+Artikolu 22d Immaniġġar tal-iskart tat-tessuti
---+Artikolu 22d 1.
---+Artikolu 22d 2.
---+Artikolu 22d 3.
---+Artikolu 22d 4.
---+Artikolu 22d 5.
---+Artikolu 22d 6.
---+Artikolu 22d 7.
---+Artikolu 22d 8.
---+Artikolu 22d 9.
---+Artikolu 22d 10.
|
Artikolu 22d Immaniġġar tal-iskart tat-tessuti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22d 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-infrastruttura kif ukoll l-operazzjonijiet tal-ġbir, tat-tagħbija u tal-ħatt, tat-trasport u tal-ħżin, liema operazzjonijiet inkluż l-immaniġġar ta’ tessuti użati u mormija, u l-proċessi sussegwenti ta’ separazzjoni u ta’ trattament, jirċievu protezzjoni minn kundizzjonijiet tat-temp avversi u sorsi potenzjali ta’ kontaminazzjoni sabiex jiġu evitati l-ħsara u l-kontaminazzjoni inkroċjata tat-tessuti użati u mormija miġbura. It-tessuti użati u t-tessuti mormija miġbura separatament għandhom ikunu soġġetti għal skrinjar professjonali fil-punt tal-ġbir separat jew fil-faċilità ta’ separazzjoni biex jiġu identifikati u jitneħħew oġġetti jew materjali jew sustanzi mhux fil-mira li jkunu sors potenzjali ta’ kontaminazzjoni.
|
|
Artikolu 22d 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti tat-tessuti, il-prodotti relatati mat-tessuti u l-prodotti ta’ xedd is-saqajn użati u mormija miġbura separatament, inkluż f’konformità mal-Artikolu 22c(8) u (11), jitqiesu bħala skart mal-ġbir. Fir-rigward tat-tessuti għajr il-prodotti elenkati fl-Anness IVc, kif ukoll il-prodotti tat-tessuti, il-prodotti relatati mat-tessuti u l-prodotti ta’ xedd is-saqajn mhux mibjugħa skartati elenkati fl-Anness IVc, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bċejjeċ differenti tal-materjali tat-tessuti u tal-oġġetti tat-tessuti jinżammu separati fil-punt tal-ġenerazzjoni tal-iskart meta din is-separazzjoni tiffaċilita l-użu mill-ġdid, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, jew ir-riċiklaġġ sussegwenti, inkluż ir-riċiklaġġ ta’ fibra għal fibra fejn il-progress teknoloġiku jippermetti. Dik is-separazzjoni għandha titwettaq b’mod kosteffiċjenti biex jiġu massimizzati l-irkupru tar-riżorsi u l-benefiċċji ambjentali.
|
|
Artikolu 22d 3.
|
B’deroga mill-paragrafu 2, il-prodotti tat-tessuti, il-prodotti relatati mat-tessuti u l-prodotti ta’ xedd is-saqajn użati li jiġu mgħoddija direttament mill-utenti finali u vvalutati direttament professjonalment bħala tajbin għall-użu mill-ġdid fil-punt tal-ġbir mill-operaturi tal-użu mill-ġdid jew mill-entitajiet tal-ekonomija soċjali m’għandhomx jitqiesu bħala skart malli jinġabru.
|
|
Artikolu 22d 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti tat-tessuti, il-prodotti relatati mat-tessuti u l-prodotti ta’ xedd is-saqajn użati u mormija miġbura separatament, inkluż f’konformità mal-Artikolu 22c(8) u (11), ikunu soġġetti għal operazzjonijiet ta’ separazzjoni biex jiġi żgurat it-trattament f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart.
