa għall-użu mill-ġdid jiġu sseparati għall-manifattura mill-ġdid u għar-riċiklaġġ inkluż, fejn il-progress teknoloġiku jkun jippermetti, ir-riċiklaġġ ta’ fibra għal fibra, bil-ħsieb li tingħata prijorità lill-manifattura mill-ġdid fuq ir-riċiklaġġ;
(d)
l-output tal-operazzjonijiet ta’ separazzjoni u ta’ rkupru sussegwenti destinat għall-użu mill-ġdid jissodisfa l-kriterji biex ma jibqax jitqies bħala skart, kif imsemmi fl-Artikolu 6. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|