|
|
Artikolu 22d 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet ta’ separazzjoni ta’ prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti u prodotti ta’ xedd is-saqajn użati u mormija miġbura separatament, inkluż f’konformità mal-Artikolu 22c(8) u (11), jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
l-operazzjoni tas-separazzjoni għandha tiġġenera prodotti tat-tessuti, prodotti relatati mat-tessuti u prodotti ta’ xedd is-saqajn għall-użu mill-ġdid u għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, filwaqt li tipprijoritizza s-separazzjoni lokali, fejn xieraq, u l-użu mill-ġdid lokali;
(b)
l-operazzjonijiet tas-separazzjoni għall-użu mill-ġdid jisseparaw il-prodotti tat-tessuti, il-prodotti relatati mat-tessuti u l-prodotti ta’ xedd is-saqajn f’livell xieraq ta’ granularità, u jippermettu s-separazzjoni bejn oġġett u ieħor li tissepara l-bċejjeċ li jkunu tajbin għall-użu mill-ġdid dirett minn dawk li għandhom ikunu soġġetti għal aktar operazzjonijiet ta’ tħejjija għall-użu mill-ġdid, u jimmiraw suq speċifiku ta’ użu mill-ġdid billi japplikaw kriterji ta’ separazzjoni aġġornati rilevanti għas-suq riċeventi;
(c)
l-oġġetti li jiġu vvalutati bħala mhux xierqa għall-użu mill-ġdid jiġu sseparati għall-manifattura mill-ġdid u għar-riċiklaġġ inkluż, fejn il-progress teknoloġiku jkun jippermetti, ir-riċiklaġġ ta’ fibra għal fibra, bil-ħsieb li tingħata prijorità lill-manifattura mill-ġdid fuq ir-riċiklaġġ;
(d)
l-output tal-operazzjonijiet ta’ separazzjoni u ta’ rkupru sussegwenti destinat għall-użu mill-ġdid jissodisfa l-kriterji biex ma jibqax jitqies bħala skart, kif imsemmi fl-Artikolu 6.
|
|
Artikolu 22d 6.
|
Sal-1 ta’ Jannar 2026 u kull ħames snin wara dan, l-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġ dwar il-kompożizzjoni tal-iskart muniċipali mħallat miġbur biex jiddeterminaw is-sehem ta’ prodotti tat-tessuti, ta’ prodotti relatati mat-tessuti u ta’ prodotti ta’ xedd is-saqajn mormija, fejn xieraq, f’konformità mal-kodiċijiet NM imsemmija fl-Anness IVc. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, abbażi tal-informazzjoni miksuba, l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jirrikjedu li l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jieħdu azzjoni korrettiva biex iżidu n-network tagħhom ta’ punti ta’ ġbir u jwettqu kampanji ta’ informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 22c(14) u (15). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżultati ta’ dak l-istħarriġ ikunu disponibbli għall-pubbliku.
|
|
Artikolu 22d 7.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sabiex issir distinzjoni bejn il-prodotti tat-tessuti, il-prodotti relatati mat-tessuti u l-prodotti ta’ xedd is-saqajn użati vvalutati bħala tajbin għall-użu mill-ġdid u l-prodotti tat-tessuti, il-prodotti relatati mat-tessuti u l-prodotti ta’ xedd is-saqajn mormija, il-vjeġġi ta’ prodotti tat-tessuti, ta’ prodotti relatati mat-tessuti u ta’ prodotti ta’ xedd is-saqajn użati vvalutati bħala tajbin għall-użu mill-ġdid li jkunu ssuspettati li huma skart jistgħu jiġu spezzjonati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-konformità mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fil-paragrafi 8 u 9 għall-vjeġġi ta’ prodotti tat-tessuti, ta’ prodotti relatati mat-tessuti u ta’ prodotti ta’ xedd is-saqajn użati vvalutati bħala tajbin għall-użu mill-ġdid u jiġu mmonitorjati kif xieraq.
|
|
Artikolu 22d 8.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vjeġġi organizzati fuq bażi professjonali ta’ prodotti tat-tessuti, ta’ prodotti relatati mat-tessuti u ta’ prodotti ta’ xedd is-saqajn użati vvalutati bħala tajbin għall-użu mill-ġdid jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi ta’ żamma tar-rekords stabbiliti fil-paragrafu 9 u jkunu akkumpanjati tal-anqas mill-informazzjoni li ġejja:
(a)
kopja tal-fattura u tal-kuntratt relatat mal-bejgħ jew mat-trasferiment tas-sjieda ta’ prodotti tat-tessuti, ta’ prodotti relatati mat-tessuti u ta’ prodotti ta’ xedd is-saqajn li tiddikjara li dawn ikunu destinati għall-użu mill-ġdid dirett u li huma tajbin għall-użu mill-ġdid dirett;
(b)
evidenza ta’ operazzjoni ta’ separazzjoni minn qabel jew valutazzjoni professjonali diretta bħala tajbin għall-użu mill-ġdid imwettqa f’konformità ma’ dan l-Artikolu u, fejn ikunu disponibbli, il-kriterji adottati skont l-Artikolu 6(2), fil-forma ta’ kopja tar-rekords dwar kull balla fil-konsenja u protokoll li jkun fih l-informazzjoni kollha tar-rekords skont il-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu;
(c)
dikjarazzjoni magħmula mill-persuna fiżika jew ġuridika fil-pussess ta’ prodotti tat-tessuti, ta’ prodotti relatati mat-tessuti jew ta’ prodotti ta’ xedd is-saqajn użati vvalutati bħala tajbin għall-użu mill-ġdid li tirranġa, fuq bażi professjonali, it-trasport ta’ prodotti tat-tessuti, ta’ prodotti relatati mat-tessuti u ta’ prodotti ta’ xedd is-saqajn użati vvalutati bħala tajbin għall-użu mill-ġdid li l-ebda materjal fil-kunsinna ma jkun skart kif definit fl-Artikolu 3(1).
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vjeġġi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jkunu protetti kif xieraq kontra l-ħsara matul it-trasport, it-tagħbija u l-ħatt, b’mod partikolari, permezz ta’ imballaġġ suffiċjenti u stivar xieraq tat-tagħbija, u b’hekk l-integrità u l-kwalità tat-tessuti għall-użu mill-ġdid jinżammu matul il-proċess tat-trasport.
|
|
Artikolu 22d 9.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vjeġġi ta’ prodotti tat-tessuti, ta’ prodotti relatati mat-tessuti u ta’ prodotti ta’ xedd is-saqajn użati vvalutati bħala tajbin għall-użu mill-ġdid jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi ta’ żamma tar-rekords li ġejjin:
(a)
ir-rekord tal-operazzjonijiet tas-separazzjoni, tal-valutazzjoni professjonali diretta bħala tajbin għall-użu mill-ġdid jew tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid ikun imwaħħal b’mod sikur iżda mhux permanenti fuq l-imballaġġ;
(b)
ir-rekord ikun fih l-informazzjoni li ġejja:
(i)
deskrizzjoni tal-oġġett jew tal-oġġetti preżenti fil-balla li tirrifletti l-granularità tal-għażla l-aktar dettaljata li l-oġġetti tat-tessuti jkunu għaddew minnha matul l-operazzjonijiet ta’ separazzjoni jew ta’ tħejjija għall-użu mill-ġdid bħat-tip ta’ ħwejjeġ, id-daqs, il-kulur, il-ġeneru, il-kompożizzjoni tal-materjali, u kwalunkwe karatteristika rilevanti oħra li tikkontribwixxi għall-użu mill-ġdid effiċjenti;
(ii)
l-isem u l-indirizz tal-kumpanija responsabbli għas-separazzjoni finali jew għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid.
|
|
Artikolu 22d 10.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-awtoritajiet kompetenti jew l-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet jistabbilixxu li vjeġġ maħsub ta’ prodotti tat-tessuti, ta’ prodotti relatati mat-tessuti u ta’ prodotti ta’ xedd is-saqajn użati vvalutati bħala tajbin għall-użu mill-ġdid ikun issuspettat li huwa skart, il-kostijiet tal-analiżijiet, tal-ispezzjonijiet u tal-ħażna xierqa ta’ prodotti tat-tessuti, ta’ prodotti relatati mat-tessuti jew ta’ prodotti ta’ xedd is-saqajn vvalutati bħala tajbin għall-użu mill-ġdid li jkunu ssuspettati li huma skart jistgħu jiġu mitluba lill-produtturi ta’ prodotti tat-tessuti, ta’ prodotti relatati mat-tessuti jew ta’ prodotti ta’ xedd is-saqajn elenkati fl-Anness IVc, lill-partijiet terzi li jaġixxu f’isimhom jew lil persuni oħra li jorganizzaw il-vjeġġ.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0098
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|